Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 analiżi Grech favur il-Partit Laburista. Dan ifisser illi l-PL f 'Settembru kellu potenzjal li jikber aktar bi 8%. Dan filwaqt illi b'fiduċja ta' 29.5% u b'31.1% jgħidu li se jivvotaw PN, il-potenzjal li jikber il-PN jinżel għal madwar 1.5% biss. Raġuni oħra għaliex it-tesserati għażlu lil Bernard Grech kien għaliex il-PN kien minn taħt sew, b'distakki enormi fis-sondaġġi, li fi-fatt irriżultaw fiċ-ċar fl- elezzjoni tal-Parlament Ewropew meta l-PN tilef din l-elezzjoni bi it aktar minn 42,000 vot. B'dawn is-sondaġġi juru distakki ta' dan it-tip - u distakki akbar fil-fiduċja bejn il-mexxejja - Grech se jkollu jagħmel sforzi akbar biex jibda jressaq il-mases lejn il-PN. Jekk il-PN jitlef l-elezzjoni ġenerali b'distakki viċin dawk li kellna fl-aħħar snin, se jkun hemm min jargumenta li l-elezzjoni ta' bħal dan iż-żmien sena ma swiet xejn, f 'termini elettorali! Dan ma jkunx xenarju sabiħ għall- propsetti politiċi ta' Grech. Pożittiv għal Bernard: Attentati tajbin biex jimbotta żgħażagħ u wċuħ ġodda Nies fi ħdan il-PN jammettu li l-partit dawn l-aħħar snin kellu wisq dehera antikwata u konservattiva, kemm fl-immaġini tiegħu, il-mod kif juża l-midja soċjali imma aktar minn hekk anke fuq is-sustanza fejn jidħlu kwistjonijiet bħal-Liġi tal- Kannabis u l-liġijiet kollha li trattaw l-ugwaljanza għal persuni LGBTIQ. Bernard Grech jidher li beda jimbotta ħafna aktar liż-żgħażagħ, waqt meetings u anke f 'karigi - bħal fil-każ ta' Michael Piccinino li huwa s-Segretarju Ġenerali l-ġdid. Huwa daħħal lil Chris Peregin bħala strateġista tiegħu, pass li lilhinn mill-kontroversja dwar ħlas u paga, jista' jitqies wieħed - b'mod ċar - lejn id- direzzjoni ta' partit li jrid itejjeb l-immaġini tiegħu. Fil-lista ta' kandidati għall- elezzjoni qed naraw ukoll numru ta' wċuħ ġodda bħal Julie Zahra, personalità u kantanta magħrufa u Clifford Żahra, kandidat artikolat u għalliem. Jiġifieri l-proċess ta' xi forma ta' tiġdid jidher li beda. Naturalment dan ma jfissirx li l-PN wasal fid- destinazzjoni tiegħu u li neża' l-libsa li ġġiegħlu jidher partit antikwat u lanqas ifisser li l-PN qed jirbaħ il-fiduċja ta' żgħaħagħ li se jivvotaw fl-elezzjoni li jmiss għall-ewwel darba u qajla jiakru l-aħħar Gvern Nazzjonalista għax kien għad kellhom disa' snin jew inqas! Imma jidher li hemm rieda biex il-partit jattira kandidati ġodda li juru ċerta sens ta' moderazzjoni! Negattiv għal Bernard: Proposti fl-arja bi pre-avviż lil-Labour! Xi kultant jinħass li l-proposti li qed isiru mill-PN - u huwa tajjeb li l-PN qed ikun aktar propożoittiv - ma jkollhomx biżżejjed saħħa u ma jiġux f 'pakkett sħiħ, allura ma jittiħdux biżżejjed bis-serjetà. Per eżempju: Bernard Grech qal it ġimgħat ilu li kull proġett maġġuri fuq art ODZ għandu jkun approvat biż-żewġ terzi tad- Deputati Parlamentari. Wara li qamet il-mistoqsija dwar jekk dan ifissirx li kull proġett fuq ODZ - inkluż dak rurali - irid jitla' quddiem il-Parlament, il- PN iċċara li huma biss proġetti maġġuri li se jmorru quddiem il-Parlament. Waqt il-programm X Tra reġa' qisu ta l-impressjoni li din tal-Parlament tgħodd għal kulħadd! Dan apparti li ma kienx ċar kif u meta applikazzjonijiet bħal dawn imorru quddiem il- Parlament: Hux qabel jew hux wara l-evalwazzjoni tal-Awtorità ta-Ippjanar u liema entità se tiddeċiedi liema żvilupp se jmur quddiem il-Parlament. Naturalment wieħed jinnota li din għalissa hija wegħda fl-arja u l-PN għandu ċans jifformola u jistruttura kif se jwettaq din il-wegħda. Iżda din tagħti l-impressjoni li l-ewwel Grech jwiegħed xi ħaġa, imbagħad jaħsibha u jara kif se jwettaqha wara. Dan ipoġġi l-wegħdi ta' Grech f 'dawl xi it ikrah għax tnaqqas mill-kredibilità tal-istess proposta. U jidher li din mhux darba qed tiġri! Il-PN qed iwiegħed żieda fil- paga għall-għalliema u żieda fil- pagi tal-infermiera wkoll - wegħdi tajbin iżda li jibqgħu fl-arja u ma jkunu sostnuti b'ebda pjan, costings u lanqas tragwardi. Dan, xhur qabel elezzjoni ġenerali, qed iħalli l-ispazju kollu lill-Partit Laburista biex jisma', jevalwa, jistudja, jagħmel il-costings u finalment "jaqbeż" lill-PN b'wegħda simili, imma mibnija, stutturata, bi prezz u bi tragward u allura ħafna iktar kredibbli. Huwa tajjeb li l-PN qed ikun aktar propożittiv, imma jeħtieġ ikun strateġiku wkoll u jara li l-proposta tkun preżentata 'l quddiem b'mod ċar u kredibbli. Inkella se jkun qiegħed sempliċiment jagħti pre- avviż tal-wegħdi elettorali tiegħu lill-avversarju, (probabbilment) madwar sitt xhur sħaħ qabel il- poplu jkun mitlub jagħżel. Ħaġa oħra hija l-kontinwità fil-messaġġ! Jew f 'dan il-każ in- nuqqas tagħha! Dik li kellha tkun l-akbar wegħda u l-iktar waħda li tagħmel ħoss mill-PN - rifużjonijiet ta' żbalji fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma - donnha intilfet u intesiet. Meta saret kienu bosta l-osservaturi li ħassew illi fuq din il-PN sab kwistjoni li tista' tippopolarizzah xi it, imma minflok sar it PR dwarha u tħalliet fl-arja filwaqt li l-PN ħalla l-ispazju kollu biex il-Gvern - jekk hemm bżonn - jieħu l-ħin tiegħu u joħroġ hu bil-proposta. Ma kienx hemm kontinwità fil- messaġġ fuq din il-wegħda u allura l-effett potenzjali tagħha, jew ħafna minnu intilef. Proposti bla strateġiji, mhux se jittieħdu bis-serjetà!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021