Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Ma jistax jinħela aktar ħin ... imissna dwar sistema ta' metro f'Malta Il-Perit Konrad Xuereb jappella biex il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex jieqaf biex din ma tkunx għall- karozzi iżda tkun parti integrali minn proġett nazzjonali ta' metro taħt l-art. Jisħaq ukoll li proġett ta' metro taħt l-art jagħmel fattibbli proġetti ta' tħaddir u spazji miftuħa fil- pjazez u fil-qalba tal- ibliet u l-irħula YENDRICK CIOFFI "Nistgħu nagħmluha u għandna nagħmluha." Hekk saħaq mal- gazzetta ILLUM il-Perit Konrad Xuereb li erba' snin ilu beda d-diskussjoni f 'Malta dwar il-bżonn ta' sistema ta' metro taħt l-art, li tgħaqqad ukoll lil Għawdex ma' Malta. Fil-fatt, il-Perit Xuereb u l-kumpanija tiegħu KonceptX kienu ppubblikaw studju dettaljat dwar sistema ta' metro f 'Malta, liema studju ma jiqafx biss mal-bnadi minn fejn għandha tgħaddi din il- metro imma daħal ukoll fid-dettall tal-ispiża u d-dħul, il-benefiċċiji ta' sistema bħal din u saħansitra x'jista' jsir mit-terrapien li jkun iġġenerat biex jitħaffru l-mini. Il-gazzetta ILLUM kienet minn tal-ewwel li żaret lill-Perit Xuereb biex jispjega dan il-proġett u hekk reġgħet għamlet din il-ġimgħa it jiem biss wara li l-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern għandu f 'idu l-istudji dwar sistema ta' trasport tal-massa taħt l-art u li dalwaqt se jkun qed iniedi konsultazzjoni dwarha. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, anke jekk ma kienx involut fl-istudji tal-Gvern, il-Perit Xuereb laqa' din l-aħbar, għax fi kliemu, erba' snin ilu, meta beda jitkellem fuq dan il-proġett, kien hemm xettiċiżmu kbir. "Illum l-istorja nbiddlet," insista l-Perit Xuereb. "Tisma' nies jitkellmu dwar il-bżonn ta' sistema ta' metro." Fid-dawl tal-fatt li se tibda din id-diskussjoni, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Perit Xuereb xi jkunu l-pariri tiegħu lill-Gvern. 'Mina bejn Malta u Għawdex għandha tkun għal metro u mhux għall-karozzi' L-ewwel u qabel kollox, appella biex id-diskussjoni, l-istudji u l-proġett jibdew immedjatament għax fi kliemu "ma jistax jinħela aktar ħin." It-tieni nett appella biex id-diskussjoni tkun waħda trasparenti u ma tispiċċax ballun politiku. Insista li dan il-proġett huwa investiment ukoll għall- ġenerazzjonijiet futuri. It-tielet u fi kliemu, l-aktar punt kruċjali, huwa li jekk għandu jkun hemm link permanenti bejn Malta u Għawdex, dan għandu jkun parti integrali mis-sistema tal-metro. "Il-proġett tal-mina tal-karozzi bejn Malta u Għawdex, f 'dan l-istadju, għandu jieqaf. Il-Gvern għandu jbiddel l-istrateġija tiegħu biex jekk għandu jkun hemm link permanenti bejn il-gżejjer dan ma jkunx b'mina għall-karozzi, imma jkun parti integrali mis-servizz tal-metro," insista l-Perit Xuereb. "Mina tal-karozzi se żżid u mhux tnaqqas il-problemi tal-Għawdxin, biex ma nsemmux l-ispejjeż." Fi kliemu, dan ma jfissirx li l-istudji li saru għall-mina tal- karozzi jkunu saru għalxejn. Anzi saħaq li wħud minn dawn l-istudji jistgħu jintużaw anke għall-mina tal-metro. "Mina bejn Malta għal Għawdex għall-metro lanqas mhu se tmiss art fin-Nadur u l-Manikata kif jidher li se tagħmel mina għall-karozzi," kompla jisħaq. "Il-metro tkun kollha hemm hi kważi sitt sulari taħt l-art u mbagħad ikun hemm lis u escalators fl-istazzjonijiet." 'B'sistema ta' metro jagħmlu sens proġetti ta' tħaddir u żoni pedonali fil-pjazez' Apparti dan kollu, il-Perit Xuereb saħaq li sistema ta' metro kapaċi tnaqqas it-traffiku bin-nofs u insista li dan jagħmel fattibbli wkoll proġetti oħra li jbiddlu pjazez u toroq ewlenin f 'Malta fi spazji miuħa, imħaddra u pedonali. "Hemm periti oħra li ħarsu lejn proġetti pedonali għall-Furjana u l-Pietà. Jekk issir il-metro, dawn il-proġetti mbagħad ikunu fattibli. Jekk ikollok stazzjon fil-pjazza tal- Mosta, il-bqija tal-pjazza tista' ssir żona miuħa pedonali. Immaġina kemm tiġi sabiħa," insista Xuereb. 'Ma nwarrbux il-karozza għax ma hawnx alternattiva' Iżda l-ILLUM staqsiet lill-Perit kif jista' j k u n ċert li l-Maltin se jkunu l e s t i j w a r r b u l - k a r o z z a p r i v a t a tagħhom biex imorru x-xogħol jew jagħmlu qadja. Insista li bħalissa l-Maltin ma għandhomx alternattiva oħra u għalhekk ma jimmaġinawx lilhom infushom bla karozza. "X'inhi l-alternattiva? Li taqbad tal-linja u tagħmel siegħa fit- traffiku? Jekk taf li bil-metro se titlaq minn Għawdex u f 'nofsiegħa se tkun l-Università, jew titlaq minn Tas-Sliema u f 'kwarta se tkun il- Mosta, imbagħad se tikkunsidra li tħalli l-karozza," insista l-Perit. Dawn il-ħinijiet ukoll huma bbażati fuq studji li KonceptX wettqet u mhumiex sempliċiment numri li sparat. 'Hemm bżonn ħames snin ta' studji' L-ILLUM staqsiet ukoll lill-Perit Xuereb jekk pajjiż żgħir bħal Malta jiflaħx għall-inkonvenjenti li proġett bħal dan jista' joħloq sakemm ikun komplut. Ngħiduha kif inhi, mhux se jieħu sena jew tnejn. "Dan mhuwiex proġett li se jibda llum u li se jitlesta s-sena d-dieħla," i k k o n f e r m a Xuereb. Biss biss, fi kliemu, il-proġett jirrikjedi minn tal-inqas ħames snin ta' studji dettaljati. "Dan ma jfissirx li trid tistenna l-istudji kollha biex tibda. L-ewwel sentejn jafu jagħtuk biżżejjed informazzjoni biex tibda timplimenta l-ewwel fażi tiegħu," kompla jispjega l-Perit. Insista li wara li jsiru l-istudji, sistema ta' metro li tgħaqqad dawk il-postijiet fejn l-aktar jgħixu n-nies, fejn l-aktar jaħdmu n-nies u fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' turisti, tieħu madwar għaxar snin biex tkun konkluża. "Ma tistax tgħaqqad kullimkien. Jekk tara l-istudji tagħna (ara l-istampa) is-sistema tal-metro li qed nipproponu tgħaqqad madwar 70% taż-żoni urbani," insista. Dawn jinkludu wkoll destinazzjonijiet importanti bħalma huma l-Ajruport, Mater Dei u l-Università. Il-Perit Konrad Xuereb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021