Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Il-Baġit 2022: Imma kif laqathom? Josette hija persuna single u pensjonanta. Hija kienet taħdem fis-settur privat u peress li kellha impjieg tajjeb hija tirċievi pensjoni li bil-bonuses b'kollox tlaħħaq €11,000 fis-sena. Hija wkoll se tgawdi minn żieda ta' €5 fil-ġimgħa fil- pensjoni tagħha jew €260 fis-sena. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-ħelsien minn taxxa fuq il-pensjoni, matul l-2022, Josette se tiffranka aktar minn €300 oħra f 'taxxa. Carmen kienet fattiga u għalkemm ħadmet dejjem, illum li tgħodd it-82 sena għandha l-Pensjoni Minima. Bis-saħħa tal-Baġit 2022 hija se tgawdi ukoll minn żieda ta' €5 fil-ġimgħa fil-pensjoni jew €260 fis-sena u miż-żieda ta' €50 fis-sena fuq l-Għotja tal-Anzjani peress li Carmen għandha aktar minn 80 sena. Barra minn hekk peress li tirċievi l-Għajnuna Supplimentari, hija se tgawdi ukoll mill- miżura l-ġdida li biha se tkun awtomatikament intitolata għall-mediċini b'xejn bil-Kartuna r-Roża. L-Għajnuna Supplimentari tagħha se tiżdied b'€4.90 fil-ġimgħa. Carmen b'hekk se tiżdied €10.86 fil-ġimgħa jew €565 fis-sena. minbarra il-mijiet ta' ewro li se tiffranka f 'mediċini li hija s-soltu tixtri minn flusha matul is-sena. Din il-ġimgħa ssejjaħ il-Baġit għas-sena 2022. Bħal dejjem l-interess tal-maġġoranza tan-nies kienet dwar x'se jieħdu huma u kif se jkollhom aktar flus fil-but. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn xi eżempji ta' kif nies differenti se jgawdu b'modi differenti minn dawn il-miżuri... Victor u Helen huma koppja anzjana ta' aktar minn 80 sena li jgħixu biż-żewg pensjonijiet ta' Victor. Huwa rtira mill- impjieg mal-Gvern madwar 22 sena ilu u għandu l-pensjoni tas-servizz flimkien ma' dik tas-sigurta' soċjali. Minbarra li l-pensjoni tas-sigurta' soċjali ser tiżdied b'€5 fil-ġimgħa jew €260 fis-sena, huwa se jiffranka ukoll €244 f 'taxxa fuq il- pensjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, huwa se jgawdi mill-miżuri imħabbra għall-pensjonanti tas-servizz fejn b'kollox minn dawn se jieħu żieda ta' madwar €8 fil-ġimgħa. Paul u Marlene, koppja li għandhom tifla adulta b'diżabilità severa li teħtieg kura kontinwa u għalhekk Marlene kellha tibqa' d-dar biex tieħu ħsiebha. Żewġha jaħdem mal-privat waqt li binhom l-ieħor għandu 18-il sena u qiegħed jistudja. Bil-Baġit 2022, Charles se jiżdied mill-anqas €1.75ċ fil-ġimgħa fil-paga, €3.84 fil-ġimgħa fl-In-Work Benefit waqt li matul is-sena jirċievi tax-refund ta' €110. Marlene se tara żieda ta' €200 fis-sena fl-Għotja li bdiet tirċievi din is-sena talli mhux taħdem biex tieħu ħsieb bintha b'diżabilità severa. B'kollox huma se jiżdiedu €11.56 fil-ġimgħa jew €601 fis-sena li ma jinkludux iż-żieda fl-istipendju tat-tifel. Ġuża hija anzjana li tgħix ma' binha - Brandon - li hu għarus. Sa ftit tax-xhur ilu hija kienet tgħix bil-Pensjoni non- Kontributorja li kienet ilha tirċeviha għal aktar minn ħames snin. Din il-pensjoni twaqqfitilha wara li wirtet proprjetà għax biha qabżet il-kapital tat-test tal-mezzi. Minkejja li l-proprjetà Guża tatha b'donazzjoni lil binha biex tkun id-dar matrimonjali tiegħu fil-futur, bil-liġi tas-sigurtà soċjali din xorta tingħadd mal-kapital tagħha. Bis-saħħa tal-Baġit 2022, donazzjoni ta' dan it-tip lill-ulied sakemm issir skont il-liġijiet tal-pajjiż, se tibda tkun eskluża mill-kalkolu tal-kapital fit- test tal-mezzi. B'hekk Rita tkun tista' terġa' tibda tirċievi l-pensjoni li kellha. Oħt Ġuża, Rita anzjana tgħix waħidha li wkoll tgħix bil-Pensjoni non-Kontributorja, twaqqfitilha għaliex wirtet somma flus li biha qabżet il-kapital fit-test tal-mezzi. Madankollu minħabba li bis-somma li wirtet magħdudin ma' dak li kellha mfaddal ma' qabżitx it-€30,000, mill-2022 'il quddiem hija se tkun tista' terġa tibda tirċievi l-pensjoni.