Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
16 intervista IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'L-Air Malta mistennija tagħmel miljun f'telf fl-2022' ANTHEA CACHIA / ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Baġit - kulħadd jitkellem dwaru, min imaqdru u min ifaħħru. Ftit jiem wara l-Baġit għal-2022, din il-gazzetta tkellmet mal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, li wieġeb dwar l-Air Malta, illi ddeskriva bħala "l-akbar uġigħ ta' ras tiegħu", il-pensjonijiet u l-miżuri ta' dan il-Baġit b'mod ġenerali. Imlaqqam bħala l-aktar baġit b'miżuri soċjali fl-istorja tal-gżejjer Maltin, nagħtu ħarsa lejn l-impatt li dan se jkollu fuq il- poplu u x'inhu l-iskop li ddaħħlu dawn il-miżuri. Qabel xejn ta' min wieħed ifakkar fuq, fuq fl-għadd ta' miżuri, skemi, inċentivi ġodda u oħrajn estiżi mill-ġdid. Fost dawn hemm, żieda fl-istipendji, żieda sostanzjali fil-pensjonijiet, inċentivi għal xiri ta' karozzi elettriċi, estensjoni tal- iskema tal-first time u second time buyers u dawk li jixtru proprjetà f 'Għawdex, inqas intaxxar fuq persuni li jaħdmu part-time, investiment għal dak li l-Gvern sejjaħ "Buskett ġdid" fin-naħa t'isfel ta' Malta u aktar. Imma dan mhux baġit ta' qabel l-elezzjoni? Waħda mill-ewwel punti ta' kritika għal dan il-baġit kien illi huwa "baġit tal-elezzjoni" u allura baġit li l-uniku għan tiegħu huwa li jattira l-voti lejn il-Partit Laburista. Caruana kif iwieġeb? "Il-Baġit - meta wieħed jara n-narrattiva tiegħu - assolutament mhux baġit tal- elezzjoni iżda hu baġit bi ħsieb, b'miżuri intenzjonati sabiex jindirizzaw l-isfidi li għandna quddiemna." Jisħaq li, filwaqt li mhux fil-kompitu tiegħu li jieħu deċiżjonijiet dwar il-proċessi tal-approvazzjoni tal-Baġit jew saħansitra elezzjoni, huwa spjega li minn naħa tiegħu, bħala Ministru tal-Finanzi jinsab iffukat fuq il-ħidma tiegħu, l-ewwel u qabel kollox. Caruana iżda rriuta li jwieġeb il- mistoqsija ta' din il-gazzetta jekk il-Baġit hux se jkun approvat jew le! Enfasizza biss li "din hija xi ħaġa fil-kompitu tal-Prim Ministru li jiddeċiedi. Mhux fil-kompitu tiegħi." 'L-ispiżjar milli jkollu jagħtik...' Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, sejjaħlu baġit ta' llum biss, li m'għandux viżjoni għal għada. Qal ukoll li taħt il-Gvern Laburista, in-nies ikollhom jaħdmu saħansitra part-time biex ilaħħqu mal-ħajja. B'reazzjoni għal dan il-Ministru qal biss: "L-ispiżjar milli jkollu jagħtik". €1.75 żieda, biżżejjed meta qed jogħla kważi kollox? Il-Gvern qed jgħid li hu ta priorità lill- aktar aspetti soċjali u lill-vulnerabbli, u dan jista' jitqies veru minn ċerti miżuri bħalma hija ż-żieda fil-pensjonijiet. Imma b'kollox jogħla - speċjalment prodotti tal- ikel - u issa anke bit-theddida ta' żieda fil- prezzijiet tal-fjuwils, €1.75 jaħseb li hija biżżejjed? Għal din il mistoqsija, il-Ministru wieġeb li bil-mekkaniżmu li għandna preżenti llum, kemm jekk bi Gvern Laburista jew wieħed Nazzjonalista, "il- mekkaniżmu dik is-somma kien jagħtik." Jgħid iżda, għaliex fl-opinjoni tiegħu dik is-somma mhux biżżejjed, li skatta proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet involuti biex ikun hemm mekkaniżmu ieħor. "Dan biex meta jkollna realtajiet bħal din ta' issa, fejn l-għoli tal-ħajja ikun aktar minn dak li normalment ikun, jiskatta dan il-mekkaniżmu, biex ikun hemm għotjiet li jingħataw lil min jiflaħ l-inqas u li jkunu b'mod addizzjonali ma' dak li jingħata lil kulħadd," spjega l-Ministru għall-Finanzi. Madankollu, din il-gazzetta staqsiet: Liema hi l-faxxa tan-nies li se jibbenefikaw minn dan il-mekkaniżmu? U l-ħajja mhux għal kulħadd togħla, allura għaliex ma tgħoddx għal kulħadd din? Huwa spjega ċar u tond li mhux jara li mekkaniżmu bħal dan ikun jgħodd għal kulħadd u huwa mmirat speċifikament biex iwieżen lill-pensjonanti u dawk l-inqas li jifilħu fis-soċjetà. "Dan huwa mekkaniżmu li l-iffinanzjar tiegħu jrid jara li jagħmel tajjeb għalih il- Gvern. Dwar kif ser jaħdem għandi l-ideat tiegħi, però aktar milli nimponi, irrid niddiskuti ma' dawk ikkonċernati biex flimkien naqsmu l-ideat u eventwalment naslu għal formola li taqbel għal kulħadd," qal Caruana. Saħaq li hemm faxex partikolari fis- soċjetà li jifilħu jassorbu ċertu għoli tal- ħajja u l-pagi tagħhom jiżdiedu lil hinn mill-€1.75, għax il-ħiliet u l-produttività tagħhom tkun qed iżżidilhom il-paga b'mod sostanzjali. "Imbagħad għandek faxex oħra fis- soċjetà li ż-żidiet tagħhom jiddependu biss minn dawk iż-żidiet li jagħti l-Gvern jew inkella ż-żidiet li jkollhom fil-paga tant ikunu baxxi - minħabba produttività baxxa - li ma jagħmilx tajjeb għall-għoli tal-ħajja," kompla jispjega l-Ministru. Minn naħa l-oħra żied jgħid li l-Gvern huwa soċjalment u moralment obbligat li jħares dawn il-faxex filwaqt li jiżgura li din il-faxxa ta' nies tkun imħarsa kif suppost. Il-pensjonijiet żdiedu. Imma huma sostenibbli għall-futur? Il-Ministru tenna li l-kwistjoni tal- pensjonijiet f 'pajjiżna teħtieġ diskussjoni li tmur lil hinn mill-baġit. Ifakkar li pajjiżna huwa l-uniku wieħed fl-Unjoni Ewropea (UE), fejn il-pensjonjiet jinħadmu fuq il-pilastru tal-pay as you go. Dan ifisser li l-ħaddiema tal-llum iħallsu bolla biex tiffinanzja l-pensjoni ta' dawk li qegħdin jirtiraw illum u tagħhom stess. Il-Ministru Caruana staqsa, "sostenibbli jew le? Is-sostenibbiltà, fil-każ tagħna f 'dak li għandu x'jaqsam il-mudell ta' bħalissa, tiddependi fuq is-suq tax-xogħol." Allura Caruana jfakkar li aktar kemm is-suq tax- xogħol joħloq il-ġid, aktar ikun hemm dħul tal-Gvern, "aktar kemm ikun hemm dħul tal-Gvern, aktar se jkun hemm flus għal Gvern biex jitfasslu l-pensjonijiet." Kompla jgħid li jekk imbagħad nitkellmu fuq l-adegwatezza, jiġifieri kemm il-pensjoni tkun biżżejjed għal dak li jkun, dik hija diskussjoni li jisħaq li għad trid issir. Minn Ottubru 2022, se tivjaġġa b'xejn It-trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd, kienet waħda mill-aktar miżuri li ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku. Dan għaliex ħafna jħossu li hija ta' benefiċċju għall-individwu kemm mil- lat ta' finanzi, kemm għat-traffiku u fuq kollox għax jingħata nifs lill-ambjent, għax suppost inqas nies jużaw il-karozzi, xi ħaġa li titwemmen meta narawha! Din il-miżura hija stmata li se tiswa lill- Gvern Malti madwar €40 miljun fl-aħħar kwart tas-sena 2022. Biż-żieda annwali, jiġifieri s-sena ta' wara, fl-2023, se tkun qiegħda tlaħħaq l-ispiża totali ta' €16 jew €17-il miljun. Għall-mistoqsija tal-ILLUM il-Ministru spjega li r-raġuni għaliex din il-miżura se tidħol fis-seħħ, fi żmien sena, huwa biex tagħti biżżejjed ċans, "u biżżejjed nifs lill- kumpanija, inkluż il-maniġment, biex jilħaq jippjana dak li għandu bżonn ħalli jipprepara għal influss akbar ta' persuni li mistennijin jibdew jagħmlu użu minn trasport pubbliku, ladarba jkun mingħajr Fr Hilary Tagliaferrio Il-Baġit tħabbar u kulħadd iddiskuta l-miżuri u rreaġixxa. Iżda proprju l-għada tal-Baġit il-gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda mal- Ministru Clyde Caruana u staqsietu dwar l-Air Malta, il-pensjonijiet, il-€1.75, l-ambjent... Il-ministru Clyde Caruana

