Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Ritratt: James Bianchi tagħmel madwar €30 ħlas." Argumenta li ma kienx jagħmel sens li kieku din il-miżura bdiet mill-bidu ta' Jannar 2022, għax kien ikun hemm riskju ta' mismanagement jew iffullar. 'M'inix qed nara li nżid it-taxxi' "Roħs", "żieda", "b'xejn"... kollha affarjiet inkoraġġanti u li jieħdu pjaċir bihom in- nies, imma dal-ispejjeż kollha min se jġorrhom? Dan l-infieq kollu mhux minn taxxi ġodda se jiġi? "M'iniex qed nara li nżid it-taxxi u lanqas ma rrid il-finanzi tal-pajjiż fil-ħajt, kif għamel ħaddieħor meta fi żmienu Malta daħlet fl-Excessive Deficit Procedure. L-aktar ħaġa li nisħaq fuqha hi l-għaqal," qal il-Ministru. Kompla jgħid li l-Gvern ippjana numru ta' strateġiji li se jżommu l-ekonomija fuq saqajha. Huwa saħaq li ġie infurmat li minn l-għada stess li tħabbar il-baġit numru sostanzjali ta' nies li għandhom jħallsu taxxi u li ma ħallsux, issa qegħdin jiffirmaw diversi ehim, wara li rrikorrew għad-Dipartiment. "Dawn il-flus għall-Gvern, huma injezzjoni tajba għad-dħul tiegħu. Lil hinn minn hekk ukoll hemm żewġ fatturi oħra li se jwasslu biex, iva, d-defiċit tagħna se nżommuh taħt kontroll," huwa stqarr. Jibda jispjega li primarjament it-tkabbir ekonomiku għas-sena d-dieħla qed ikun imbassar li se jlaħħaq is-6.5% u dan se jwassal biex id-dħul tal-Gvern, jiżdied. Min-naħa l-oħra, huwa qal, li lilhinn minn hekk il-Gvern irid jara li l-infieq ikun wieħed għaqli. Huwa b'dan il-mod li jgħid mal-ILLUM illi huwa possibbli, li jonqos id-defiċit tal- Gvern, mill-11.1% li se jkun irreġistrat din is-sena, għal 5.6% s-sena d-dieħla. Jagħmel iżda twissija ċara dwar dan, twissija li għamel ukoll fid-diskors tal- Baġit nhar it-Tnejn. "Jekk id-daqqa li tkun ġejja bil-prezzijiet tal-uwils tkun kbira, aħna se nkunu qed naraw li nagħmlu tajjeb għaliha u għaldaqstant, hemm jista' jkun li d-defiċit jiżdied b'1.4%." 'Ġustizzja man-nies fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Ministru dwar il-wiegħda li l-Gvern se jbiddel il- mod kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u fakkritu li hu qal li daqshekk in-nies se jirċievu "kontijiet sorpriża". Allura dan ma jfissirx li n-nies vera kienu qed jirċievu kontijiet maħdumin ħażin? Allura l-PN kellu raġun...tirrimarka l-gazzetta ILLUM. Caruana wieġeb li l-kontijiet kif qed jinħadmu huwa skont l-istess liġi u regoli jew formola, li kienet tintuża dejjem taħt Gvern Nazzjonalista. Jgħid li kien hemm diskussjonijiet dwar kif din għandha tiġi rranġatha. B'hekk il-Gvern iddeċieda li għandu jkun hemm formola li biha dawk il-units li wieħed ma jkunx uża jiġu trasferiti għax-xhur ta' wara ħalli b'hekk l-eko riduzzjoni ma tibqax tintilef. "Il-liġi stess minnha nnifisha toħroġ kif għandha tinħadem il-formola, għaldaqstant se tinbidel il-liġi, se nbiddlu l-formola u b'hekk inkunu qed nagħmlu ġustizzja man-nies," saħaq Caruana. Skemi ta' restawr, Buskett fl-Inwadar u aktar ġonna....il-miżuri "ħodor" Mistoqsi liema l-aktar miżuri fil-baġit jemmen li se jagħmlu impatt ambjentali, il-Ministru tal-Finanzi beda' billi semma l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa fuq manutenzjoni ta' proprjetajiet qodma li Malta mżejna bihom. F'din l-iskema, il-Gvern neħħa t-taxxa kemm minn fuq il-bejjiegħ kif ukoll dak li xtara. "Għal din il-miżura l-Gvern huwa kommess minn tal-inqas tliet snin". Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar waqt il-Baġit li dawk illi jixtru jew jirranġaw proprjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn għoxrin sena u huma vakanti għal aktar minn seba' snin; jew li xtraw jew irranġaw proprjetajiet li huma f 'UCA (Urban Conservation Area) kif ukoll dawk li jibnu il-proprjetajiet ġodda li jinbnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija, se jgawdu minn numru ta' miżuri. Fosthom, it-tneħħija tat-taxxa tal- Capital Gains u t-taxxa tal-boll b'mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-prorpjetà. First time-buyers ta' dawn il-proprjetajiet imsemmija se jirċievu għotja ta' €15,000. First-time buyers li jixtru dawn it-tip ta' proprjetajiet ġewwa Għawdex se jirċievu għotja bil-valur doppju, jiġifieri €30,000. Intant dawk li diġà għandhom dawn it-tip ta' proprjetajiet se tingħatalhom ukoll għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas sa massimu ta' €54,000 għal fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta' restawr u irfinar. Caruana ikompli jispjega mal-ILLUM kif, "it-tieni ħaġa hi li se nibdew il- proċess sabiex ikun hemm, dak li qed insejħulu l-buskett tan-naħa ta' isfel ta' Malta li jibda minn naħa tax-Xgħajra u jibqa' sejjer saż-Żonqor. Dan se jsir f 'dak li jissejjaħ l-Inwadar, li hija biċċa art enormi, din se tkun qed tbiddel in-naħa ta' isfel, in-naħa ta' dik il-kosta bl-aktar mod meraviljuż," wieġeb Caruana. Apparti minn hekk, huwa qal li t-tielet miżura importanti għal dan il-Gvern hija li se jiżdiedu aktar ġonna pubbliċi u żoni ħodor f 'diversi lokalitajiet. Eluf f 'telf kuljum għall-Airmalta F'intervista esklussiva ma' din il- gazzetta li kien għamel il-Ministru fi Frar li għadda, huwa spjega li kawża tat-telf sostanzjali li kienet qiegħda tagħmel ta' kuljum - xejn inqas €170,000 - l-AirMalta, mingħajr għajnuna tal- Kummissjoni Ewropea, tista' tfalli. L-ILLUM tisaqsi: Is-sitwazzjoni tal- linja nazzjonali għadha l-istess? Meta se tiddeċiedi l-Kummissjoni? Filwaqt li qal li d-diskussjonijiet metikolużi mal-Kummissjoni għadhom għaddejjin, b'mod kontinwu żvela iżda li t-telf naqas. Dan għaliex, "it-titjiriet li ma kienux jagħmlu sens naqqasnihom, sar proċess ta' razzjonalizzazjoni taħt il-gwida taċ- Chairman Eżekuttiv, David Curmi. L-emoraġijja li kienet qiegħda tintilef fi flus kuljum tnaqqset. Ma ġietx eliminata kompletament għax kien hemm bżonn aktar xogħol xi jsir, imma iva, ħafna mill- flus li kienu qiegħdin jinħarqu ta' kuljum, irnexxielna nsalvawhom." Għaldaqstant huwa qal li, bejn wieħed u ieħor għas-sena d-dieħla, il-kumpanija jista' jkun li tagħmel telf ta' bejn wieħed u ieħor €25 miljun jew €30 miljun. Madankollu, jgħid li kollox jiddependi minn x'se jkun qed jiġri fis-settur tat- Turiżmu. "Waħda mill-akbar uġigħ ta' ras li għandi hija din il-kumpanija għaliex is- sitwazzjoni hi dik li hi u fl-AirMalta jrid isir ħafna xogħol," temm jgħid il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021