Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
18 intervista IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Dan huwa Baġit ta' qabel l-elezzjoni hux se jiġi implimentat f'din YENDRICK CIOFFI Ftit jiem biss wara li l-Gvern ressaq il-Baġit għas-sena d-dieħla, li qed jiddiskrivih bħala l-aktar baġit soċjali fl-istorja, il- gazzetta ILLUM ltaqgħet mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco li qed jakkuża lill-Gvern li tilef il- kontroll tad-dejn tal-pajjiż. L-ILLUM tibda tistaqsih kemm hi ġustifikata din il-kritika meta l-pajjiż għadu ħiereġ minn xhur iebsa minħabba l-pandemija. Mhux il-pajjiżi kollha żiedu d-dejn? De Marco beda jisħaq li l-għajnuna kollha li ngħatat mill-Gvern biex tipproteġi lin-negozji u l-impjiegi, l-Oppożizzjoni mhux biss qablet magħha iżda vvutat favuriha. "Żgur li mhux se nikkritikaw kwalunkwe defiċit li ġie minħabba dawn il-miżuri," insista de Marco. Madanakollu saħaq li l-Gvern mhux qed jagħti l-istampa sħiħa meta jipprova jgħid li d-defiċit kollu sar minħabba l-Covid-19. Qal li l-Oppożizzjoni ilha snin twissi lill- Gvern li l-ispiża rikorrenti kienet qed tiżdied b'mod insostenibbli u jekk kienet se tiġi kriżi, il-Gvern kien se jkollu problemi finanzjarji kbar, għax id-dħul kien se jieqaf, kif fil-fatt seħħ. "Il-Gvern kien jidħaq bina u jgħid li din mhux se tiġri għax moħħu mistrieħ mill-bejgħ tal-passaporti. Sfortunatament, iż-żmien tagħna raġun. Mal-ewwel kriżi, il-finanzi tal-pajjiż ġew milquta bil-kbir, mhux biss minħabba l-Covid-19 imma anke għax l-ispiża rikorrenti kienet telgħet b'mod insostenibbli," insista l-Kelliem. 'Id-defiċit mhuwiex minħabba l-Covid-19' Kompla jisħaq li apparti minn hekk, il- Gvern ma bassarx sew l-impatt tal-pandemija. Fakkar li s-sena li għaddiet, id-defiċit kien viċin il-11%. Id-dejn pubbliku tela' b'€1,400 miljun. Għal din is-sena, l-eks Ministru Edward Scicluna kien bassar li d-defiċit kien se jkun ta' 5.6% u konnha se nkunu minn taħt b'€750 miljun. "Il-Gvern żgarra fl-istima tiegħu bid- doppju. Id-defiċit issa huwa ta' 11% jew ta' €1,500 miljun," insista. Kompla jispjega li għas-sena dieħla, meta wieħed jittama li l-pandemija tkun għaddiet, il-Gvern qed ibassar li d-defiċit xorta se jkun ta' bejn 5.6% u possibbilment sa 7%. Dan ifisser defiċit ta' €740 miljun u possibbilment aktar. Iżda anke fis-snin ta' wara. Spjega kif fis-sena 2023, il-Gvern qed ibassar defiċit sostanzjali ta' €700 miljun u fis-sena 2024, qed ibassar defiċit ta' kważi €500 miljun li jista' jlaħħaq it-3%. "Il-Gvern ma jistax jgħid li dan kollu minħabba l-Covid-19," insista de Marco. Saħaq ukoll li d-dejn pubbliku fl-2019 kien ta' €5.3 biljun. Sas-sena 2024, il-Gvern qed ibassar li dan id-dejn pubbliku se jirdoppju għal €10.6 biljun. "Dan ifisser li f 'ħames snin se jiżdied bid-doppju." 'Kien jiftaħar bis-surplus u issa għamel l-akbar dejn fl-istorja' Kien hawn li saħaq li l-fatt li tiddejjen mhijiex xi ħaġa ekonomikament ħażina, iżda insista li l-Gvern għandu jispjega kif se jkopri dan id-dejn. "Il-Gvern qed jonfoq. Il-Gvern qed jipprova jidher ħelu qabel l-elezzjoni mingħajr ma jindirizza d-dejn u jispjega kif se jħallsu. Il- Gvern li kien jiaħar bis-surplus għamel l-akbar dejn fl-istorja ta' pajjiżna," kompla. Iżda l-ILLUM tfakkar lil de Marco li fl-2013, meta l-PN kien għadu fil-Gvern, l-Unjoni Ewropea kienet bdiet proċeduri kontra Malta minħabba defiċit eċċessiv. De Marco insista li din hija kritika skoretta. Fakkar li Malta spiċċat taħt din il-proċedura minħabba l-kriżi finanzjarja qawwija tal-2008 u l-2009. Kompla jfakkar li dak iż-żmien, l-UE għamlet l-iżball li ma ppermettitx li l-Istati Membri jaqbżu l-kriterji ta' Maastricht. Dan ifisser li minkejja l-kriżi, il-pajjiżi ma setgħux jaqbżu defiċit ta' aktar minn 3%. "Din id-darba, il-Kummissjoni Ewropea rrealizzat li dak li kienet għamlet fis-sena 2009, meta ma tatx din il-flessibbilità li l-pajjiżi jaqbżu d-defiċit, ma kienx jagħmel sens. Kieku ma għamlitx dan, kieku bħalissa erġajna taħt din il-proċedura. Dak iż-żmien kellna defiċit ta' 3.5%. Illum huwa ta' 11%," spjega. '€70 miljun f'miżuri soċjali ... daqs kemm se nagħtu lil Steward' Iżda l-ILLUM terġa' twaqqfu u tfakkru f 'dawk in-negozji li salvaw minħabba l-miżuri li għamel il-Gvern u dak l-impjegat li ma tilifx xogħlu. Dawn x'jimpurtahom mid-dejn? "Hemm parti sostanzjali minn dan il-dejn li aħna nsejħulu strutturali, jiġifieri minħabba spiża rikorrenti li ma għandha x'taqsam xejn mal-Covid-19," tenna de Marco. Kompla jispjega kif il-miżuri soċjali tal- Baġit se jiswew €70 miljun. Fakkar li dan huwa l-istess ammont li se jieħdu Steward Health Care. "Tiġix tgħidli li d-defiċit huwa dovut biss minħabba l-miżuri soċjali jew il-Covid-19. Il-Gvern għażel li jidħol għal kuntratti li ma jagħmlux sens. Xi ħadd hemm barra se jgħid li €70 miljun lil Steward huma ġustifikabbli? Kont nippreferi li kieku l-Ministru rdoppja l-miżuri soċjali u ma ħallas xejn lil Steward. Il-miżuri soċjali aħna naqblu magħhom iżda tipprovax taħbi problema li hija ħafna akbar," insista. 'Aħna konna naħlu inqas' Allura Gvern Nazzjonalista fl-istess sitwazzjoni, x'kien jagħmel biex inaqqas id- dejn? De Marco beda jisħaq li l-ewwel u qabel kollox, Gvern Nazzjonalista kien jaħli inqas flus. Insista li d-dejn ikun indirizzat b'żewġ modi. L-ewwel nett, kompla jispjega, billi l-Gvern ikun aktar bieżel u t-tieni billi jinċentiva u jkabbar l-ekonomija. "Il-Baġit mhux jindirizza dan. Filwaqt li l-miżuri soċjali huma tajbin, trid tgħin ukoll lill-industriji," saħaq. Fakkar li hawn numru ta' setturi ekonomiċi li għadhom qed ibatu u dan il-Baġit ma ndirizzahomx. Semma, bħala eżempju, it- turiżmu u saħaq li l-Baġit ma semma kważi xejn ħlief li se joħloq aġenzija oħra għar- riġenerazzjoni taż-żoni turistiċi. "X'jaqbilli, nonfoq flus biex ngħin lill- industrija u lill-operaturi biex jinvestu aktar fil-prodott jew biex iżżid ir-rotot jew inkella noħloq aġenzija biex il-Gvern idaħħal aktar nies mal-Gvern?" kompla jistaqsi. 'Il-Baġit mhux qed jindirizza ħafna sfidi' Insista li l-Baġit lanqas ma jindirizza dawk is-setturi li jinsabu f 'riskju mhux minħabba l-pandemija imma minħabba nuqqasijiet tal-Gvern. Hawn semma s-settur tas-servizzi finanzjarji u li fi kliemu qed ibati minħabba l-lista l-griża. "Jekk se jbati dan is-settur, id-dħul tal- Gvern se jbati. Prijorità għandha tkun li noħorġu mil-lista l-griża," insista. Punt ieħor li, fi kliem de Marco, dan il- Baġit mhux qed jindirizza hija s-sistema tat- taxxa. Fakkar li bħalissa għaddejja diskussjoni b'mod internazzjonali biex ikun hemm armonizzazzjoni tas-sistema fiskali. "Aħna nafu li waħda mir-raġuni ewlenija għaliex pajjiżna jattira l-investiment hija s-sistema tat-taxxa tagħna li hija attraenti. Se nserrħu moħħna li din mhux se tiġi attakkata? Irridu nibdew naraw x'effett se jkollha fuq is-sistema tat-taxxa tagħna, il- Minimum Corporate Tax ta' 15%. X'effett se jkollu dan l-attakk fuq is-sovranità ta' pajjiżna fejn tidħol it-taxxa u naraw jekk għandnix naħsbu fuq alternattivi biex pajjiżna jibqa' attreanti," insista. Kompla jgħid li dan il-Baġit mhux qed iħares lejn l-ekonomija ta' għada. Saħaq li jekk pajjiżna joħroġ mill-pandemija relattivament b'saħħtu, huwa grazzi għall-fatt li Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem ħasbu biex jiddiversifikaw l-ekonomija, minn waħda bbażata fuq il-manifattura u t-turiżmu, għal waħda li trendi wkoll bis-saħħa tas-servizzi Fr Hilary Tagliaferrio Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario de Marco u titkellem miegħu dwar diversi aspetti tal-Baġit 2022. Possibbli kollox ħażin? X'fih nieqes? X'inhuma l-miżuri li l-PN kien jimplimenta wkoll? Mario de Marco

