Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Ritratt: James Bianchi l-elezzjoni ... lanqas nafu f'din il-leġislatura' finanzjarji, l-iGaming, il-farmaċewtika, is- settur marittimu u dak tal-avjazzoni. Fi kliemu, probabbilment li Malta kienet wieħed mill-aktar pajjiżi milquta mill-pandemija matul is-sena li għaddiet minħabba l-fatt li għadha wisq dipendenti fuq it-turiżmu. "Mhux ngħid li nnaqsu l-importanza tat-turiżmu. Li qed ngħid huwa li nżidu attivitajiet oħra biex l-ekonomija tagħna tkun inqas dipendenti mit-turiżmu. Il-Baġit ma jitkellem xejn fuq niċeċ ġodda ekonomiċi. Anzi qed jiddedika biss €100,000 bħala sead capital għal dawk li jissejħu bħala start-up companies," kompla jinsisti. "Il-Gvern qed iħares biss għal-lum u mhux għall-għada." 'Mhux minnu li kollox ward u żahar ... tkellem mal-familji' Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid ukoll, inkluż fil-billboards, li Malta għaddejja mill- akbar riċessjoni f '40 sena. Iżda l-ILLUM tistaqsi lil de Marco kif jistgħu jgħidu dan meta tmur fejn tmur, ir-ristoranti reġgħu ppakkjati u l-konsum qed jiżdied. Insista li "huwa fatt" li Malta għaddejja mill- akbar riċessjoni ta' dawn l-aħħar snin. Saħaq li s-sena li għaddiet l-ekonomija ċkienet u anke jekk din is-sena kibbret, din kibbret fuq sena ta' tnaqqis. "Il-fatt li kibbret l-ekonomija ma jfissirx li morna għall-ekonomija tal-2019. Jekk nieħdu r-ristoranti, dawn xorta għandhom l-isfidi. Qed ikunu mimlija bir-restrizzjonijiet ta' bħalissa. Mhux jaħdmu bil-kapaċità massima. Dan apparti spejjeż oħra, nuqqas ta' ħaddiema u l-inflazzjoni. Mhux kollox ward u żahar. Tkellem mas-sidien u l-familji, " saħaq de Marco. 'Mil-lista l-griza se jbati kulħadd' L-ILLUM taqleb id-diskors fuq il-lista l-griża u tistaqsi lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni x'effett se jkollha fuq il-pensjonant li se jgawdi minn żieda fil-pensjoni, il-familja li issa se tgawdi mill-in-work benefit u l-ħaddiem li se tinqatalu inqas taxxa mill-part-time. "L-ekonomija hija katina," insista de Marco. Fi kliemu, jekk is-servizzi finanzjarji jbatu minħabba l-lista l-griża, l-effett se jkun b'saħħtu, għax ħafna mid-dħul tal-pajjiż mhux ġej biss mill-konsum u l-kumpaniji lokali, imma minn ħafna kumpaniji internazzjonali li joperaw minn Malta. "Jekk dan is-settur jieħu daqqa, id-dħul se jonqos drastikament," kompla jisħaq. "L-effett tal-lista l-griża mhuwiex biss fuq dawk li jaħdmu fis-settur finanzjarju. Anke jekk ibati l-iGaming, se jbatu dawk li joffru servizzi lil dan is-settur u anke dak li jikri, fost oħrajn." 'Għaliex it-tentazzjoni biex tissejjaħ elezzjoni qabel l-approvazzjoni tal- Baġit?' Iżda fid-dawl ta' dan kollu, l-ILLUM staqsiet lil de Marco jekk hux qed jgħidu li l-Gvern għandux biżżejjed biex jiffinanzja dan il- Baġit. Insista li l-Oppożizzjoni qed tappella lill-Gvern biex ma jaħbix il-problema. "Ma ninsewx li dan kien ukoll Baġit ta' qabel l-elezzjoni u allura trid tieħdu bi it xettiċimu. Lanqas nafu jekk dan il-Baġit hux se jgħaddi mill-Parlament qabel ma tiġi xolta din il-leġislatura, għax hemm għajdut li l-Prim Ministru se jsejjaħ elezzjoni nhar it- Tlieta," saħaq de Marco. Spjega li jekk iseħħ dan, mhux se jittieħdu l-voti dwar l-estimi ta' kull Ministeru u mhux se jiġi implimentat f 'din il-leġislatura. Fakkar li dan ifisser ukoll li l-estimi tal-Baġit mhux se jiġu skrutinizzati fid-diskussjoni Parlamentari qabel ma ssir Elezzjoni Ġenerali. "Ma nistax niem għaliex donnu hemm din it-tentazzjoni tal-Gvern li jħabbar elezzjoni qabel ma jiġi approvat il-Baġit," insista. 'Il-pensjonanti ma jistgħux jibqgħu jiddependu mill-Gvern' Tkellimna dwar il-pensjonijiet, bil- Kelliem tal-Oppożizzjoni jisħaq li hemm bżonn diskussjoni serja dwar kemm huma adegwati l-pensjonijiet biex il- pensjonanti ma jibqgħux jiddependu mill- ġenerożità tal-Gvern, għax skontu, dan ma jirrispettax id-dinjità tagħhom. Qal li waħda mill-mistoqsijiet li trid issir hija jekk il-pensjoni minima għadhiex adegwata. Kompla li jekk din mhijiex, allura lilhinn miż-żidiet li jitħabbru fil- Baġit, għandu jkun hemm miżuri oħra. "Sar ħafna diskors dwar il-pensjoni tat- tielet pilastru li daħlet fis-seħħ imma li xorta mhijiex biżżejjed. Dwar il-pensjoni tat-tieni pilastru, il-Gvern donnu ma jridx diskussjoni," insista. 'L-istess kumpens tas-sena li għaddiet meta l-inflazzjoni hija akbar' Għaddejna biex nitkellmu dwar l-għoli tal-ħajja, b'de Marco jfakkar li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Gvern kien wiegħed il-Living Wage li dwarha baqa' ma għamel xejn. Mistoqsi l-PN idaħħalx il-Living Wage jew Income jekk ikun fil- Gvern, de Marco qal li bħalissa qed jiġi mħejji l-programm elettorali u fi kliemu, żgur li se tkun prijorità. Dwar il-kumpens għall-għoli tal-ħajja li se tkun dik ta' €1.75, de Marco fakkar li din hija l-istess żieda li ngħatat is-sena li għaddiet u dan meta l-inflazzjoni ta' din is-sena hija ogħla. "Iżda l-PN x'kien jagħmel differenti?", tistaqsi l-ILLUM. "Żgur li konnha nirrikonoxxu l-problema. Jekk ma tindunax li hemm problema mhux se tindirizzaha. Hemm inflazzjoni," wieġeb. Dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-fatt li l-metodu kif jinħadmu se jkun rivedut, kif talab diversi drabi l-PN, il- kelliem insista li min bata inġustizzja għandu dritt għal rifużjoni. Liema hija l-aqwa proposta tal-Baġit skont de Marco? L-ILLUM titlob lil de Marco biex isemmi proposta waħda fil-Baġit li hija tajba ħafna. Ħatafna fil-kelma u semma l-proposta għar- riġenerazzjoni tad-djar antiki fl-Urban Conservation Areas (UCAs). Il-Gvern ħabbar li dawk li jixtru dar f 'dawn iż-żoni, liema dar tkun ilha mibnija aktar minn 20 sena u vojta għal aktar minn seba' snin, fost oħrajn, mhux se jkunu qed iħallsu taxxa u boll fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà. Se jkollhom ukoll rifużjoni tal- VAT sa massimu ta' €54,000 għal fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta' restawr u irfinar. "Hija tajba u s-sena li għaddiet il-PN ippreżenta din il-proposta fid-dokument ta' qabel il-Baġit. Is-settur tal-kostruzzjoni trid tagħtih direzzjoni. Jista' jkun li hu tard wisq. Imma hija miżura tajba biex nippruvaw insalvaw dak li fadal," saħaq. X'kien jagħmel differenti Gvern Nazzjonalista? L-ILLUM tistaqsih ukoll xi jkunu tliet proposti li dan il-Baġit ma għandux u li Gvern Nazzjonalista kien jippreżenta. "Baġit tal-PN se jkollu dejjem dimensjoni soċjali għax huwa partit ta' għeruq demokristjani. Inkomplu ngħinu lil dawk l-industriji li dejjem sostnew l-industrija Maltija iżda konnha nħarsu lejn niċeċ ġodda ekonomiċi u naraw ukoll kif se nassiguraw li l-finanzi pubbliċi se jkunu sostenibbli," temm jisħaq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021