Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 kotba illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Mal-ewwel xita regolari tal-ħarifa, Mark Vella jibda jaqra n-novelli l-ġodda ta' Alex Mizzi f'Talb għax-Xita (KKM, 2021) u jimraħ fi xbihat ta' Malta daqqa fiżiċi daqqa mentali, reali jew immaġinarji, li b'dan it-taħbil jikxfu il-problematika ta' individwu u ta' soċjetà ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI Twaqqigħ ta' residenzi eżistenti u kostruzzjoni tal-ewwel fażi ta' proġett komprensiv li jinkudi skavar u kostruzzjoni ta' parkeġġ taħt l-art, Fi Triq Santu Wistin /, Triq Sant Andrija, San Ġiljan, Malta, u Kostruzzjoni tat-tieni fażi ta' żvilupp komprensiv (skont l-FAR policy għal bini għoli), wara l-approvazzjoni tal-PC 81/18, inklużi erbgħa livelli ta parkeġġi taħt l-art, attivitajiet ta' klassi 4B u ta' klassi 4D f ' livelli -1 u -2, daħla għal-'lobbies' f 'livell 0, uffiċini ta' Klassi 4A mifruxa fuq 11-il sular, ħwienet ta' klassi 4D u servizzi tal-MEP f 'nofs għoli, lukan- da tal-klassi 3B mifruxa fuq żewġ sulari u appartamenti servizzjati sovrapposti li huma anċillari għall-imsemmi 3B mifruxa fuq 12-il sular, użi anċillari u servizzi tal-MEP fl-ogħla livelli. Ħarruba 1 & 2, Garages 5 & 6, Triq Santu Wistin u 5, 9, 10, 11, Triq Elija Zammit, San Ġiljan PA/02470/16 & PA/06097/20 B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Aw- torità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Kopji diġitali ta' dan ir-rapport jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era. org.mt/era-project/pa02470_16_and_pa06097_20/ Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji digitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali ta' San Ġiljan u s-Swieqi u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-Marsa. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Di- rettur tal-Ambjent u r-Riżorsi, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sas' 16 ta' Novembru 2021. Data: 17 ta' Ottubru, 2021 Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f 'certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli. tikka distakkat sabiex jistħarreġ, anki fil-każ tad-dettall minimu, frivolu jew apparentament inkonsegwenzjali, it-tifsiriet mfittxija lil hinn minnhom. Il-kunċett tal-qaddis, għalhekk, huwa wieħed li narawh f 'almenu tlieta minn dawn in- novelli minn din il-ġabra fejn l-awtur isawwar l-elementi ewlenin ta' kultura Mediterranja u Kattolika sui generis, bħalma hi wara kollox Malta, u l-mod kif itektek dan il-mekkaniżmu kulturali anki fi żminijietna. Jekk tixref xi nostalġija, mhijiex waħda ta' rassenjazzjoni għal dinja li ssir mitika aktar mal- memorja titbiegħed u tgħawweġ ir-realtà kif jixirqilha: hija aktarx għarfien attiv ta' sett ta' karatteristiċi jew valuri li, bħal qarrejja, nistgħu naqblu li huma dawk li jsawru f 'sens komunitarju, u huma għalhekk dawk li nibżgħu meta narawhom se jitnawru. Id-dilemma f 'Mizzi, għalhekk, issir dik ta' min jirrifletti dwar x'qed iseħħ madwaru, u jinqabad fl-għażla: x'għandu jibqa' u x'm'għandux, jew x'għandu jiġi ssagrifikat f 'ġieh modernità li m'aħniex bilfors daqshekk konvinti dwarha? Il-paletta mlewna ta' Mizzi għandha mill- kuluri li ma nixbgħu minnhom qatt, u li jġegħlulna qalbna tferfer meta niakru fihom bħala għeliem essenzjali tal-identità tagħna, lil hinn mill-bnadar u l-innijiet: il-barijiet tal-irħula, is-sħana toqtol, it-trakkijiet tal- linja, u s-santi tal-mejtin. Malta li tibqa' tissoppravivi minkejja t-torrijiet u t-tkissir, u li minn dawn l-irkejjen għadna nistgħu nisiltu perspettivi dwar il-mod tal-għajxien tagħna. Il-qaddis, hawnhekk, għandu fejn iħuf. Minkejja li l-politiċi u setgħana oħra jissemmew b'implikazzjoni jew inkella b'pinzellata mill-eħfef, huwa f 'dawn l-irkejjen, fil-fatt, fejn issir it-transazzjoni soċjali. Novella bħal Fuq tal-linja, imma wisq aktar, isimha magħha Qaddisin, jittrattaw il- klijenteliżmu endemiku u kważi inkonxju, tant li jsir naturali daqs ix-xita li nagħmlu minn kollox biex inġibuha meta m'hemmx li tiġi. Imma, bħax-xita, kollox biċ- ċiklu, u fl-istess Qaddisin, naraw it-traġitt tat-tlugħ u l-waqgħa ta' xufier tal-ministru, li s-setgħa relattiva tiegħu tiddependi minn forzi wisq akbar minnu. L-individwu hu ċentrali fin- narrattiva ta' Mizzi, sew bħala maskra tal-karatteristiċi soċjali u umani, iżda anki bħala ruħ riflessiva, li sikwit tosserva minn wara l-persjani l-ġrajjiet, jew inkella tipparteċipa fihom b'modi indiretti. Fil-fatt, Mizzi sikwit juża l-kitba bil-korsiv biex jindika l-ħsibijiet tal- karattru li jkunu għaddejjin kontemporanjament mal- azzjoni, u li jaħbtu ma' dak li jkun qed iseħħ fiżikament: bħallikieku, il-ħsieb jikxef wisq aktar mill-ġrajja, jew inkella l-istorja titmexxa minn dal- ħbit bejn il-moħbi, il-maħsub u l-mixtieq, u dak li jseħħ oġġettivament kif jiddeskrivih in-narratur. In-novelli ta' Mizzi, ukoll, għalkemm juru għarfien tekniku, għandhom il-kwalità li mhumiex skjavi għat-tmiem li jirrisolvi, kif ukoll għandhom ritmi u soluzzjonijiet differenti li jixirqu lill-ġrajja rrakkuntata u li jqanqlu effetti diversi minn storja għal oħra. Hemm wisq aktar x'taqra f 'din il-ġabra, minkejja li għafast ħafna fuq il-qaddisin. U dan għaliex ftakart fir-rumanz ta' Laurence, missier Alex, Inkwiet u Qaddisin (1974), li mingħalija kellna naqrawh l-iskola u kien jogħġobni immens, minkejja li kellu jgħaddi mill-għarbiel qattiel tal-komponimenti u t-taħriġ il-fehem. Storja li wkoll tinvolvi qaddisin jaħdmu attivament mis-sema biex isolvu l-gażibi li jseħħu fuq l-art, u stil Mizzi, frisk, oriġinali u modern, imma żgur influwenzat anki mit-tradizzjoni li ħa sehem fiha missieru, ħadni lura għal żminijiet l-iskola, fuq il-mejda tal-kċina, fejn barra jkun ġa dalam u forsi tkun anki nieżla x-xita li min jaf kemm talbu għaliha kull sena missirijietna. Xejn ma jinbidel u kollox jibqa' l-istess? Żgur li le, u mhux neċesserjament. Imma l-bidla fl- ambjent tagħna u fina nfusna, kif anki jgħid Ġorġ Mallia huwa u jiddeskrivi din il-ġabra fid-daħla għaliha, hija waħda kumplessa u sottili, fejn in-nostalġija għal dak li għadda, l-insistenza għal dak li m'għandux jintilef, u x-xewqa biex nimxu 'l quddiem jitħabblu f 'kobba li mhux lakemm tinħall. Kull qaddis jaf jgħin, imma mhux daqs kemm mingħalina.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021