Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648
26 oroskopju IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 Il-Bidu tat-tmien Żodjaku ta' SCORPIO Mit-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru 2021 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Aquarius ser jagħmlek tanaliżża għaliex qiegħed tara l-affarijiet bil-kontra u dan qiegħed jikkawżalek tensjoni madwarek. Għalhekk trid tgħaraf iżomm lilek innifsek pożittiv u tajjeb li tkun aktar int u ma tħallix aktar indħil. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-kannella u l-aħmar. Id-dati ideali għalik huma: 25, 28 u 30. Il-kristalla ideali għalik hi l-Cats Eye. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Pisces ser jagħmlek tgħaraf tkun aktar deċiż u ċert minn dak li hemm bżonn jibda jitwettaq. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta il-ħajja ta' madwarek ser tibda tieħu format differenti minn dak li int għandek bħalissa. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-oranġjo u l-isfar. Id-dati ideali għalik huma: 24 , 26 u 29. Il-kristalla ideali għalik hi l-Fire Gate. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan il-bidu tat-tmien żodajku għalik Aries ser jagħmlek tgħaraf li m'intix tilħaq l-aspettativa li int ikkommettejt ruħek għalija , dan jista' ikun ta' nkwiet madwarek, imma jekk minn issa int tibda titranġa dan in-nuqqas is-sitwazzjoni tibda' tieħu xejra oħra u hekk terġa tabqad dik l-istabbilita. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-iswed u l-vjola. Id-dati ideali għalik huma: 25 , 27 u 31. Il-kristalla ideali għalik hi s-Saphire. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf li għandek il- bżonn li tkun aktar paċenzjuż. Jekk int tgħaraf iżomm din il- paċenzja tant meħtieġa f 'dan il-mument, is- sitwazzjoni ta' madwarek tista' tieħu xejra b'mod differenti minn dak li hi. Imma jekk int ħa titlef il-paċenzja dan jaf joħloq sitwazzjonijiet ikkumplikati u żġur dan mhux il- mument. Kuluri favoriti ma' Taurus huma r-roża u l-isfar. Id-dati ideali għalik huma: 26 , 28 u 30. Il-kristalla ideali għalik hi l-Moonstone. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Gemini ser iwassalek sabiex tgħaraf aktar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li hemm bħalissa madwarek. Bħalissa żġur qed tħoss li wasalt f 'mument fejn trid tgħaraf tkun aktar iffokatt sabiex b'hekk tkun tista' tieħu dawk id-deċiżjonjiet idejalment biss ta' vantaġġ għal dik l-listabbilita. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-aħmar u l-vjola. Id-dati ideali għalik huma : 25 , 27 u 31. Il-kristalla ideali għalik hi l-Onyx. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju tfittex aktar spazju għalik u dan huwa meħtieġ sabiex int tkun tista' tibda taħseb ahjar. Dan huwa dak il-mument fejn int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada dawn iridu jitwettqu. Kuluri favoriti ma' Cancer huma l-blu u l-isfar. Id-dati ideali għalik huma: 27 , 29 u 30. Il-kristalla ideali għalik hi l-Jade. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik leo ser ikun dak il-waqt li tejjeb l-enerġija ta' madwarek sabiex int tkun tista' tagħraf tkun aktar organiżżat, b'hekk meta int tagħraf li issa int ilħaqt il-mira tiegħek fl-organiżżazjoni hemm tkun tista' toħloq dik l-iskeda idejali. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-oranġjo u lewn id- deheb. Id-dati ideali għalik huma: 24 , 28 u 31. Il-kristalla ideali għalik hi r-Rose Quartz. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Virgo ser jagħmlek tgħaraf li wasal dak il-mument li tgħaraf ma toqodx lura għax li hemm bżonn jitwettaq ser tibda twettqu. L-importanti li int ikollok twemmin fik innifsek sabiex dak li int sejjer twettaq ikun għal ġid tiegħek. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-isfar u l-kannella. Id-dati ideali għalik huma: 24 , 27 u 29. Il-kristalla ideali għalik hi l-Black Opal. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Libra ser ikun mument fil-ħajja tiegħek fejn sejjer jagħmlek aktar matur u tgħaraf aktar dik ir-responsabbilita' ta' dak kollhu li hemm madwarek. Huwa mument li ser jagħmlek tgħaraf tippjana b'inqas tfixkil. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-griż u roża. Id-dati ideali għalik huma: 26 , 29 u 31. Il-kristalla ideali għalik hi t-Tiger's Eye. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik l-istess Scorpio ser jagħmlek tgħaraf aktar dak it- tajjeb li int għandek u grazzi għal dan int ser tgħaraf aktar l-abbilita' li int tipposjedi ġewwa fik. Hekk ser tkun tista' tanaliżża aħjar dawk l-opportunitajiet li resqin lejk. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-blu u l-abjad. Id- dati ideali għalik huma: 27 , 29 u 30. Il-kristalla ideali għalik hi l-Aquamarin. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Sagittarius ser ikun mument ta' riflessjoni aktar profonda, mument ta' ippjanar kif ukoll mument ta' deċiżjonijiet. Minħabba f 'dak li ġej f 'dawn il-ġimgħat issa int trid tkun imħejji aktar minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk.Għandek bżonn ta' aktar attenzjoni. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-oranġjo u l-isfar. Id-dati ideali għalik huma: 25 , 27 u 29. Il- kristalla ideali għalik hi l-Lemon Quartz. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tat-tmien żodajku ta' Scorpio għalik Capricorn ser tgħaraf aktar kif il-karriera li għandek fil-preżent tista' tkompli tespandi u titkattar. Ovvjament bħal dejjem int trid tibqa kawt għal dak li xi kultant ser ikun qed jinqala kontra tiegħek. Dan għalik jaf ikun forma ta' eżami. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-vjola u l-aħmar. Id-dati ideali għalik huma: 27 , 30 u 31. Il-kristalla ideali għalik hi l-Amber. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Audrey Vella mill-Fgura It-tieni premju ntrebaħ minn: Daniel Abela mill-Imsida Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Iż-żodjaku ta' Scorpio ma' liema element jikkombina, ma' dak tan-nar, ma'dak tal-ilma jew ma' dak ta' l-arja? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste SCORPIO: IT-TMIEN ŻODJAKU Jibda dak ix-xahar partikolari għalina l-Maltin, ix-xahar ta' Novembru. Ovvjament għax f 'dan ix- xahar partikolari naħsbu aktar f 'dawk l-għeżież tagħna li jinsabu fl-ispiritwalità eterna. Huwa xahar iddedikat sabiex niakru iżjed fil-memoriji tagħhom pero' jien dejjem nenfasiżża li m'għandux jasal ix-xahar ta' Novembru sabiex niakru fl-għeżież tagħna imma rridu niakru fihom tul is-sena kollha. Mill-lat ta' l-astrolġija x-xahar ta' Novembru jlaqqana ma' żewġ żodjaki ferm sensittivi u nteressanti, ż-żodjaku ta' Scorpio u ż-żodjaku ta' Sagittarius, żewġ żodjaki li joffrulna dik l-armonija, mħabba, sensittivita' u direzzjoni. Dan it-tmien żodjaku ta' Scorpio jippreżenta s-simbolu tal-iskorpjun fejn dan jirriffletti sabiex ma' dan iż-żodjaku trid tgħaraf kif timxi, għax hemm dik l-espressjoni li tgħid jekk l-iskorpjuni ma jaslux b'rashom jaslu b'denbhom żgur. IKOMPLI KOMPETIZZJONI MA' PAULJON