Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Dik il-ħaġa li ridt nitfa' rasi ir-raġel iqaxxarli xagħri kienet MARIANNA CALLEJA Jekk nistaqsik x'jiġi moħħok meta insemmilek il-kanċer tas-sider ... x'tgħidli? Anzi ħa ngħidlek jien x'jiġi f 'moħħok. Wiċċ abjad karti, par għajnejn mitfija ġo ħofra ta' iswed baħħ, dwejjaq kbar, għejja u fuq kollox raġġi, kimoterapija, bandani, parokki u dak il- misħut roża. Fl-ebda mument ma jiġik f 'moħħok daħka tiddi, karattmaru mill-isbaħ u vuċi anġelika li donna tibqa' tidwi f 'moħħok anke sigħat wara li twarrab minn ħdejha. Dan li kien hemm jistenna lill-gazzetta ILLUM fl-intervista li kellha ma' Rowena Enriquez, il-Viċi President ta' Europa Donna imma wkoll mara li qed tiġġieled il- battalja kontra l-kanċer tas-sider għat-tieni darba f 'ħajjitha. L-ewwel darba li l-kanċer tfaċċa fid- destin ta' Rowena ... F'jum għeluq snin ir-raġel tagħha, Rowena Enriquez ħasset boċċa. Ta' 29 sena kien diġà kellha żewġ t'itfal u fil-familja ma kellhiex storja ta' kanċer. Iż-żgħir ta' Rowena, tifel ċkejken ta' sitt snin kien ma jiflaħx u bit-tabib id-dar iddeċidiet li tistaqsih. Mal-ewwel bagħatha tagħmel ultrasound u mammogram. Ġurnata wara, jumejn biss qabel il-Milied tal-2009, Rowena skopriet li għandna kanċer tas-sider. Setgħet faċilment stenniet il-Milied jgħaddi bil-kwiet u imbagħad tkellmet wara, imma mn'Alla ma stennitx għax l-istorja setgħet kellha tmien ieħor. Fl-isptar privat li fih marret, iltaqgħet ma' professur li insista li nisa ta' eta żgħira daqs tagħha ma ssirilhomx mammogram. "Wara li spjegajtlu li t-tabib bagħtni b'emerġenza għamilli mammogram. Malli ra r-riżultat qalli li kieku kont jien noperak mil-lum għall-għada." Iddeskriviet kif dak iż-żmien ma tantx kont tisma' b'nisa ta' età żgħira li jkollhom kanċer tas-sider u lanqas kienet titqajjem kuxjenza biex mara żgħira tistudja sidirha għal dak li jista jinqala'. "Meta kont nara xi programm fuq it- televiżjoni fejn jiġbru flus kont neqliblu għax kienet taqabadni ħlewwa ta' qalb. Kont ngħid jien għadni żgħira ... mhux se jiġrili hekk." Irrakkontat kf kienet tirfes fis-sala tal- onkoloġija, li dak iż-żmien kien fl-isptar Boffa, u tħossha qisa tarbija ħdejn il- pazjenti l-oħra. Tfajliet jew nisa żgħar bil- kanċer tas-sider ma jfissirx li ma kienx hawn, iżda ma kinitx xena normali dak iż- żmien lanqas. Hija kellha lumpectomy biss, fejn tneħħiet il-boċċa u numru ta' lymph nodes. Wara sena ta' trattamenti, kimoterapija u radjoterapija, hija rebħet il-battalja. 11-il sena wara, f 'nofs il-pandemija, il-kanċer reġa' tfaċċa fl-istess post ... Rowena fehmet lill-gazzetta li hija baqgħet tieħu l-pirmli, b'pirmla minnhom tibqa' toħodha għal 10 snin sħaħ. Baqgħet tagħmel ukoll numru ta' mammograms u ultrasounds. Kien wieħed minn dawk il-mammograms li 11-il sena wara qabad kankru ieħor fl-istess post, din id-darba iktar aggressiv. "Ma kontx se nħossha jiena, għax fejn ikollok il-marka tal-ferita, ikun iebes" Rowena Enriquez, issa ta' 40 sena kellha tagħmel mastektomija doppja, fejn sidirha kellu jitlaq kollu anke jekk bħala prekawzjoni. Għamlet l-operazzjoni proprju fil-jum dinji tas-saħħa tas-sider, fil-15 ta' Ottubru tal-2020. Ma kinitx operazzjoni faċli. "Din id-darba bdejt nitlob li niffranka l-kimoterapija imma kelli nerġa neħodha. Raġġi ma stajtx nerġa' neħodhom ghax raġġi fl-istess post darba biss tista tieħu f 'ħajtek. Bdejt il-kimoterapija f 'għeluq snini." Xahar ieħor, lejliet għeluq sninha, Rowena tispiċċa t-trattament. 'L-ewwel darba ħadt xokk qawwi, speċjalment qalli irrid nibda chemo' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Rowena kif il-vjaġġ tagħha fil-ġlieda kontra l-kanċer affetwatha bħala mara, li l-femminilità tagħha kienet valur importanti. Mal-ewwel darba li nstab il-kankru, it- tabib spjegalha li se jkollha tibda tieħu l-kimoterapija, il-kunfidenza f 'Rowena mal-ewwel ħadet tisbita. Forsi għax il- chemo kulħadd jassoċjaħ ma' nies li xagħarhom jaqa', imma Rowena mal-ewwel ħasset għafsa ta' qalb. "In-nisa taf kif aħna ... xagħrna dejjem ikun f 'postu. Dik il-ħaġa li rrid nitfa rasi ġos-sink u bażikament ir-raġel iqaxxarieli kienet kiefra wisq għalija." Wara mument ta' ħsieb, hija bdiet tiakar u tgħidilna kif dak iż-żmien it-tfal kienu għadhom żgħar. It-tifla li kellha biss tliet snin ma setgħetx taċċetta l-ommha b'xagħrha qasir. It-tifel kellu sitt snin u sa ċertu mod fehem għaliex ommu se tkun qed tilbes bandana minflok tgħannaq ix- xagħar bjond li kien imdorri bih hu. "Ridt ninkludihom biex huma ma jaħsbux li t-tort tagħhom li l-mama mardet. Ħafna drabi t-tfal jassoċċjaw dak li qed jiġri ma' għax kienu mqarbin huma. Ma ridthomx iħossu dik il-ħtija." Imbagħad meta il-kimoterapija waqfet, xagħrha reġa' qabad jitwal u bil-mod bdiet taqta ukoll ix-xallel minn ma' rasha kull fejn tmur. "L-ewwel darba li ħriġt bla xalla, niakar it-tifla qaltli "mama insejt ix-xalla", għidtilha "m'għandhix bżonnha sabiħa, dak sinjal li l-mama qed tfieq", qaltli "ok" u fehmet mal-ewwel. Illum il-ġurnata t-tfal għandhom 15 u 18-il sena, Rowena iktar tista' faċilment tfehmhom aħjar il-passi li qed tgħaddi minnhom. B'daħka qalet li xagħrha issa ma baqax bjond imma issa saret brunette! Pero' xorta qed tittama li jitwal għat-tul li kien. L-iktar ħaġa li kiddet lil Rowena ... la kienet il-kimoterapija u lanqas l-estetika Għaldaqstant, li kieku kellha tara l-iktar ħaġa li kisritha Rowena, xi tkun? Mingħajr l-ebda ħsieb mal-ewwel qabdet tirrakonta lill-ILLUM kif il-fatt li kellha tgħaddi minn dan kollu, għal darba oħra iżda din id-darba weħidha, hija l-aktar ħaġa li sabet diffiċli. Spjegat kif hi esperjenzat iż-żewġ aspetti ta' kanċer qabel Covid-19 u anke waqt il- Covid. L-ewwel darba forsi ħasset biża' sforz il-fatt li ma kinitx taf x'qed tistenna iżda issa ħasset terrur minħabba l-pandemija. L-ewwel li kienu għamlu bħala familja, qaflu lilhom infushom id-dar inkluż it-tfal li baqgħu jitgħallmu kollox mill-kmamar tas-sodda tagħhom. Hi flimkien mar-raġel tagħha wkoll bdew jaħdmu mid-dar avolja kienet taħdem il-bank. Ma setgħu jaraw lil ħadd, lanqas nies id-dar ma setgħu jidħlu inkluż ommha u missierha, ħutha u sħabhom. L-appuntamenti għand it-tobba, Rowena kellha tmur għalijom weħidha għax nies mal-pazjenti ma setgħux jidħlu. "Tkun għaddejja min dan kollu, tkun imkissra u fl-istess ħin trid tgħarbel dak li qed jgħidlek it-tabib. Li qed tisma' kollox waħdek u m'għandekx support maġenbek, kattiva wisq." Rowena għamlet ġimgħa l-isptar wara l-operazzjoni ta' sidirha, fejn ġimgħa sħiħa kellha tara lir-raġel tagħha biss siegħa waħda fil-ġurnata. Imnalla kienet it-tekonoloġija li biha l-familja Enriquez ikkomunikaw. Il-vjaġġ ta' mara ta' 40 sena li kellha tiġġieled il-kanċer darbtejn. Il- gazzetta ILLUM titkellem mal-Viċi President ta' Europa Donna Rowena Enriquez, li minkejja l-battalja kurrenti tagħha kontra l-kanċer tas- sider, tibqa' tgħin ukoll nisa oħra jiġġieldu tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021