Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 Tal-ħwejjeġ kuntenti bil-bejgħ ... jittamaw li elezzjoni bikrija ma ttellifx ir-ritmu Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' sidien ta' ħwienet tal-ħwejjeġ dwar l-andament tan-negozju matul ix-xhur tas-sajf u tistaqsihom kif qed iħarsu lejn il-ġimgħat li ġejjin. Jekk tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali fis-27 ta' Novembru se taffettwa l-bejgħ? Mhux aħjar tinħeles issa? YENDRICK CIOFFI Sidien differenti ta' ħwienet tal- ħwejjeġ qalu li huma kuntenti ħafna bl-andament tan-negozju matul ix-xhur tas-sajf u jinsabu ħerqana għall-ġimgħat li ġejjin partikolarment minħabba l-Black Friday u anke l-Festi tal-Milied, li din is-sena qed jistennew li jkunu ħafna aħjar minn dawk tas-sena li għaddiet, meta kien għad hawn ħafna restrizzjonijiet. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tliet sidien dwar in-negozju fl-aħħar xhur u t-tendenzi tal-klijenti iżda staqsithom ukoll dwar il- possibbilità ta' Elezzjoni Ġenerali fis-27 ta' Novembru. Jippreferu jekk tinħeles jew inkella aħjar tissejjaħ wara l-Milied? 'Ferm aħjar mis- sena li għaddiet' – Jamie Farrugia Il-gazzetta ILLUM bdiet titkellem ma' Jamie Farrugia, sid ta' Sorbino f 'Raħal Ġdid u Tas-Sliema li ddeskriva s-sajf li għadda bħala wieħed pożittiv. Fi kliemu, kien "ferm aħjar" minn dak tas-sena li għaddiet. "Il-ħajja bdiet ġejja lura għan- normal u l-vawċers tal-Gvern għamlu differenza kbira," saħaq. Insista li jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi, qed jistennew li n-negozju jkompli sejjer tajjeb u jitjieb. 'Nistenna li x-xiri se jiżdied' "Bla dubju li l-Black Friday u l-perjodu tal-Milied inkunu qed nistennewh ħafna," kompla Farrugia. "Nistenna li l-bejgħ se jiżdied." Fakkar li dan għall-kuntrarju tas-sena li għaddiet meta x-xiri tal-ħwejjeġ kien batut ħafna għax ħafna mill-attivitajiet tal- Milied, anke dawk privati u tax- xogħol, kienu wieqfa kważi għal kollox. L-ILLUM staqsiet lil Farrugia dwar x'effett jista' jkollha Elezzjoni Ġenerali fis-27 ta' Novembru, anke għax dan se jkun fil-weekend tal-Black Friday u anke viċin ix-xahar ta' Diċembru u l-Festi tal-Milied. 'Elezzjoni dejjem ittellef ...' Farrugia saħaq li xi ftit jew wisq, elezzjoni dejjem ittellef mill-bejgħ. "Imma mhux li se jkun hemm xi differenza kbira. Issir jew ma ssirx, xorta kważi ċert li l-andament se jkun ferħ aħjar mill-2020 meta kien hawn kollox magħluq minħabba l-Covid-19," temm jisħaq. 'Kien hawn ċaqlieqa tajba ... il-vawċers taw imbuttatura' – Julian Micallef Minn Raħal Ġdid inżilna Birkirara u ltqajna ma' Julian Micallef, sid ta' EVIA u Nuvole li joffru kemm ħwejjeġ tan-nisa u anke tal-irġiel. Micallef insista li fl-aħħar xhur il-vawċers tal-Gvern kienu importanti ħafna għax, fi kliemu, dawn taw dik l-imbuttatura importanti li kien hemm bżonn. "Kien hawn ċaqlieqa tajba," insista. Spjega li qed jinnutaw ukoll varjetà fil-ħwejjeġ li qed jinxtraw. Fakkar kif is-sena li għaddiet, peress li ħafna ma kinux qed joħorġu, il-klijenti ma xtrawx jew inkella xtraw biss ħwejjeġ ta' ġewwa u għalhekk din is-sena kellhom bżonn jixtru. 'Il-klijenti qed jagħżlu ħwejjeġ differenti biex ibiddlu' Fi kliemu, il-fatt li issa l-ħruġ dejjem qed jiżdied, dan wassal biex il-klijenti jagħżlu ħwejjeġ li forsi mhumiex daqshekk tan- norma. "Qed jagħżlu kuluri aktar vivaċi u affarijiet aktar differenti mis-soltu. Din mhux Malta biss qed narawha. Hemm studji wkoll dwar dan barra minn Malta," insista. "Fejn qabel kienu qed jixtru affarijiet għal ġewwa, illum it-tendenza qed tinbidel. Qed jixtru affarijiet biex ibiddlu." 'Inħares 'il quddiem għall-Black Friday u l-Milied' Dwar ix-xhur li ġejjin, Micallef insista li qed iħares 'il quddiem b'pożittività, b'mod partikolari għall-Black Friday u anke għall- istaġun tal-Milied, anke għax is- sena li għaddiet kien għad hawn ħafna aktar restrizzjonijiet. Insista wkoll li wara x-xhur tas-sajf, fis-settur li jaħdmu fih huma, in-negozju dejjem jikkalma xi ftit u fi kliemu, din is-sena qed jinħass xi ftit aktar mis-soltu. "Jista' jkun minħabba diversi fatturi, fosthom għax in-nies xtraw biżżejjed bil-vawċers jew għax dak li jkun ikun daħal mill-ġdid f 'ċertu rutini li lilna jaffettwawna," kompla jispjega. Kien hawn li appella dwar il- bżonn ta' kampanja fit-tul biex ikunu ppromovuti n-negozji lokali. "Sakemm kien hemm il- vawċers, in-nies kienu kważi kostretti jużawhom lokalment. Għalhekk issa hemm bżonn kampanja biex il-konsumatur jibqa' jagħżel il-ħwienet lokali," insista. 'Elezzjoni dejjem ikollha effett...' Mistoqsi dwar il-possibbilità ta' elezzjoni f 'Novembru, Micallef saħaq li n-negozju se jiġi affettwat bla dubju. Fi kliemu, mill-esperjenzi passati, kemm il-ġimgħa ta' qabel u anke l-ġimgħa ta' wara l-elezzjoni, il- bejgħ jonqos drastikament. "Jekk tissejjaħ, se jkun hemm effett. Tissejjaħ meta tissejjaħ dejjem se tolqot lil xi ħadd imma s-settur tagħna, minħabba l-Covid-19, diġà ġie affettwat ħafna," insista. "Għalhekk nittama li x-xogħol ma jerġax ikun affettwat f 'dan il-perjodu tal-Black Friday u l-Milied li normalment iġib ħafna bejgħ." 'Fl-aħħar xhur kellna ċaqlieqa kbira' – Joseph Camenzuli Minn Birkirkara, l-ILLUM telqet lejn il-Belt Valletta u tkellmet ma' Joseph Camenzuli minn Vigo Men's Wear li jispeċjalizza fi ħwejjeġ puliti tal-irġiel. Minħabba li ħafna attivitajiet u okkażjonijiet kienu kważi wieqfa għal kollox, is-sena li għaddiet, ħwienet bħal dawn, qalgħu l-akbar daqqa. Camenzuli insista li fl-aħħar xhur kellhom "ċaqlieqa kbira" b'mod partikolari bit-tiġijiet li issa tista' tgħid li qed isiru kollha kemm huma f 'salt. Fil-fatt, fi kliemu, anke jekk okkażjonijiet bħall-festi għadhom mhux isiru, it-tiġijiet għamlu tajjeb għal dan in-nuqqas. 'Kollox jaffettwa ... kien hemm min żied fil-piż kemm dam ġewwa' Fin-negozju kollox jaffettwa u dan ikkonfermah Camenzuli wkoll. Fil-fatt, insista li kellhom ħafna klijenti li xtraw il-ħwejjeġ jew għax ħxienu fi żmien li damu maqfula d-dar jew inkella għax ħadu l-okkażjoni, għamlu l-eżerċizzju u naqsu. "Anke dan jaffettwa x-xogħol tagħna. Kien hemm aktar nies li ġew għax żiedu fil-piż," kompla jispjega. 'It-tiġijiet se jkomplu u se jirritornaw l-istaff parties' Mistoqsi dwar ix-xhur li ġejjin, Camenzuli insista li anke jekk ħadd ma jaf x'ġej, l-affarijiet jidhru tajbin. Insista li xorta waħda hemm ammont ta' tiġijiet li se jsiru f 'Novembru u Diċembru u apparti minn hekk, ġaladarba l-ħajja qed tmur lura għan- normal, qed jistenna wkoll li din is-sena jirritornaw ir-riċevimenti u l-ikliet tax-xogħol għall-Milied. "Jiena l-ħanut tiegħi l-Belt. Filgħaxija l-Belt, partikolarment fi tmiem il-ġimgħa, qed tkun mifqugħa. In-nies qed joħorġu u jridu n-normalità. Min joħroġ, se jixtri l-ħwejjeġ," insista. 'Nippreferu elezzjoni wara l-Milied' Mistoqsi wkoll dwar il- possibbilità ta' elezzjoni ġenerali f 'Novembru, Camenzuli saħaq li diffiċli tgħid jekk in-negozju hux se jkun affetwat jew le. "Nippreferu li kieku ssir wara l-Milied, bejn Jannar u Marzu. Jekk se ssir din is-sena, importanti wkoll li wara l-Black Friday," temm jispjega. Jamie Farrugia Julian Micallef Joseph Camenzuli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021