Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'L-Enemalta ma biegħet l-ebda proprjetà jew impjant fil-Qajjenza' ANTHEA CACHIA L-impjant tal-gass fil-Qajjenza, magħruf ukoll bħala d-depot tal-gass, ilu tmien snin magħluq. Disa' snin minn meta' skatta l-proċess li jiġi żvujtat. Diversi residenti ta' Birżebbuga saħansitra spekulaw li dan id-depot kien inbiegħ lil kumpanija privata, barranija. Kien għalhekk li l-ILLUM staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli jekk hux minnu li dan l-impjant inbiegħ mill-Enemalta u x'kien il-ħsieb wara dan kollu. Madankollu, il-Ministru Dalli nnegat kull tip ta' negozju "fuq proprjetà jew impjant fil-Qajjenza". Din il-gazzetta staqsiet ukoll jekk kienx hemm pjanijiet għal dan l-impjant abbandunat iżda ma rċiviet ebda risposta f 'dan ir-rigward. Għaldaqstant għadu mhux magħruf jekk din iż-żona, żewġ passi 'l bogħod mill-promenade li ssebbaħ lil dan ir-raħal, hux se tibqa' ttappan id-dehra tal-Qajjenza. Kważi 57 sena minn meta beda jopera, l-impjant u d-depot tal-gass fil-Qajjenza ingħalaq uffiċjalment fl-2013 wara proċess estensiv ta' dekontaminazzjoni u ttestjar fuq il-kwalità tal-arja. X'kien il-ħsieb wara dan l-impjant? Kif spiċċa mdawwar minn għadd ta' bini residenzjali? Id-depot tal-gass tal-Qajjenza ilu jintuża bħala depot mill 1956, meta l-Gvern dak iż-żmien, immexxi mill-Partit Laburista, kien ħa taħt idejh l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-gass LPG. Fis-snin 60, intlaħaq ehim li ssir żona ħadra bħala buffer zone bil-għan li dan id-depot ikun minn tal-inqas 300 metru bogħod minn bini ieħor u b'hekk jevita kull perikli. Kollox inbidel fis-snin 1980 u 1981, meta kien hemm hemm żieda fiż- żona ta' żvilupp u diversi nies bdew japplikaw għal permessi biex jibnu. Għalhekk, din l-idea ta' buffer zone għebet. Intant, l-eks Ministru inkarigat mill-Enemalta Philip Muscat, mar kontra l-Gvern tiegħu u ddikjara pubblikament li bini addizzjonali qrib dan id-depot kien żball kbir u perikoluż għal dawk tal-madwar. Minkejja dan, it-talba tiegħu ġiet injorata u kollox baqa l-istess sal-2001. Il-folja inqalbet waqt dibattitu parlamentari fl- 2001 fejn il-maġorranza tal-membri parlamentari qablu li kien hemm bżonn ta' rilokazzjoni għax kien wisq qrib ir-residenti tal-lokal. Sa' dak iż-żmien, din iż-żona kienet diġà ffullata bil-bini. It-traġedja ta' Seveso Fl-10 ta' Lulju tal-1976, kif daqqu t-tokki ta' 12:37 ta' wara nofsinhar, 20 kilometru 'l bogħod mit- tramuntata ta' Milan, seħħet traġedja kbira f 'impjant tal-kimika f 'Seveso. Kawża t'hekk il-popolazzjoni ta' dawk l-akkwati ġew esposti għal kimika magħrufa bħala diossina. Dan wassal għal numru ta' studji xjentifiċi u għadd ta' regolamenti li aktar tard, fl-1982, ġew imposti fil-kommunità Ewropea u sussegwentament ġew imsemmija d-direttivi ta' Seveso. Dawn id-direttivi ġew emendati diversi drabi, l-ewwel darba fl-1999, it-tieni darba fl-2005 u t-tielet darba fl-2015. Id-Direttivi ta' Seveso jobbligaw l-istati membri jiżguraw li l-operaturi jagħmlu policy soda li tipprevjeni traġedji kbar, bħal dik ta' Seveso. Waħda mil-linji gwida tagħha tgħid li l-operaturi għadhom jinfurmaw il-pubbliku, b'mod partikolari dawk li jistgħu jiġu milquta l-aktar, dwar ċertu kimiċi li qed jinħadmu fl-impjanti. Il-qrubija tad-depot tal-gass għar-residenzi fil- Qajjenza, b'uħud minnhom saħansitra jkollhom it-twieqi jagħtu mal-impjant, fisser li dan l-impjant kien qed jikser id-direttivi ta' Seveso. L-Enemalta bla pjanijiet għad-depot tal-gass, li bħalissa jinsab fi stat ta' telqa u abbandun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021