Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet żgħażagħ iħossu li s-sitwazzjoni mhux ħażin. Fil-fatt mill-parteċipanti ta' bejn 16 u 25 sena huma 77% li jħossu li l-ekonomija tinsab f 'qagħda eċċellenti, sejra tajjeb jew la tajjeb imma lanqas ħażin, b'dan il- perċentwal jinqasam hekk: 1% - Eċċellenti, 29% - Tajjeb 47% - La tajjeb imma lanqas ħażin. Huma 23% li jħossu li l-ekonomija sejra ħażin. Tnejn fil-mija ta' dawk bejn il-25 u l-40 sena iħossu li l-ekonomija hija f 'qagħda eċċellenti, 26% jaħsbu li hija f 'qagħda tajba u 52% iħossu li la sejra tajjeb imma lanqas ħażin. Huma 20% biss li jaraw l-ekonomija sejra ħażin bħalissa. B'kollox kienu 80% ta' dawk bejn il-25 u l-40 sena li jħossu illi l-ekonomija din is-sena hija f 'qagħda eċċellenti/tajba/mhux ħażin. Intant mistoqsijin kif inhi l-qagħda finanzjarja tagħhom issa kkumparat mas-sena l-oħra, 42% ta' dawk bejn s-16 u l-25 sena wieġbu 'aħjar' - li hija żieda ta' 12% mill- 2020 filwaqt li 35% wieġbu 'l-istess'. Ftit inqas minn wieħed minn kull erbgħa, jew inkella 23%, qalu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija 'agħar'. Għal dawk li huma bejn 25 u 40 sena - u allura dik il-parti tal- popolazzjoni li daħlet iktar fil- qasam tax-xogħol - 46% huma pożittivi dwar il-flus fil-but din is- sena kkumparat mal-2020 - b'żieda ta' 15%. Dan filwaqt li 38% jħossu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija l-istess. Huma 16% biss li qalu illi s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom marret għall-agħar. Il-Governanza titla' fil- prioritajiet Intant il-parteċipanti kienu mistoqsijin liema għandhom ikunu l-prioritajiet tal-Gvern fl- investiment, bl-ewwel priorità mill-ġdid tkun waħda relatata mal-ambjent: It-tnaqqis fit- tniġġis u l-immaniġjar tal-iskart. Il-governanza telgħet żewġ postijiet mill-2020, biex minflok ir-raba', il-parteċipanti issa poġġewha bħala t-tieni priorità f 'termini ta' investiment mill- Gvern. 'Mhux se nagħmlu mirakli ... imma mexjin fit-triq it-tajba' Fuq dawn iċ-ċifri l-gazzetta ILLUM staqsiet lill-MInistru Aaron Farrugia jinkwetax u jħossx li numri bħal dawn jindikaw falliment fl-ambjent. 'Pjuttost il-kontra," jibda jwieġeb il-Ministru li jirrimarka illi l-fatt li ż-żgħażagħ qed itellgħu din il- kwistjoni tant 'il fuq fl-aġenda tagħhom ifisser li hu bħala Ministru jista' jagħmel aktar pressjoni fuq il- Gvern biex jattwa u jinvesti aktar fl- ambjent. Farrugia sostna li dak li qed naraw madwarna huwa frott ta' 70 sena, mhux ta' sena u nofs jew ta' issa biss u qal li fl-aħħar mill-aħħar għad- degradazzjoni ambjentali "aħna lkoll responsabbli." Huwa jgħid iżda li l-Gvern jiem din il-preokupazzjoni u jisħaq li "ninsabu fit-triq it-tajba. Naturalment ma jfissirx li se nagħmlu l-mirakli, imma qed naħdmu. Fil-bidla fil-klima qed nagħmlu bidliet kbar," jgħid il- Ministru, bil-gazzetta twaqqfu u titolbu jelenka għal-liema bidliet qed jirreferi. Huwa semma' l-inizzjattivi biex aktar nies jixtru karozzi elettriċi - fosthom f 'dan il-Baġit illi fih il-Gvern ħabbar illi l-għotja finanzjarja għax- xiri ta' vetturi ġodda li jaħdmu bl- elettriku jew inkella Plug-In Hybrids, żdiedet bi €3,000 minn l-għada tal-baġit. Minn €8,000 għal xiri ta' karozzi elettriċi jew plug-in hybrids din telgħet għal €11,000, u titla' sa €12,000 f 'każ li tiġi wżata l-iskema tal-iskrappjar. Semma wkoll il-Low Carbon Development Strategy, skemi ta' retrofitting u anke l-miżura ta' trasport pubbliku b'xejn biex aktar nies jitħajru jużawh u jħallu l-karozza d-dar. "Fl-immaniġġjar tal-iskart għamilna rivoluzzjoni - sa it żmien ilu konna nitfgħu ż-żibel kollu f 'miżbla...irranġajna u għamilna Park minflok il-miżbla f 'Wied Fulija u anke il-Qortin. Għaddejjin bi proġetti ta' tħaddir urban fil-Ħamrun, Ħal Qormi, Ħaż Żabbar u l-Mosta. Għaddejjin bix-xogħol fi ġnien Romeo Romano, fi Ġnien Spencer fil-Marsa... hawn proġetti ambjentali għaddejjin kullimkien," irrimarka Farrugia. F'dan il-punt huwa jirrimarka u jammetti illi l-aktar punt kontroversjali jibqa' l-ippjanar. "Iż-żewġ partiti qed jaqblu li l-Pjani Lokali tal-2006 mhux se jbiddluhom... u iem mhux faċli tagħmilha!" Farrugia qal li kien hemm min mar jieħu self minn bank għax ħaseb li fuq dik l-art li nfetħitlu għall- iżvilupp se jtella' blokka ta' erba' sulari. "Min jiena, jien - 15-il sena wara - biex ngħidlu issa insa kollox ma tistax tibniha?" Huwa temm jgħid li iżda "qed nibnu ikrah" u allura sostna li qed jimbutta politika dwar l-estetika li tkun ħafna iktar komprensiva. "Imma jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li partit jew ieħor se jwaqqaf l-iżvilupp, insewha." 'Frott snin ta' edukazzjoni favur aktar għarfien u sensittività lejn l-ambjent' Id-Dekan u Professur Andrew Azzopardi sostna illi din l-istatistika turi li ż-żgħażagħ huma l-aktar qrib l-ambjent jew inkella l-aktar li qed ikunu impattati minnu, anke hekk kif qed ifittxu biex jixtru proprjetà per eżempju. Huwa ammetta wkoll mal-ILLUM li dan huwa suġġett li sar ħafna aktar attraenti minn qabel, anke minħabba ħemel ta' dokumentarji u għarfien fuq it-TV, Netflix u aktar. "Pero' dawn in-numri huma wkoll frott snin ta' għarfien u edukazzjoni fl- iskejjel. Illum qed naqtgħu dan il-frott," qal Azzopardi li sostna wkoll illi ħafna żgħażagħ iħarsu lejn il-politika minn ottika kompletament differenti mill- partiġġjaniżmu ta' ġenerazzjonijiet aktar anzjani. "Għalihom is-suċċess huwa aktar ibbażat fuq, per eżempju, kif sejjer l-ambjent f 'pajjiżna." Id-Dekan tal-Fakultà tal-benesseri soċjali saħaq illi ż-żgħażagħ huma ħafna iktar kritiċi u jevalwaw ħafna iktar, milli bosta jimmaġinaw. "Huwa għalhekk li nemmen li għandhom jikkontestaw l-elezzjoni għax il- korruzzjoni u l-problemi li kellna mhux iż-żgħażagħ għamluhom." Il-Ministru Aaron Farrugia Il-Professur Andrew Azzopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021