Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 Ritratt: James Bianchi ġos-sink u bażikament kienet kiefra' Fil-fatt b'gratitudni qalet li t-tobba għandhom qalb tad-deheb. L-ewwel darba, is-sala tal-onkoloġija f 'Boffa kienet diġà t-tieni dar tagħha, aħseb u ara t-tieni darba meta kellha tmur dejjem l-isptar weħidha. B'sens ta' kważi dispjaċir kompliet tispjega kif ilha sentejn taħdem id-dar u li għalkemm sabet appoġġ kbir mill-bank fejn taħdem, tħoss in-nuqqas tal-kollegi u l-ħames kelmiet li tgħid magħhom, tħoss in-nuqqas tan-nies u anke s-sempliċiment rutina biex tlesti u tagħmel l-irtokk malajr ħa tparpar 'il barra. Iddeskriviet l-esperjenza li qed tgħaddi minnha bħala waħda differenti u antipatka. Minkejja dan kollu l-ikbar dispjaċir għaliha hu li tħoss illi minħabba fiha uliedha tilfu ħafna ħbieb. "Ma setgħux joħorġu mal-ħbieb u jkomplu il-ħajja tagħhom...il-ħajja soċjali tlifniha kollha." Filwaqt li b'textixa bard u sempliċiment tbissima fakkret li kull ġimgħa kellha tagħmel swab qabel il-kimoterapija u vera kienet kważi trawma weħidha l-affari. Għaldaqstant malli bdew jieħdu l-vaċċin bħal reġa' feġġ raġġ ta' tama. Imma li kieku tista' lil Rowena ta' 29 sena, li għadha kif tiskopri li għandna kanċer, int x'kont tgħidilha? "Qatt ma kien jgħaddili mill-kurituri ta' moħħi li 11-il sena wara se nerga' ngħaddi minn dan kollu. Insejt dak li kont 11-il sena ilu, issa hawn verżjoni ġdida tiegħi innifsi, għadni qed nidraha ... imma dak li kont ngħidlu ċaw ċaw" Rowena qaltilna li hemm bosta fatturi għaliex din id-darba ħassitha aktar, ħafna minnhom diġà tkellimna fuqhom. "Dan bħat-tqala, l-ewwel tarbija bħal donnok ma tkunx taf għalxiex dieħla, it- tieni tarbija taf għalxiex dieħla." Bħal meta inqabdet tqila it-tieni darba, Rowena kienet taf x'ġej għaliha u dan beżagħha aktar. Seħtet is-siegħa u l-mument li t-tabib qallha għal darba oħra li kellha terġa' tibda l-kimoterapija u bejnha u bejn ruħha qalet "issa għax erġajt irkuprajt saħħti, erġajt ġejt kuntenta bija nnifsi, xagħri reġa' twal, issa se nerġa' nibda mil-bidu." Il-gazzetta ma setgħatx ma tistaqsiex, allura Rowena ta' issa, x'kienet tgħid lil Rowena ta' 29 sena li għadha kif tiskopri li għandha kankru f 'sidirha? "M'intix waħdek, la għaddejja minnu waħdek u lanqas inti l-unika waħda għaddejja minnu. Ibqa' ġġieled." Fl-aħħar mumenti tal-intervista, ħareġ il- veru karratru ta' Rowena. Mara kurraġġuża li bla ebda dubju ġġelgħek tħares lejn ħatek u tgħid, "jien għaliex qed nitlef ħini nindanna fuq affarijiet patetiċi?" Tennet li żgħażagħ u adulti żgħar, nisa taħt l-40 sena m'għandhomx jibżgħu. Vera li forsi kienet rari li mara ta' eta' żgħira ma nisimgħux li ħarġilha kanċer, iżda ma jistax ikun li nwarbu l-idea ta' kankru fis-sider. B'determinazzjoni liema bħala Rowena insitiet li ma jistax ikun is-soċjetà tibqa' titratta l-kanċer bħala tabù, bħala xi ħaġa li toqtlok bħal zoptu malli jgħidulek l-aħbar mingħajr lanqas biss bdejt tikkunsidra trattamenti. "Dan huwa id-destin tiegħi, inutli nintefa' f 'rokna nibki. Teħodniex ħażin, jiġuni ġranet ta! Imma l-għan tiegħi huwa li niggieled. Kont nara lit-tfal u ngħid jekk mhux għalija, se niġġieled għalihom." "Meta kont nara xi programm fuq it- televiżjoni fejn jiġbru flus kont neqliblu għax kienet taqabadni ħlewwa ta' qalb. Kont ngħid jien għadni żgħira ... mhux se jiġrili hekk."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021