Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 ewropej IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Minn ċella kiesħa fir-Russja, Alexeï Sakharov għall-2021 MARIANNA CALLEJA Innominat mill-Partit Popolari Ewropew (PPE) għal kuraġġ tiegħu biex jiġġieled il-korruzzjoni taħt il-Gvern ta' Vladimir Putin, Alexeï Navalny huwa r-rebbieħ tal-Premju Sakharov għas- sena 2021. Interessanti l-fatt li Alexeï Navalny, blogger russu prominenti u l-unika nemesi ta' Putin li verament ikexkex l-avversarju tiegħu, qiegħed il- ħabs Il-finalisti l-oħra kienu l-eks President Bolivjana Jeanine Áñez, innominata mill-Grupp Ewropew tar-Riformisti u Konservattivi, u grupp ta' 11-il mara Afgani, innominati mill-Alleanza Progressiva tas- Soċjalisti Demokratiċi u l-Partit tal-Ħodor. Huma ġew magħżula bħala finalisti bil- voti konġunti ta' żewġ kumitati, il-Kumitat Ewropew tal-Affarijiet Barranin u l-Kumitat Ewropew tal-Iżvilupp, fl-14 ta' Ottubru. L-Erbgħa li għadda ġie mħabbar Navalny bħala r-rebbieħ wara li ġie magħżul bħala mill-President tal- Parlament Ewropew David Sassoli u mexxejja politiċi ewropej oħra. Il-pass li jmiss jeħodna għal 15 ta' Diċembru fejn Navalny, jekk joħroġ mill-ħabs, jiġbor il- premju minn Strasburgu, iżda għalissa ejja nagħtu ħarsa lejn it-tlett finalisti tal- Premju Sakharov. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-finalisti tal-Premju Sakharov għall-2021. Premju ta' €50,000 li jingħata mill-Parlament Ewropew għall-kuraġġ, qlubija u l-ġlieda għal- libertà tal-espressjoni u l-kelma Imsejjaħ l-unika theddida umana ta' Vladamir Putin u l-unika ħjiel għal oppożizzjoni fir-Russja, Alexeï Navalny Vladimir Putin ilu fil-quċċata tax-xena politika Russa mill-1999, l-ewwel bħala president, imbagħad bħala Prim Minisru imbagħad bħala President għal-darba oħra mill-2012 sal-lum. Huwa biddel il-kostituzzjoni Russa sabiex hu jibqa' jiddomina r-Russja filwaqt li ħakem il-ħames pilastri tad- demokrazija. Hawn fejn jidħol Alexeï Navalny, blogger, attivist politiku li ġġieled il-koruzzjoni tal-Gvern Russu u l-iktar kritiku aħrax ta' Putin. B'miljuni ta' segwaċi, is-sit tiegħu juri "l-fond tal-korruzzjoni fil-qalba tar-Russja ta' Putin." Fil-fatt kienu eluf ta' segwaċi minn tiegħu li ħannqu t-toroq Russi iktar minn darba b'protesti kbar saħansittra f 'Jannar li għadda meta Navalny sab ruħu maqful ġo ċella wara r-ritorn tiegħu mill- Ġermanja. Sa minn qabel l-2020, Alexeï Navalny kien diġà għamel isem għalih innifsu u saħasittra prova joħroġ għall-elezzjoni kontra Vladmir Putin stess. Il-Gvern ta' Putin kien attakka lura b'akkużi foloz ta' frodi u għalekk kien ġie eliminat mill-elezzjoni. Wara, hu ħareġ b'mossa aqwa wara li kien innota li l-elezzjoni Russa hi maħduma bħal bizzilla hekk kif fuq il-karta tal-vot, Putin kien qiegħed iniżżel il-Partit tiegħu, 'Russja Maqgħuda', u żewġ jew tliet partiti oħra ffabrikati kollha minnu. Minħabba li n-nies qatt ma jkunu semgħu b'dawk il- partiti, iċ-ċans li l-poplu jivvota lil Putin kien akbar. Dan kollu mmotiva id-diskors ta'Awissu tal-2020 fejn Navalny mis-Siberja, post fejn kienu qegħdin iseħħu elezzjonijiet reġjonali, appella biex il-pubbliku jwaqqa' l-Gvern Russu billi jivvota wieħed mill-partiti l-oħra biss. Ftit wara, sar l-attentat ta' omiċidju fuq Navalny. Dan ġara it ġimgħat wara li filmat kien mar viral. Ftit minuti wara li rikeb ajruplan mis-Siberja għal Moska, hu ħassu ma jiflaħx u ntilef minn sensih. L-ajruplan niżel Omsk u minn hemm ġie mmexxi ġo sptar Ġermaniż għal sigurtà aħjar. Huwa baqa' f 'koma għal ġimagħtejn u ġie magħruf li huwa kien ġie vvelenat fin-nervituri b'arma kimika msejħa 'novichok'. Issa din 'novichok' hija sustanza perikoluża immens li mhux eżattament tista' taħmiha fil- kċina tad-dar. Din il-kimika li tista' tkun trab jew likwidu tiġi magħmula ġo laboratorji avvanzati li 'kumbinazzjoni' huma kważi kollha kontrollati mill-Gvern Russu. Għal-bidu in-nies ħasbu li xi tip ta' velenu kien ingħata lil Alexeï Navalny ma' kikkra te' iżda fil- verità li ġara kien li din il-kimika ġiet bil-għaqal meħjuta fil-qalziet ta' taħt ta' Navalny. Dan ġie żvelat mill-ġurnalist stess wara li rintraċċa nies li emmen li kellhom rwol fl-avvelenament tiegħu. Filwaqt li kien qed jippretendi li huwa uffiċjal tas-sigurtà huwa rnexxielu jqarraq b'esperti sabiex jammettu dak kollu li hu f 'qalbu kien diġà jaf, li l-Gvern Russu ridu ġo qabar. Għal-bidu ta' din is-sena, Alex Navalny irritorna lejn ir- Russja, kompletament konxju li se jiġi arrestat, iżda mhux qabel ma pprepara u investiga l-ikbar storja tiegħu sa issa. Storja li ġiet ppublikata jumejn wara l-arrest tiegħu, l-istorja tal- kastell ta' Vladmir Putin mibni kollu mit-taxxi tal-poplu. Kienu ilhom ix-xnigħat li Putin kellu kastell, għal wieħed qalu li kellu tnejn, kollha mibnija b'flus il-poplu, flus korrotti u flus ta' tixħim. Fil-filmat tiegħu, il-ġurnalist ikkonferma uħud mix-xnigħat filwaqt li ddeskriva il-kastell li fih ukoll casino, bajja personali u skating rink. Minn dakinhar 'l hawn Alexeï Navalny baqa' msakkar f 'ċella fir-Russja, minkejja il-ħafna protesti u biżà għas-sigurtà tiegħu. Iż-żmien biss jgħallimna u d-destin biss jaf jekk Navalny hux se jkun disponibbli biex jiġbor hu stess il-premju, imma sa dak iż-żmien, il-ġurnalist se jibqa' magħruf bħala l-unika raġel li jwerwer lil Putin iktar mill-Babaw. Alexeï Navalny

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021