Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN Claudio Grech Viżjoni jew illużjoni? M atul l-aħħar snin żviluppat attitudni fejn jekk xi ħaġa ma' ddoqqx għal wid- nejn ta' wħud din tiġi mgħarrqa bit-tgħajjir, b'min ikun qed iressaq il-kritika jiġi ttimbrat bl-aktar aġġettiv komuni fid- diskors politiku tagħna: "negat- tiv". Din l-attitudni – intiża biss biex issikket l-analiżi kritika, fattwali u fondata – wasslet għal żewġ riżultati: fl-ewwel lok dawk li jibnu l-kritika tagħhom fuq il-fatti u li m'għandhomx il-mgħammad partiġġjan daħlu f 'qoxrithom u joqgħodu lura milli jlissnu l-perpsettiva tagħhom fil-biża li jiġu ttim- brati "negattivi" jew saħansitra li jispiċċaw fil-mira tat-tpattija. Mill-banda l-oħra dan ħoloq l-ispazju għal dawk li moħħom biex jikkritikaw kollox mingħajr ebda riżerva jew sustanza politi- ka biex allura dawn spiċċaw saru l-vuċi tal-kritika li fiha nnifisha timbotta aktar lin-nies milli tiġbidhom. Ċirku vizzjuż li joħnoq il-vuċi tar-raġuni u jagħti l-pjattaforma għall-kritika vojta li ma' tagħti l-ebda frott. Ir-riżultat huwa li qed ngħixu fiż-żmien tal-politika ta' l-illużjoni, fejn – meta din tkun skomda - ir- realta' tiġi skartata u tiġi sostitwita b'oħra virtwali li hija isbaħ u li ma' tfakkarniex f 'dak li verament hija s-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha. L-ottimiżmu nibdel f 'hubris, il- prudenza saret dagħwa u l-kawtela meqjusa oġġett tar-redikolu. Dan filwaqt li kull forma ta' difiża għall-valuri li sawwru lis- soċjeta' tagħna, tintlaqa' (minn dawk li jriduha tas-suppost fost l-aktar progressivi fostna) b'litanija ta' tmaqdir, tgħajjir u preġudizzji. Kif rajna f 'numru ta' pajjiżi, din ir-realta' miskina twitti t-triq għad-distakkament mill-politika ta' dawk li jemmnu fil-ġid komuni u ssaħħaħ l-id tal- ispettru tal- popoliżmu. Pajjiżna m'għandux xi immunita' minn din ir-realta' u dawn l-aħħar ġimgħat dan rajnih fl-eżerċizzju tal-budget għas- sena d-dieħla. Budget imressaq fi klima ta' staġnar maħluqa mill-Gvern stess bl-inċertezza dwar id-data ta' l-elezzjoni ġenerali. Budget li fid-deher hu popolista iżda meta tagħsar issib li b'dak li qed iqassam fil-kamp soċjali kull m'hu qed jagħmel huwa li jipprova jtaffi l-ispejjeż u l-għoli tal-ħajja li ħoloq hu stess bil-politika tiegħu. Veru każ li l-ewwel jeħodlok ħafna b'id u wara jtik ftit minn dak li ħadlek bl-oħra, u jistenna li ċċapċaplu. Il-messaġġ lill-ħaddiem qatt ma' kien daqshekk ċar: aħdem ħafna aktar siegħat, qatta ħafna anqas ħin mal-familja u ħbieb tiegħek, żid il-piżijiet fuq spalltek u l-istress fuq saħħtek, sabiex taqla' xi ħaġa aktar fl- aħħar tax-xahar li tkun infaqta' fi spejjeż tad-dar jew fl-għoli tal- ħajja qabel ma' tkun daħħlitlek il-paga fil-kont tal-bank. Fi ftit kliem il-Gvern qed jgħidlek biex tgħix biex taħdem ul-importanti huwa li tibqa' "pożittiv" u tbissem lejn il- billboards li jfakkruk din hija l-Malta ser ngħaddu lill-uliedna. Fil-kakofonija ta'numri, slogans u billboards li rajna wara l-budget, ftit nies ħasbu u għarblu l-aktar ħaġa importanti f 'ekonomija ta' pajjiż (bħal kull ekonomija oħra, inkluża dik tal- familja): kif ser jinħoloq id-dħul għall-pajjiż? Qabel ma' tqassmu l-ġid trid toħolqu u bħal f 'kollox fil-ħajja l-isfida hija li tiġġenera d-dħul u mhux tonfqu. Tlett rejaltajiet fattwali (mhux opinjoni) li juru s-sitwazzjoni inkwetanti f 'dan ir-rigward kruċjali: • Wara tmien snin ta' amministrazzjoni, dan il-budget reġa ma' tax l-iċken indikazzjoni ta' setturi ekonomiċi ġodda biex jiġġeneraw il-ġid u joħolqu impjiegi ta' kwalita. L-uniku settur li pprova joħloq il-Gvern huwa dak tal-blockchain li mhux biss sfaxxa fix-xejn, iżda kien ukoll kontributur ewlieni biex pajjiżna sab ruħu fil-lista l-griża tal-FATF. Tant kien falliment li l-Ministru tal-Finanzi stess sejjaħlu bħala "buzzword". • Fil-ġimgħa tal-budget rajna l-agħar riżultat fl-istorja f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kemm pajjiżna huwa meqjus bħala attrajenti għall-investituri, fejn 37% ta' dawk li llum qed joperaw minn Malta iqisuna bħala ġurisidizzjoni attrajenti. Wieħed jista' jimmaġina kif jarana min għad irid jinvesti hawn, grazzi għall-politika ekonomika u ta' investiment barrani ta' dan il-Gvern li daħħal lil pajjiżna fil- lista l-griża tal-FATF. • Iżda l-aktar inkwetanti huwa dak li ħareġ minn studju ieħor indipendenti: il-fatt li 60% taż-żgħażagħ f 'pajjiżna jixtiequ jitilqu biex jaħdmu u jgħixu barra minn Malta. F'pajjiż fejn l-uniku riżorsi hija dik tat- talent, din ir-realta' hija waħda xokkanti u li tindika problemi ekonomiċi kbar. Dawn huma r-riżultat tal- politika ta' l-illużjoni. Pajjiżna għandu bżonn gvern li jittratta lill-poplu bir-rispett u d-dinjita' li jixirqulu. Jixraqlu gvern li ma' jagħtix ix-xemx bl- għarbiel. Jixraqlu gvern li ma' jbellgħalux illużjoni li finalment ser ikollu jħallas prezz qares għaliha. Jixraqlu gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista m'huwiex perfett iżda huwa partit b'viżjoni għal pajjiżna. Viżjoni mibnija fuq il- protezzjoni tal-ambjent naturali tagħna, it-tisħiħ tal-valuri tal- poplu tagħna u t-tkattir tal-ġid mibni fuq ekonomija li żżid il-valur b'setturi li ma' jniġġżux u li jrendu pagi tajbin għall- ħaddiema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021