Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
20 opinjoni IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Tibdil fil-klima u l-aċċess għax-xemx Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD H uwa essenzjali li nn- aqqsu l-gassijiet serra jekk irridu nindirizzaw b'mod effettiv it-tibdil fil-klima. F'Pariġi, fl-2015, kien hemm qbil li kien meħtieġ illi t-temperatura globali ma kelliex tiżdied iktar minn 1.5 gradi Cel- sius biex ikun possibbli li l-bidla fil-klima tkun taħt kontroll. Tiet xhur ilu, f 'Awwissu, l-Intergovern- mental Panel on Climate Change tal-Ġnus Magħuda (IPCC) infur- mana li ż-żieda fit-temperatura diġà qabżet il-grad Celsius, u li din qed tkompli tiżdied. L-impatt ta' dan jidher fil- maltemp estrem li qed niffaċċjaw kontinwament. Bħall-għargħar fi Sqallija u l-Kalabrija aktar kmieni din il-ġimgħa u fil-Ġermanja u pajjiżi oħra aktar kmieni. Il-ħerba li qed tiżviluppa hi enormi. Jekk ma niħdux passi deċiżivi, dak li qed naraw mhu xejn ħdejn dak li se jiġri. Huwa kruċjali li l-ekonomija tagħna tkun waħda li ma tkunx dipendenti mill-karbonju, jekk irridu naslu biex nindirizzaw it- tibdil fil-klima. Il-qalba tal-power station ta' Delimara minn waħda li taħdem fuq iż-żejt maħmuġ (heavy fuel oil) għal waħda li taħdem fuq il-gass kien pass tajjeb li jħares 'il quddiem, pass li aħna bħala partit dejjem tagħjnih l-appoġp. Imma dan mhux biżżejjed. L-użu tal-gass hu fih innifsu pass ta' tranżizzjoni. Li jkollna l-parti l-kbira tal- elettriku (jew kollu!) iġġenerat minn sorsi rinovabbli jkun ħafna aħjar milli nagħmlu użu mill- idroġenu – li qed jissemma bħala l-fuel tal-futur! Neħtieġu iżda li ntejbu is-sistema nazzjonali tad- distribuzzjoni tal-elettriku biex ikun possibli li ż-żoni residenzjali jikkontribwixxu aktar fl-isforz nazzjonali biex niġġeneraw l-enerġija rinovabbli. Investiment f 'sistema ta' distribuzzjoni aktar effiċjenti hi kruċjali. F'dan għadna lura, għax mhijiex prijorità. Id-dritt tagħna għal aċċess għax-xemx għandu jissaħħaħ. Ma jistax ikun li dan id-dritt jibqa' dipendenti fuq proċess tal- ippjanar tal-użu tal-art insensittiv u żvilupp bl-addoċċ. Iż-żieda fl-għoli permissibli tal-bini meta kienu approvati l-pjani lokali tal- 2006 wassal għal impatt negattiv f 'enerġija rinovabbli li ntilfet. Hu prezz li għadna nħallsu u se nibqgħu nħallsu għall-futur immedjat. Għax baqa' it biex neħilsu minn dan il-piż. Li ninvestu aktar fil- ġenerazzjoni tal-enerġija mix- xemx jirrendi. Huwa wkoll sostenibbli meta nħarsu fit-tul. Jelimina wkoll id-dipendenza fuq it-tieni interconnector minn Sqallija li dwaru l-Gvern qiegħed iħejji l-pjanijiet tiegħu. Bħalissa l-prezz tal-enerġija fl-Ewropa sploda. Dan wassal biex l-użu tal-enerġija permezz tal-interconnector eżistenti bejn Malta u Sqallija ġie ristrett. Bħala riżultat tal-qalba tat- trasport bl-art minn karozzi li jaħdmu bil-petol jew diesel għall-elettriku, id-domanda għall-elettriku se tiżdied skont kemm jiżdiedu l-karozzi tal- elettriku. istgħu nlaħħqu ma' din id-domanda mingħajr ma nkunu dipendenti fuq is-swieq enerġetiċi kontinentali? Jekk jirnexxielna nżidu b'mod sostanzjali l-ġenerazzjoni ta' enerġija rinovabbli nistgħu bla dubju nindirizzaw parti minn din iż-żieda fid-domanda għall- enerġija. Il-bqija hu possibbli li nindirizzawha billi ninkoraġixxu bidla fil-mobilità tagħna. L-informazzjoni bażika dwar dan diġà nafu biha. Qiegħda fil-Pjan Nazzjonali tat-Trasport li jiġbdilna l-attenzjoni li nofs il-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati tagħna huma għal vjaġġi qosra, li jdumu inqas minn kwarta. Il-politika tal-Gvern kif imfissra fl-aħħar baġit se tintroduċi transport pubbliku b'xejn minn Ottubru 2022. Dan jeħtieġ it iktar attenzjoni, għax il-prezz li nħallsu għat-trasport tal-linja qatt ma kien l-ostaklu għall-użu tat- trasport pubbliku. Hi l-effiċjenza u l-frekwenza tiegħu li jeħtieġu titjib. Jekk dan ikun indirizzat jista' jagħmel id-differenza sostanzjali fl-użu tat-trasport pubbliku. Dan hu x'joffri l-futur: nindirizzaw it-tibdil fil-klima permezz tal-politika tat-trasport u l-ippjanar aħjar fil-qasam tal- enerġija. Fuq kollox billi nħarsu id-dritt tagħna għal aċċess għax- xemx. In-natura tipprovdilna soluzzjonijiet sostenibbli għall- parti l-kbira ta' dak li neħtieġu. Jiddependi minnha jekk ngħarfux nagħmlu użu minnhom sewwa! Il-politika tal-Gvern kif imfissra fl-aħħar baġit se tintroduċi transport pubbliku b'xejn minn Ottubru 2022. Dan jeħtieġ ftit iktar attenzjoni, għax il-prezz li nħallsu għat-trasport tal-linja qatt ma kien l-ostaklu għall-użu tat-trasport pubbliku. Hi l-effiċjenza u l-frekwenza tiegħu li jeħtieġu titjib