Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M in jaf li qiegħed fis-sew, min jaf li l-affarijiet għamilhom sew u kif suppost, min jaf li fl-intenzjonijiet tiegħu dejjem kien ġenwin, min jaf li l-assi tal-poplu dejj- em trattahom b'sensittività liema bħalha u rispett assolut lejn min iħallas it-taxxi, ma jiddejjaqx jaffronta sidru u jwieġeb il-mistoqsijiet. Dan mhuwiex dak li għamel l-eks Ministru Konrad Mizzi - li nfakkru lil dawk li għalihom qisu xi Alla u l-akbar Laburist li hawn Malta - illi dan mhux irriżenja, imma tkeċċa mill-Partit Laburista b'vot prattikament unanimu mill-Eżekuttiv. Jiġifieri l-akbar konferma li dan ma kienx qed jagħmel l-affarijiet sew, mhux mill-midja ġiet, jew mill-PN jew minn Repubblika imma mill-Partit Laburista innifsu li remieh u keċċieh! Mela hekk neħħejna minn nofs l-argumenti ta' "għax għira", "għax Laburist", "għax miskin", "għax il-PN ma għandhomx wieħed bħalu" u argumenti oħrajn simili. Li ġġibna għat-tieni punt. Konrad Mizzi, għal erba' darbiet - daqqa bi skuża u daqqa b'oħra ddeċieda li ma jidhirx quddiem il- Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb mistoqsijiet dwar il-proġett tal-Electrogas. U l-ewwel qal li dan il-Kumitat kien se jagħmel attakk fuq il-proġett - bħalikieku proġett li Direttur tiegħu huwa l-persuna akkużata bil-qtil ta' ġurnalista kellu bżonn lill-PAC biex ikun f 'dell ikrah! Imbagħad qal li sejjer imma marx għax ma jistax l-avukat u issa qal li jixtieq imma se jkun imsiefer u suppost se jidher nhar il-Erbgħa! Konrad Mizzi jeħtieġ iddaħħalha f 'rasu li l-Power Station mhijiex tiegħu, imma tal-poplu. Bħalma l-ispatrijiet San Luqa, Karin Grech u dak Ġenerali ta' Għawdex ukoll ma kinux tiegħu imma tal-poplu. U Ministru mhux qiegħed hemm biex jagħmel in-negozju mill-assi tal-poplu imma biex jieħu ħsiebhom, imantnihom u jara li dawn jagħtu l-valur għall-flus lill-poplu! Il-Ministru jrid iwieġeb ta' għemilu, meta dak l-għemil jimpatta l-assi pubbliċi - jiġifieri tiegħek, ta' uliedek u ta' ulied, uliedek. U l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandha jkollha s-saħħa li tara illi Ministru jew eks Ministru jwieġeb ta' għemilu, mhux joqgħod jilgħab noli. Żmien il-logħob għadda issa! Konrad Mizzi għandu jidher u jwieġeb ta' għemilu quddiem il-Parlament fejn qiegħed grazzi għal dawk in-nies li tagħhom huma l-assi tal-pajjiż li nnegozja hu. La hu u lanqas ebda politku mhu 'l fuq mill-iskrutinju Parlamentari, anke jekk jaħseb li huwa innoċenti! Wara kollox, jekk huwa verament innoċenti daqs kemm jgħid li hu, mhux talli għandu jidher, talli għandu jidher quddiem dan il-Kumitat mingħajr biża', bil-fatti u l-provi! U mhux dal-ħafna logħob - li ma jammonta għal xejn ħlief għal diżrispett assolut lejn il-Parlament. Minn naħa tagħhom il-membri tal-Gvern fuq dan il-Kumitat ma tantx qed jagħmlu ġieħ lilhom infushom joqgħodu jibżgħu jikkritiktaw il-fatt li Mizzi għal darba, tnejn, tlieta, erbgħa ddeċieda li ma jidhirx quddiem dan il-Kumitat! Għax wara kollox id-diżrispett lejhom ukoll qed jurih! Jekk din il-ġimgħa Konrad Mizzi ma jidhirx quddiem il-Kumitat jew inkella jekk jidher imma jirriuta li jwieġeb għandu jiġi ċċensurat mill-Parlament kollu. Inkella se jinħoloq preċedent li Deputat jew xi ħadd jista' ma jmurx għal dan il-Kumitat jew inkella joqgħod juża l-legaliżmi biex ma jweġibx. Min ma għandux il-faħam miblul, juri wiċċu u jirrispondi mhux joqgħod iġib l-iskużi u ninħbew wara l-avukati u s-safar! Nistennew b'ħerqa biex naraw Konrad Mizzi kif se jwieġeb dwar il-mod li bih mexxa l-proprjetà tal-poplu u jekk minn din il-proprjetà kienx hemm min daħħal jew kien se jdaħħal il-belli ewri u kienx hemm min għax beża' li se jinkixef qatel ġurnalista! Min ma għandux faħam miblul imur b'sidru ppuppat jirrispondi!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021