Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
Mhux il-festa biss... 22 IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum opinjoni M alli ssemmi ċertu lokalitajiet, mill-ew- wel ħsiebek imur fuq il-festi, jew f 'attivita- jiet relatati mal-festi, bħall-baned, in-nar u l-armar, li huma sinonimi ma' dawn il-ibliet u l-irħula. Il-ħames distrett, fejn ngħix jien, fejn ilni naħdem politikament għal dawn l-aħħar ħames snin u fejn ser inkun qed nikkontesta fl-elezzjoni ġenerali, żgur li la huwa nieqes mill- festi u lanqas ma huma l-festi ċċelebrati f 'dan id-distrett nieqsa mill-kontenut! B'għaxar festi fi ħdax-il ġimgħa u bi ħdax-il soċjetà jew għaqda tal-banda, u diversi gruppi differenti fi ħdan kull waħda minn dawn is- soċjetajiet u dawk tal-Parroċċi, l-ammont ta' nies involuti, direttament jew le, huwa kbir. Lil dawn in-nies insejħulhom "dilettanti" meta fil-fatt ix- xogħol li jagħmlu huwa ta' dedikazzjoni kbira u ħafna drabi professjonali għall-aħħar. Il-kotba li jinħarġu għal żmien il-festa u l-okkażjonijiet oħra u l-mod kif ġew organizzati l-attivitajiet din is-sena, anke jekk ristretti ħafna, jixhdu dan. Dawn id-"dilettanti", anke jekk għalihom il-festa hija ħajjithom, iħarsu lil hinn mill-festa għaliex l-imħabba tagħhom lejn il-festa tirrifletti l-imħabba tagħhom lejn il-komunità u l-lokalità. San Xejn u Sant' Iżjed Mhux biss ħafna jippjanaw il-manutenzjoni jew it-tindif straordinarju tad-dar, jew il- vaganzi skont u madwar il-festi ċċelebrati fil-lokalità, imma, il- kalendarju u l-ħajja tal-lokalità u l-ħajja personali ddur mal- festa, speċjalment dik ta' dawn id-"dilettanti". Kien għalhekk li ħafna nies ħassewhom mitlufin meta ma setgħux jippjanaw. Din kienet id-diskussjoni ta' kuljum fil-pjazez tal-ibliet u l-irħula tagħna matul dan is-Sajf. "Id-dilettanti" ma setgħux jippjanaw sewwa għaliex l-Awtoritajiet Ċivili, anke jekk kellhom l-esperjenza ta' aktar minn sena pandemija li kienet tinkludi staġun ta' festi, ma kienux ċari fid-direzzjonijiet u l-istruzzjonijiet. Id-deċizjonijiet kienu anomali, kultant redikoli fejn attivitajiet kienu ristretti b'mod li ma jinftehimx, u f 'ċertu okkażżjonijiet dak li kien jgħodd għal San Xejn ma kienx jgħodd għal Sant' Iżjed! Ippjanar bil-biċċiet Il-pjazez u l-ispazji mifutħa huma l-lok fejn il-komunità tiltaqa' u tikber. Matul is- snin din il-funzjoni twessgħet u, l-aktar minħabba l-aspett kummerċjali, dawn iż-żoni saru aktar utilitarji, fejn jiġu pprovduti aktar servizzi u jsir aktar kummerċ. Fil-festi l-pjazez tagħna jinżgħu minn dawn il-ħwejjeg ta' kuljum, fosthom it-traffiku u l-ipparkjar tal-karozzi, jilbsu l-libsa speċjali tal-festa u jgħixu ħajja differenti. Din is-sena kellna taħlita tat-tnejn. Waqt li nħareġ ftit mill-armar li s-soltu jintrama fil-festa, il-pjazez baqgħu miftuħin għal ħajja ta' kuljum, anke filgħaxijiet, fejn, anke jekk bir-restrizzjonijiet taċ- ċirkostanzi, n-nies kellha għatx li tiltaqa'. Għalhekk ma setgħax jonqos li ħafna jitkellmu miegħi dwar dan, speċjalment meta ħafna mill-Kunsilli Lokali qed jikkonsidraw li jbiddlu l-fiżjononomija tal-pjazez tagħna billi jimplimentaw tibdiliet fit-traffiku u jneħħu jew inaqqsu l-ipparkjar fil-pjazez. Jidher ċar li apparti li r-residenti tħallew fil-għama ta' x'jista' jsir, l-ipjanar huwa kważi ineżistenti. Nixtieq nara, pereżempju, lokalità , b'lokalità, stħarriġ dwar min juża l-parkeġġi fil-pjazez rispettivi. Kif tista' tippjana jekk dan mhux magħruf ? Kif ġie ddeterminat liema huma l-mezzi ta' trasport l-aktar adekwati li jżewwġu l-ħajja tal-komunità, il-pjazza partikolari u l-ħtieġa li l-ambjent fil-pjazza jkun aktar san? Dak li jgħodd għal Misraħ San Xejn jgħodd għal Misraħ Sant' Iżjed? Anke f 'dan il-qasam, il-Gvern Laburista qed jippjana bil-biċċiet u waqt li jinħeba wara l-Kunsilli li la għandhom il-mezzi u lanqas il-kompetenza, ikun jista' jgħid li għamel xi ħaġa għall-ambjent. Strateġija ħolistika Il-Partit Nazzjonalista, fehem dan il-kunċett imma jifhem u jaf li s-soluzzjonijiet, speċjalment dawk relatati mal-ambjent ma jistgħux ikunu bil-biċċiet. U qed juri dan bil-fatti. Ftit tal-ġranet ilu l-Partit Nazzjonalista ressaq seba' proposti biex il-poplu tassew igawdi minn ambjent aħjar, aktar spazji miftuha, flimkien mar-riġenerazzjoni tal- lokalitajiet tagħna. Fost dawn il-proposti hemm il-bini ta' tree map u green score fl-irħula u l-ibliet, l-investiment biex jintraddu l-ispazji pubbliċi lura lill-poplu, it-tħaddir ta' toroq kif ukoll ir-riġenerazzjoni ta' wesgħat mitluqa, aktar żoni pedonali fil-lokalitajiet, it-tisħiħ tal-bijodiversità rurali u urbana flimkien mal-protezzjoni tal- bdiewa u r-raħħala. Mhux biss Fuq il-mezzi tax-xandir naraw riklami fiergħa li jiswew flejjes kbar. Il-Gvern Laburista isemmi "rati preferenzjali" għall-konsum tal-elettriku biex jiġu ċċargjati l-vetturi hybrid jew li jaħdmu biss bil-batteriji. X'inhi din ir- rata preferenzjali? Preferenzjali għal min u f 'liema ħin? Il-politika tal-Partit Nazzjonalista hija waħda ċara u trasparenti. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li jagħti l-orħos rata, dik ta' 10ċ5. Dan għaliex il- Partit Nazzjonalista jemmen fil-potenzjal tal-karozzi eletriċi u allura fit-tnaqqis tal- emissjonijiet mit-toroq tagħna. Jekk dan l-impatt pożittiv ngħarfu nisfruttawh, l-ambjent fil-pjazez tagħna jsir aktar san u l-pjazez ikunu aktar tan-nies u għan-nies propju minħabba dan it-tnaqqis drastiku mill-ħsejjes u d-dħaħen. 'L hinn ... Il-festi Maltin jimirħu lil hinn mill-pjazez prinċipali. L-istess il-politika ambjentali tal-Partit Nazzjonalista. Il-kampanja għanda tkun verament tagħna lkoll. Għalhekk il-Kap tal- Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li fuq kollox l-ispazji li huma barra ż-żoni ta' żvilupp (l-ODZ) ser jibqgħu hekk permezz ta' protezzjoni leġislattiva li biex tinbidel ikollha bżonn iż-żewġ terzi tal- Parlament. Mill-banda l-oħra dak li hu permissibbli illum fl-ODZ se jibqa' permissibbli filwaqt li jkun hemm re- klassifikazzjoni tagħha f 'art verġni fejn ma jista jsir l-ebda żvilupp, art agrikola fejn jista' jsir żvilupp speċifiku, żoni rurali u oħrajn. Aktar minn hekk, il-Partit Nazzjonalista mhux biss irrid iżomm l-ODZ kif inhu, iżda jrid iżid aktar miegħu billi Gvern Nazzjonalista jixtri lura artijiet oħra sabiex ikollna aktar żoni miftuħa f 'pajjiżna. Jidher ċar li l-ambjent u l-protezzjoni tiegħu se jkunu l-qafas tal-politika li se ssawwar l-manifest għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista huwa miftuħ għad-diskussjoni u l-konsultazzjoni sabiex flimkien inkunu l-bidla għal ambjent sabiħ madwarna u fejn niċċelebraw il-ħajja sabiħa li tistħoqq lilna u lil uliedna. Stanley Zammit Stanley Zammit huwa Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett