Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
W ara li l-edizzjoni tal- 2020 ta' Gaulitana: A Festival of Music kellha titħassar ħabta w sabta mingħajr ebda possibbilita ta' posponiment minħabba l-imxija tal-COVID-19, il-Kor Gaulitanus u t-tmexxija tal-festival ġew f 'salib it-toroq. Stennejna, xtarrejna, kon- na pro-attivi, u finalment – b'rieda qawwija li nibqgħu relevanti u attivi b'responsabbilita – aġixxe- jna. Tellajna xi kunċerti lil hinn mill-ambitu tal-festival b'kon- formita sħiħa mar-regolamenti tas-saħħa applikabbli dak iż-żmien, u, fuq kollox, ħadna deċiżjonijiet strateġiċi fuq l-edizzjoni tal-festival 2021. Ippjanajna edizzjoni bħas- soltu għar-rebbiegħa, iżda did-darba ibrida (hybrid) u mingħajr produzzjoni operistika, mingħajr programm edukattiv u kkonċentrata fuq artisti bbażati f 'Malta. Pjan li wara i s-sitwazzjoni tal-Covid reġgħet qalbet għal għar kellna naġġustaw. Ħaġa li stajna nagħmlu minħabba deċiżzjonijiet strateġii li konna ħadna. Aġġustament li seta' jsir wara diskussjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. B'hekk seta jitella' bdel il-programm artistiku kif fi tliet fażijiet skedati matul is-sena. Meta l-attivita pubblika kienet ipprojbita, ħdimna fuq żewġ serje virtwali. Li Għalkemm dan kien esperiment ġdid irnexxielna noħorġu bi prodott teknikament maħdum tajjeb u b'kontenut interessanti. L-ewwel proġett kien Virtually a Cappella, serje ta' erbgħa kunċerti qsar li ġew irrekordjati f 'erbgħa kappelli tipiċi ħelwin u żgħar f 'Għawdex. Naturalment, dan l-aspett estetiku għin mhux it biex ta' laqta aktar interessanti u atipika lill-proġett, filwaqt li kien ukoll konsistenti mal-filosofija tal-festival illi jorganizza attivitajiet f 'postijiet diversi madwar il-gżira Għawdxija. It-tieni serje mbagħad ħaditna lil hinn sew minn dak li forsi qatt ħsibna. Minflok il-produzzjoni annwali operistika, ħloqna serje b'xeni minn erba' opri popolari ta' Giuseppe Verdi. Viva Verdi!, kif imsejjaħ, kien proġett awdjo-viżwali ambizzjuż ferm u mpenjattiv għall-aħħar li żviluppajnih u wasalna għalih wara ħafna ħsieb u diskussjoni interna kif ukoll ma- istakeholders involuti magħna. Bdejna billi sar recording awdjo mal-orkestra u l-kantanti f 'diversi lokalitajiet differenti. Dan ovvjament kien jeħtiġilha xogħol kbir ta' loġistika u organizazzjoni li ma konnhiex mdorrijin bihom. B'hekk il-prodott finali kien wieħed ta' dimensjoni pjuttost ċinematografika. Permezz ta' Viva Verdi!, il-festival offra esperjenża operistika awdjo-viżiva differenti filwaqt li ta wkoll perspettiva ġdida lir-rabta ntrinsika li Għawdex għandu mal-opra lirika. Ma stennejniex il-muntanja tigi ħdejna imma morna aħna; ħloqna xi ħaġa ġdida u nteressanti u li tibqa, filwaqt li anke esponejna lil Għawdex tagħna b'mod differenti mis-soltu. Verament, dawn iż-żewġ serje virtwali, li l-ewwel ġew imxanndra fuq is-siti diġitali tagħna (fejn għadhom aċċessibbli) u mbagħad anke fuq l-istazzjon nazzjonali aktar tard, ġew milqugħa tajjeb ferm. Ilħaqna udjenza aktar wiesgħa mis-soltu kemm fuq bażi lokali kif ukoll dik internazzjonali, b'perċentwali għolja minn barra minn Malta, bi viewersħip li eċċeda bil-kbir kull aspettattiva li kellna. Għaldaqstant, dawn is-serje servew ukoll bħala vetrina tal-patrimonju storiku, kulturali u artistiku lokali fuq pjattaforma nternazzjonali. Minkejja dan is-suċċess, ma stajniex ma nibqgħux inħarsu b'ħerqa kbira 'l quddiem lejn it-tielet fażi ta' attivitajiet pubbliċi 'live'. Fl-arti performattiva ma hemm xejn li jegħleb l-emozzjoni, il-kommunikazzjoni u l-pjaċir li wieħed jesperjenza waqt kunċerti 'live'. Pero, din il-fażi baqgħet xi ħaġa dubjuża għal xi żmien. Imbagħad, hekk kif is-sitwazzjoni bdiet tippermetti, it-tim tal- festival immedjatament ifformula l-GauLive, sensiela ta' sitt kunċerti lejn l-aħħar tas-sajf. Hawnhekk morna għal serje ta' kunċerti mżewqa b'ġeneri u stili diversi u mtella' f 'postijiet differenti madwar Għawdex. Il-Kor Gaulitanus, l-organizzatur tal- festival, kif ukoll solisti assoċjati miegħu taw żewġ kunċerti – wieħed fl-apert pjuttost ferrieħi, b'komposizzjonijiet Maltin marbuta ma' tradizzjonijiet lokali u idjomi mużikali lokali u ieħor b'għanjiet sagri bl-Ingliż irrangati speċifikament għall-kor. Imbagħad kellna lil mużiċist ta' fama nternazzjonali, Wayne Marshall, li għall-ewwel darba ta kunċert bl-orgni f 'Għawdex. Kellna wkoll kunċert lill-Banda tal-Forzi Armati, kif ukoll lit-Trio tal-Arpa tal- MPO. Din il-parti tal-festival hekk imsemmija Gaulive kif ukoll l-istess edizzjoni tal-festival ġew fit-tmiem tagħhom b'mod ferm grandjuż permezz ta' kunċert sinfoniku mill- Malta Philharmoniċ Orchestra. Dan il-kunċert b'żewġ xogħolijiet ta' Beethoven – mimlija taħbit u delużjonijiet imma li fl-aħħar jintemmu bi trijonf – żgur li kien jirrefletti dawn iż-żmenijiet diffiċli li offrew sfidi kbar b'ħafna nuqqas ta' tama. Kien anke mod xieraq kif jiġu onorati dawk kollha li taw sehemhom matul l-imxija – inklużi l-festival u l-Kor Gaulitanus. Jidher li ssuperajna lilna nfusna. Hekk kiteb il-kritiku Albert G. Storace fir-riċensjoni tiegħu online: "Still walking on air: Tremendously good and fittingly superb finale... at is how I felt aer one of the most extraordinary concerts I have been to... No amount of very well-deserved superlatives could do full justice to the MPO and Colin Attard". Żgur li dan kollhu jixħed li l-14-il- edizzjoni ta' Gaulitana: A Festival of Music kienet sfida mirbuħa, u li tirrifletti wkoll l-għatx għall- attivitajiet 'live' li wera l-pubbliku numeruż li attenda. Dan iqawwi t-tama għal futur aħjar kemm għall-festival u l-Kor Gaulitanus infusshom kif ukoll għall- organizazzjonijiet kollha, ħafna minnhom volontarji, li qed jagħtu sehemhom biex itejbu t-tessut tal-ħajja socjo-kulturali fil-gżira Għawdxija u f 'pajjiżna. Colin Attard Colin Attard huwa d-direttur artistiku tal-festival u direttur muzikali tal-Kor Gaulitanus 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 Gaulitana: A Festival of Music 2021: Sfida mirbuħa!