Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum storja 'Jorbtulek idejk, isawwtuk fil-pjazzez u ANTHEA CACHIA Ta' spiss meta wieħed joqgħod jaħseb fuq il-kultura ta' pajjiżna u l-identità tagħna bħala Maltin l-ewwel fattur influwenti li jiġik f 'moħħok huwa r-reliġjon. Malta minn dejjem kienet msejsa fuq twemmin reliġjuż u b'hekk wieħed ma tgħaddilux minn moħħu li xi darba fl- istorja ta' din il-gżira kellna numru sostanzjali ta' sħaħar li jipprattikaw il-maġija, fil-ħajja ta' kuljum. Il-maġija u s-severità tal-prattika kienu jvarjaw. Uħud kienu jużaw il-maġija biex ifejqu lil xi membru tal-familja, li b'disprament ma xtaqux li jitilfu. Oħrajn kienu jagħmlu xi magħmul. Filwaqt li uħud, meqjusa aktar gravi, kienu jagħmlu l-maġija tal-imħabba. Minkejja l-istejjer rikki dwar din il-maġija hemm bil-bosta, huma 'l it li ġew dokumentati. Kien għalhekk li din il-gazzetta tkellmet mal-Professur Carmel Cassar li tkellem mal-ILLUM dwar l-irwol tal-inkwiżizzjoni fis-seklu 17 fir-rigward ta' sħaħar, il-penitenza ħarxa u mbarazzanti fuqhom u kif ukoll membri tal- kleru li kienu jwettqu l-maġija. Xi rwol kellha l-inkwiżizzjoni? F'Malta, il-maġija bdiet tikber fil-popolarità madwar 500 sena ilu, jiġifieri fis-seklu 16 u fis-seklu 17. Tant hu hekk li fil-bidu tas- seklu 17, il-każi ta' maġija kienu jammontaw għal terz tal-każi totali li kienet tara quddiemha l-inkwiżizzjoni. Filwaqt li l-maġġoranza tagħhom kienu jkunu Maltin, kien hemm anke Sqallin, Lhud, Griegi, Franċiżi u skjavi Musulmani. Cassar spjega li f 'ċertu każi ta' maġija fosthom tal-fejqan, l-inkwiżitur kien jagħalaq għajn iżda jekk fil-maġija li wettqet il-persuna kien ikun hemm l-intervent tax-xitan allura l-inkwiżitur kien jieħu l-każ b'aktar serjetà. "Jekk hemm l-intervent qed tagħmel invokazzjoni tax-xitan u għaldaqstant qed tmur kontra r-reliġjon. Mela allura tkun qed tipprattika l-ereżija. Għal din ir-raġuni kont tidher quddiem l-inkwiżitur," kompla jgħid Cassar. Huwa spjega li ħafna drabi dawn is-sħaħar kienu jiġu rrapportati lill-inkwiżitur minn nies oħra, għax dak iż-żmien "kulħadd kien moħħu f 'kulħadd. Allura kienu jmorru jistqarru x'raw," qal Cassar. F'dak il-perjodu kien hemm xnigħat li saħansitra kien hemm persuni li kienu jiġu msaħħra, tant li dawn kien ikollhom l-abbiltà li jtiru. F'każ partikolari, Giacoba Borg, kienet qalet li ma ma kelliex kontroll fuq ġisimha għax ġiet imsaħħra. Ir-raġel tagħha, Berto kien stqarr li meta darba kien mar ifittixha ġos-sodda, ma setax isibha għax kienet taret. Berto qal li meta martu rritornat lura ma qaltlux fejn kienet marret għaliex lanqas hi stess ma kienet taf. Akkużata li kienet f 'konfoffa max-xitan u kienet lesta li tobdieh f 'kollox Cassar spjega li, "x-xogħol tal- inkwiżitur kien li jikkontrolla t-tixrid tal-prattiċi u dak kollu li jmur kontra t-tgħalim tal-knisja." Kien għalhekk li l-Inkwiżizzjoni kienet tqis l-involviment tax-xitan bħala l-aktar att ta' natura gravi. F'Settembru 1599, Isabetta Caruana, armla u qabla min Għawdex, instabet ħatja li kienet għamlet ereżija u li għamlet patt max-xitan li tagħmel dak kollu li jitlob minnha, abbażi li jtiha dak kollu li trid. Din kienet meqjusa bħala l-aktar maġija gravi tant li ġiet meqjusa bħala l-agħar saħħara. "Il-maġija kienet popolari mal- irġiel ukoll iżda b'mod differenti" L-ILLUM staqsiet jekk l-irġiel f 'dik l-epoka kinux jipprattikaw il-maġija wkoll. Għal dan Cassar wieġeb li anke l-irġiel kienu jagħmlu l-maġija iżda il-maġġoranza tagħhom kienu jagħmlu ħafna inqas u kienu użawha biex ifejqu. Taħt l-inkwiżizzjoni ta' Pignatelli, Chag Hali, raġel li kien jagħmel il-maġija b'mod partikolari fiż-żona tal-port, kien magħruf ħafna. Hu kien ikun imsejjaħ minn nies għal għadd ta' affarjiet iżda l-aktar li kien magħruf għalihom kien li jfejjaq il-mard. Huwa kien iħallat numru ta' weraq mal-ilma. Wara dan, kien jordna lill-persuna li kienet tkun marida biex jieħu banju f 'din it-taħlita u b'hekk kienet tirkupra. "Kien hemm oħrajn li kienu jwettqu eżorċiżmu. Ħafna drabi kien ikun xi qassis jew kleriku. Jekk ma kinux jiġu aċċettati uffiċjalment mill-knisja jew mingħajr l-approvazzjoni tal-kurja ma stajtx tagħmel l-eżorċiżmu u għalhekk jekk tinqabad kien ikollok tidher quddiem l-inkwiżitur. Ma tistax teżorċizza jekk ma jtukx il- liċenzja biex tkeċċi x-xjaten," tenna Cassar. Twemmin popolari fis-seklu 17, kien li l-mard li jolqot il- ġisem huwa preżenza barranija fil-ġisem li setgħet titneħħa jew bl-eżorċiżmu jew inkella b'xi prattika oħra. L-ebda minn dawn ma kien jinkludi mediċina. Tant hu hekk li eresia Mallia, irrakkontat kif skjava rnexxielha tfejjaq l-uġigħ ta' ras taz-zija tagħha permezz ta' prattika marbuta mal-baħar. "Din l-iskjava qabdet ġebla żgħira u kissret bajda friska magħha umbad tefgħetha ġo kazzola. Meta sajret il-bajda, għattiet il-kazola b'maktur u ordnat li l-kontenut jitwaddab il-baħar bil-patt u l-kundizzjoni li l-persuna li se twaddab il- kontenut ma tħarisx lejh. B'dak il-mod, il-mard ikun qiegħed jintrema fil-baħar ukoll u l-pazjent jgħaddilu. L-għada, meta mort nara lil ziti, qalet li ħassitha ferm aħjar," qalet Mallia. L-imħabba tagħmik. Jew issaħħrek? Waħda mill-aktar akkużi gravi huma akkużi ta' maġija tal- imħabba. Cassar saħaq li f 'dak il- perjodu kien ikun hemm diversi koppji, fosthom nisa Maltin ma' Kavallieri, li kienu jikkoabitaw u mhux jiżżewġu. "Għalhekk kienu jagħmlu l-maġija biex ir-raġel ma jitlaqhomx jew biex ma jsibx mara oħra," żied jgħid Carmel Cassar. F'dawn ir-ritwali ta' maġija ta' mħabba, il-persuna li tkun se tagħmel ir-ritwal, tuża parti Maġija biċ-ċiklu menstrawli, melħ fin- nar u nisa jtiru … dawn kienu prattiċi li sa' 500 sena ilu jingħad li kienu jitwettqu mis-sħaħar Maltin Il-Professur Carmel Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021