Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 storja illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 u jkollok plakka li tgħid li int saħħara' minn xagħrha jew dwiefer jew demm tagħha stess. Dawn kienu jiġu akkumpanjati minn oġġetti tal-persuna li jkunu jridu jattiraw. Fis-suq lokali kien hemm diversi kotba li kellhom riċetti biex iwettqu dawn ir- ritwali. Ritwali oħra kienu jsiru billi jitfgħu il-melħ fuq in-nar. Domenica Darmanin kienet tissuġġerixi li kienet tħallat iċ- ċiklu menstrwali mal-inbid tal- maħbub/a biex tiżgura li jibqgħu fidili lejhom. Din il-prattika kienet l-aktar komuni fin-naħa t'isfel tal-Ewropa. Antonia La Siciliana kienet amettiet li kienet għallmet lil xi tfajliet, li rrikorrew għall- għajniuna tagħha, biex jitfgħu l-melħ fin-nar. Apparti minn hekk hija qalet li, "għallimthom jaqbdu żewġ fażoliet, jimmarkawhom it-tnejn, umbad jaqgtħu oħra min-nofs. Dawn jitfgħuhom f 'barżakka flimkien ma' grano (munita), biċċa faħam, kisra ħobż u dan filwaqt li jirrepetu żewġ Ave Maria u Pater Noster, biex jonoraw lil Santa Elena. Il-fażola mmarkati kienu jirrapreżentaw il-koppja, il-fażola l-maqsuma kienet tirrapreżenta l-qalb tal- maħbub. Umbad tlabthom iwaddbu l-fażola mal-art u mill- pożizzjoni li jiġu fiha naraw jekk hux ser jerġgħu jingħaqdu jew ikunux se jisseparaw b'mod permanenti." X'kien jiġri mis-sħaħar? Kienu jingħataw il-piena tal-mewt bħal ma naraw fiċ-ċinema? "L-idea kienet mhux li joqtluk iżda li jumiljawk," wieġeb Cassar. "Ħafna drabi tibda' b'penitenza spiritwali, jiġifieri trid tqerr umbad turi ċertifikat li qarrejt umbad tkun tista' titqarben fl- erbgħa jew fis-sitt festi spiritwali tal-knisja. Inti kont tkun obbligat li turi din in-nota lill-inkwiżitur. Hafna drabi kienu jagħmluha għal erba' snin," qal. Kompla jispjega li, kien ikun hemm penitenzi fejn f 'jum minnhom tal-ġimgħa wieħed kien isum ħobż u ilma filwaqt li f 'jum ieħor il-persuna jkollha tmur quddiem l-inkwatru tal- madonna jew l-istatwa tagħha u tgħid ir-rużarju għal rkuptejha. "Din normalment jiddeċiduha skont kemm huma ħorox il-kundizzjonijiet tiegħek. Ġeneralment ikollok tagħmilha għal erbgħa snin sħaħ u din mhux cajta," kompla jgħid. F'każi estremi is-sħaħar kien ikollhom jagħmlu l-abjura li wieħed jgħid pubblikament li huwa midneb. L-akkużat kien iġiegħluh jilbes, "libsa safra b' salib aħmar fuq quddiem u wara. Kienu jmorru quddiem l-artal waqt quddiesa kantata, il- quddiesa ta' nhar ta' Ħadd. Ħafi u bix-xema f 'idejk trid tgħid li indibt biex jarak kulhadd. Umiljanti ħafna," saħaq Cassar. Penitenza oħra li kienet issir meta kien ikun każ gravi għall- aħħar kien ikollok titla' fuq ħmar, "ħafna drabi mhux tħares lejn rasu. Kienu jorbtulek idejk u jdoqqu t-tromba u jsawwtuk fil-pjazzez prinċipali dan filwaqt li jkollok plakka li tgħid li int saħħar. Waqt il-proċessi jista' jkun li tmur il-ħabs sakemm jiddeċiedu x'ser jagħmlu bik. Jista' jkun però li kienu jgħidulhom biex imorru d-dar u ma jiċċaqilqux, qisek għandek il- Covid-19," spjega Cassar. Kif kienu jingħataw penitenza dawk li ma kinux Insara? Huwa wieġeb li jekk wieħed kien ikun musulman jew xi tip ta' reliġjon ieħor li mhux kattoliku, it-talb spiritwali kien jisparixxi. Minflok kienu jingħataw xeba' frosta. "Barra minn hekk jistgħu jibgħatuk taħdem fuq ix-xwieni. Dik kienet l-agħar forma ta' penitenza li jistgħu jtuk. Jekk mhux nisrani ma setgħux ituk is-sawm u t-tqarbin eċċ," stqarr Cassar. Kienet komuni wkoll li jiġu eżiljati. U din kienet komuni aktar fost in-nisa. "Jekk tagħmilha l-ewwel darba kienu jagħlqu għajnejhom, jekk terġa' tagħmilha allura jista' jkun li jtuk is-swat," saħaq il-professur. "Bħala mara stajt tiġi eżiljata, kien ikollok tmur l-Imdina, għax l-Imdina ħadd ma ried imur joqgħod. Jista' jeżiljak Għawdex iċ-Ċittadella u Għawdex ma kienx post tajjeb li tgħix fih dak iż-żmien. Setgħu jeżiljawk 'il bogħod mit-territorju eżempju l-Imdina," qal Cassar. Fl-1626, Serafina Danieli, prostituta minn Modica, Sqallija, kienet akkużata li wettqet aktar minn 20 atti ta' maġija, inkluż li tfejjaq u l-invokazzjoni tax-xitan. Filwaqt li ġiet umiljata b'mod pubbliku, hija ġiet eżiljata minn Malta għal Għawdex. Forsi għal dawk li ma tantx jemmnu, jgħidu li dawn ma kienu xejn għajr, fantażiji, frott ta' immaġinazzjoni jew ereżiji. Oħrajn jistqarru li anke llum il- ġurnata żgur li għad hawn min jiprattika l-maġija, possibilment anke f 'pajjiżna. Iżda int, temmen?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021