Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Malli jkun hemm l-approvazzjoni, inlaqqmu wkoll lit-tfal' YENDRICK CIOFFI Ftit it il-ħajja qed tirritorna għal dik li kienet qabel feġġ il-Covid-19. Il-każi huma stabbli, it-tilqim mexa ħafna u issa anke l-booster qed tingħata. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM iltaqgħet mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il- Professur Charmaine Gauci. L-ILLUM tibda tistaqsi lil Gauci dwar is- sitwazzjoni tal-pandemija fil-bqija tad-dinja, partikolarment fl-Ewropa hekk kif ħafna pajjiżi qed jesperjenzaw żieda fil-każi. F'Malta, 'din il-mewġa,' għadha ma ġietx. Imma għad hemm ċans li anke Malta tesperjenza żieda fil-każi? Il-Professur Gauci bdiet tisħaq li anke jekk is-sitwazzjoni f 'Malta hija tajba, il-pandemija għadha hemm u s-sigriet tal-awtoritajiet tas- saħħa huwa li jipprovaw ikunu pass qabel il- virus u jkunu ppreparati. "Aħna qed nużaw l-għodda kollha li għandna f 'idejna u l-aqwa għodda tibqa' t-tilqima," insistiet. Fakkret kif fuq bażi internazzjonali, kien hemm ħidma kbira u anke finanzjament qawwi biex it-tilqima kontra l-Covid-19 setgħet tkun żviluppata. Anke jekk din ġiet approvata fi żmien pjuttost qasir, meta mqabbla ma' tilqim ieħor, ma nqabżux stadji importanti tul il-proċess, l-evalwazzjoni u anke l-approvar. "Konna ffortunati wkoll għax is-sistema tal-Messenger RNA (li biha jaħdem wieħed mit-tipi tal-vaċċin kontra l-Covid-19) kienet ila ssir riċerka dwaru għall-użu fil-mediċini," kompliet tispjega. "Kien hemm ukoll aktar nies iffukati. Anke l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina (EMA), is-soltu tistenna li kumpanija tlesti l-istudji kollha. Din id-darba bdiet tevalwa mill-ewwel stadju wara stadju." 'Bdejna mal-bqija tal-Ewropa imma aħna konna mħejjija aktar' Lura Malta, Gauci saħqet li anke jekk Malta bdiet tlaqqam il-popolazzjoni tagħha mal- bqija tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, il-proċess mexa b'ritmu aktar mgħaġġel għax rat minn qabel li jkun hemm ir-riżorsi kollha. "Ordnajna kemm jista' jkun tilqim biex ikollna għall-popolazzjoni kollha. Kellna kollox ippjanat. Għamilna t-taħriġ minn qabel. Użajna professjonisti, voluntiera u anke studenti biex il-proċess tat-tilqim jitħaffef," insistiet. 'Malli l-EMA tagħti l-approvazzjoni lesti biex inlaqqmu wkoll lit-tfal' Fil-fatt, sal-lum, 92% tal-popolazzjoni adulta (minn 12-il sena 'l fuq) hija mlaqqma kompletament, jiġifieri biż-żewġ dożi. Il-Professur Gauci spjegat kif anke t-tilqim fost dawk li għandhom bejn 12 u 15-il sena miexi b'ritmu tajjeb. Sal-lum aktar minn 80% tal-adoloxxenti huma mlaqqma kompletament. "Domna it aktar, għax forsi jkun hemm ġenituri li jkunu għadhom qed jaħsbuha. Fost l-anzjani, forsi għax huma aktar vulnerabbli, l-istorja hija differenti. Għalhekk qed naħdmu biex il-ġenituri jkunu aktar infurmati dwar l-importanza tat-tilqim," spjegat il-Professur. Mistoqsija dwar it-tilqim għal tfal li għandhom bejn ħames u 11-il sena, Gauci fakkret kif fl-Istati Uniti t-tilqim fost it-tfal, bil-vaċċin ta' Pfizer, se jibda fil-jiem li ġejjin. Pfizer daħlet ukoll applikazzjoni quddiem l-EMA u bħalissa qed issir l-evalwazzjoni. Saħqet li malli jkun hemm l-approvazzjoni min-naħa tal-EMA, Malta lesta u għandha r-riżorsi biex jibdew jitlaqqmu wkoll it-tfal ta' din l-età. "Dan għalina jkun vantaġġ," saħqet Gauci. "Anke jekk fost it-tfal rari jkun hemm kumplikazzjonijiet, xorta waħda jistgħu jxerrdu l-virus. Jekk ikun hemm vaċċin, inkunu qed innaqqsu r-riskju tal-imxija anke fost l-istudenti." Il-każi qed jiżdiedu fejn għadhom lura fit-tilqim Kien hawn li l-Professur Gauci saħqet li jekk wieħed janalizza x'qed jiġri madwar l-Ewropa, jinnota li dawk il-pajjiżi li għandhom rata baxxa ta' tilqim, huma l-istess pajjizi li qed jintlaqtu minn żieda fil-każi. "F'Malta, ir-rata ta' pożittività qed tkun inqas minn 1%. Jekk tħares lejn l-Islovenja jew ir-Rumanija, għax baqgħu lura fit-tilqim, il-każi qed jiżdiedu," insistiet. Saħqet li għalhekk huwa importanti li kulħadd jibqa' attent u jsegwi l-miżuri li għadhom fis-seħħ, filwaqt li jkompli wkoll it- tilqim bil-booster, partikolarment fost dawk il-gruppi fejn l-immunità kontra l-Covid-19, jista' jkun li bdiet terġa' tonqos. "Ikun hawn min jgħidilna li fir-rilaxx tal- miżuri qed nimxu bil-mod wisq. Imma aħna rridu nibqgħu kawti. Nimxu pass u jekk naraw li ma jkunx hemm riperkussjonijiet, allura nimxu għall-pass li jmiss," insistiet. "Ma nixtiqux immorru lura." Booster b'saħħtu fost l-anzjani Komplejna nitkellmu dwar il-booster, bl- ILLUM tistaqsi lil Gauci jekk kienx hemm persuni li ħadu ż-żewġ dożi u li issa qed jirreżistu li jieħdu d-doża addizjonali. Bdiet tfakkar li l-ewwel li ħadu t-tilqima kienu l-anzjani residenti fi djar ta' kura, anke għax kien reġa' qed ikun hemm żieda ta' każi f 'dawn id-djar. Spjegat kif f 'San Vinċenz de Paule hemm 99% tar-residenti li ħadu l-booster. Fil-bqija tad-djar tal-anzjani, kemm jekk tal-Gvern, il-Privat u l-Knisja, 98% tal-anzjani ħadu l-booster. "II-każi fid-djar tal-anzjani mill- ewwel waqqfu. Aħna nkunu qed niġbru l-informazzjoni biex abbażi tagħha nkunu nistgħu nieħdu l-azzjoni. Hawn l-azzjoni kienet il-booster, mingħajr il-bżonn li jiddaħħlu mill-ġdid miżuri," kompliet tisħaq Gauci. Kompliet tgħid li t-tilqim bil-booster miexi b'ritmu tajjeb anke fost persuni li jbatu minn kundizzjonijiet li jwassluhom biex ma jibnux biżżejjed immunità u anke fost l-anzjani li għandhom minn 70 sena 'l fuq. Sa nofs Novembru, il-booster tkun offruta lil dawn l-anzjani kollha. "Żewġ terzi ta' dan il-grupp diġà ħadu l-booster," insistiet. Mistoqsija dwar gruppi oħra vulnerabbli, bħall-persuni li jbatu mid-dijabete, il- Professur Gauci saħqet li ħafna minn dawn se jkunu ħadu l-booster anke għax ikunu rċevew l-appuntament minħabba l-età. Fakkret kif f 'nofs Diċembru, il-booster se jkun offrut ukoll lil dawk li għandhom minn 60 sena 'l fuq. "Bħalissa qed nevalwaw x'inhu l-aħjar, jiġifieri jekk nimxux skont il-kundizzjonijiet jew inkella nibqgħux nieżla skont l-età. Aħna dejjem inkunu qed nevalwaw, skont l-informazzjoni li jkollna, xi jkun l-aħjar metodu," kompliet tgħid. Delta Plus ... l-ebda każ f'Malta Tkellimna wkoll dwar il-varjanti, bl- ILLUM tistaqsiha jekk hemmx xi varjant ieħor, bħad-Delta Plus, li huwa ta' tħassib u li għadu ma daħalx Malta. Charmaine Gauci fakkret li l-Covid-19 huwa virus u aktar ma jinfirex, aktar hemm ċans li jinbidel (jagħmel mutazzjoni) u allura aktar hemm ċans li jiżviluppaw varjanti. Hemm varjanti li l-Għaqda Dinjija tas- Saħħa tikklasifikahom bħala "ta' interess," u oħrajn bħala "ta' tħassib." Spjegat kif il-varjanti ta' interess, huma dawk li ma jbiddlu kważi xejn mill-impatt tal-virus, ma jinxterdux aktar u l-vaċċin jibqa' jaħdem kontrihom. Eżempju ta' dan huwa l-varjant Mu. Madanakollu dawk ta' tħassib, huma l-varjanti li jinfirxu aktar u li forsi t-tilqim ma jibqax daqshekk effettiv kontrihom. "Dawn jista' jkollhom karatteristiċi differenti. Il-varjant Alpha (tar-Renju Unit) rajna li jinxtered aktar. Il-varjant Delta kien jinxtered aktar mill-Alpha u li l-vaċċin huwa xi it inqas effettiv kontrih," spjegat. Fil-fatt qalet kif il-każi kollha ta' Covid-19 li kien hawn Malta, prattikament minn Lulju 'l hawn huma riżultat tal-varjant Delta. "Konnha nindunaw li jkun id-Delta qabel ir-riżultati mill-laboratorju. Pereżempju jkollok grupp ta' nies li marru jieklu. Fejn qabel, minħabba persuna pożittiva, kien joħroġ każ ieħor biss, bid-Delta toħroġ pożittiva kważi l-mejda kollha," kompliet tispjega. Tkellimna dwar id-Delta Plus li qed jinxtered ħafna fir-Renju Unit. Dan il-varjant irriżulta minħabba mutazzjoni oħra li saret fuq il-varjant Delta. Skont Gauci, mir-riżultati Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Professur Charmaine Gauci hekk kif is-sitwazzjoni tal-pandemija f'Malta tibqa' stabbli u jkomplu jonqsu r-restrizzjonijiet. Mexjin bil-boosters? Nistgħu nintlaqtu minn mewġa oħra bħal ħafna pajjiżi Ewropej? It-tfal meta se jitlaqqmu? Il- festi se jsiru? Charmaine Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021