Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 Owen Bonnici huwa Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 Owen Bonnici Inkomplu nsaħħu l-ugwaljanza f'pajjiżna I llum, huwa fatt magħruf illi Malta għandha l-unur kbir li tinsab fil-quċċata tal-klassifiċi internazzjonali fejn jidħlu d-drittijiet għal persuni LGBTIQ. L-introduzzjoni tar-rikonoxximent ta' koppji tal-istess sess u tal-famil- ji tagħhom permezz tal-Unjoni Ċivili u l-ugwaljanza fiż-żwieġ, l-aċċess faċli għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru għal persuni trans, il-protezzjoni kontra d-diskriminaz- zjoni, reati ta' mibegħda u prattiċi ta' konverżjoni kollha jikkostitwixxu miżuri konkreti li ħa dan il-Gvern mill-2013 lil hawn. Illum għandna stħarriġ li jindika b'mod ċar illi dawn l-isforzi qed iħallu l-frott tagħhom, minkejja li hawn min isostni illi l-liġijiet li introduċejna kellhom biss effett kożmetiku u li l-omofobija, l-bifobija u t-transfobija għadhom mifruxa sew fis-soċjetà Maltija. Filwaqt li nirrikonoxxi li għad hawn xi jsir, tajjeb li niakru il-progress li seħħ. L-Ewrobarometru Speċjali dwar id-Diskriminazzjoni fl-UE sab li n-numru ta' persuni li ma jkollhom l-ebda problema li persuna trans tokkupa l-ogħla kariga politika fil-pajjiż żdied bi tmienja u għoxrin fil-mija (28%) bejn l-2012 u l-2019. Pajjiżna kklassifika fl-ogħla post fost l-istati membri tal-UE fejn jidħol l-appoġġ għall-proċessi legali ta' rikonoxximent tal-ġeneru għal persuni trans bi tmienja u tletin fil- mija (83%) – filwaqt li seba' u sittin fil-mija (67%) jappoġġjaw ukoll l-introduzzjoni tat-tielet markatur tal-ġeneru. Skont l-istħarriġ tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tal-2019, din il-klima ta' aċċettazzjoni fost il- maġġoranza assoluta taċ-ċittadini, tissarraf ukoll fi prevalenza aktar baxxa ta' attakki fiżiċi jew sesswali rrappurtati minn persuni LGBTIQ f 'Malta fuq perjodu ta' ħames snin meta mqabbla ma' stati membri oħra tal-UE – sitta fil-mija (6%) meta mqabbla mal-medja tal-UE ta' ħdax fil-mija (11%). Ovvjament, dan ma jnaqqas bl-ebda mod mill-kruha ta' kull wieħed minn dawn l-attakki u kull wieħed minnhom huwa assolutament żejjed, inaċċettabbli u ta' min jikkundannah. Xorta waħda jkollna nammettu li dawn ir-riżultati huma kollha indikazzjoni ċara li l-isforzi tagħna qed ikollhom l-effett mixtieq u li qed nimxu fid-direzzjoni t-tajba. Inkomplu naħdmu għal ugwaljanza sħiħa Dan ma jfisser bl-ebda mod li wasalna u lesti. Irridu nżommu f 'moħħna, li l-valur tal-ugwaljanza huwa valur li rridu niddefendu u niġġieldu għalih ta' kuljum bħala soċjetà. Għandna x-xorti li l-Gvern qed jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu sabiex jiggarantixxi li kull persuna f 'Malta tkun rispettata u tesperjenza l-ugwaljanza. Issa jonqos li nkomplu nedukaw lis- soċjeta' f 'kull livell, u nkomplu nikkonvinċu l-qlub u l-imħuħ li m'huwiex tollerabbli li f 'soċjeta' moderna, persuna tkun diskriminata minħabba s-sess, is-sesswalita jew il-ġeneru. Irridu naċċertaw irwieħna li pajjiżna jkompli jimxi maż-żminijiet u jadatta għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-llum. Linji Gwida dwar ir-Rikonoxximent tas-Sess, is-Sesswalità u l-Ġeneru Din il-ġimgħa fil-fatt nedejna għall-ewwel darba l-Linji Gwida tal-Gvern Malti dwar ir-Rikonoxximent tas-Sess, is-Sesswalità u l-Ġeneru. Dan id-dokument żviluppat mit- Taqsima tal-Orjentazzjoni Sesswali, Identità tal-Ġeneru, Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess (SOGIGESC) fi ħdan id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem, għandu l-għan li jipprovdi gwida lill- Amministrazzjoni Pubblika dwar il-ġbir, l-użu u l-emendar tal- informazzjoni dwar l-isem u/jew is- sess jew it-terminoloġija tal-ġeneru f 'rekords personali individwali jew meta wieħed irid jikkomunika ma' utenti tas-servizzi. Dan kollu huwa parti mit-tisħiħ ta' servizz pubbliku li dejjem jinbidel u jadatta ruħu għar-realtajiet moderni, filwaqt li jipprovdi servizz ta' kwalità għolja. Taħriġ dwar il-linji gwida se jingħata b'kollaborazzjoni mal- Istitut għas-Servizz Pubbliku mis- sena d-dieħla. Il-liġi ta' Malta tirrikonoxxi li l-individwi jistgħu jidentifikaw lilhom infushom u jkunu rikonoxxuti fil-komunità fil- ġeneru differenti mis-sess li jkunu ġew assenjati oriġinarjament fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom. Tajjeb nimu li din il-bidla tista' sseħħ fi kwalunkwe stadju tal- ħajja ta' persuna. Barra minn hekk, l-individwi li ma jixtiqux li jkunu identifikati bħala maskil jew femminil jistgħu jimmarkaw il-ġeneru tagħhom bħala 'X' fuq il- karti tal-identità u l-passaporti. Filwaqt li s-sess u l-ġeneru spiss jintużaw minflok xulxin, meta tinġabar informazzjoni dwar is-sess u/jew il-ġeneru ta' persuna, dan għandu jiniehem bħala li jirreferi għall-markatur tal-ġeneru. B'hekk, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha tal-Gvern iridu jirrikonoxxu u jirriflettu b'mod korrett il-ġeneru tal-persuna fir-rekords personali tagħhom miżmuma minnhom. Bl-istess mod, huma għandhom jindirizzaw lill-individwi kollha li jaċċessaw is-servizzi pubbliċi bil- pronomi adatti u b'rispett, kif ukoll jippermettu l-inklużjoni ta' koppji tal-istess sess. Lingwaġġ aktar inklussiv Forsi jkun hawn min ma jarax l-importanza ta' sempliċi kelma, iżda ta' min jiakar li fis-snin tmenin, madwar id-dinja kien hawn moviment sħiħ jippromwovi l-lingwaġġ newtrali fir-rigward tal-ġeneru, minħabba li kien hemm ħafna kliem li ma kienx jeżisti fil- femminil. Dak li kien pereżempju 'chairman' bdejna nirreferu għalih bħala 'chairperson' għax kien wasal iż-żmien li ninkludu n-nisa anke' f 'dawn ir-rwoli. Irridu nżommu f 'moħħna, li sa it taż-żmien qabel ma kinitx teżisti 'chairperson' mara fil-maġġoranza tas-soċjetajiet, allura qatt qabel ma nħass il- bżonn li tinstab kelma għaliha. Il-lingwaġġ li nużaw jirrifletti kif aħna nesperjenzaw l-ambjent ta' madwarna u l-fehmiet tagħna dwaru. Għalhekk sempliċi bidla fit-terminoloġija użata tista' tfisser messaġġ ċar li persuna hija inkluża jew eskluża mis-soċjeta'. Meta niltaqgħu ma' esperjenzi ġodda, spiss insibu rwieħna f 'diffikultà għax ikollna bżonn ninsew dak li ilna nafu, qabel inkunu nistgħu nitgħallmu u nimu realitajiet ġodda. Fir-realta' li qed ngħixu llum, hemm persuni li ma jidentifikawx irwieħhom bħala maskil jew femminil, iżda jippreferu terminoloġija newtrali. Għal dan il-għan, ġew imfassla dawn il-linji gwida li jinkludu wkoll persuni intersess, transġeneru u/jew b'varjanti tal-ġeneru u minoranzi sesswali. Pass ieħor 'il quddiem Mis-sena 2022 'il quddiem, fuq formoli tal-Gvern fejn ikun hemm l-għażla tal-ġeneru, mhux se nsibu biss l-għażla bejn Maskil u Femminil, iżda se tiżdied magħhom X jew Ġeneri Oħra. Bħala titli, għal meta wieħed irid jindirizza persuna, se jiżdiedu t-titli Sri jew Mx. Għal ħafna nies, forsi dan il-pass ma jfissirx wisq jew forsi ma jimux ir-raġunijiet warajh, iżda għal uħud f 'minoranza dan l-isforz ċkejken jaf ifisser ħafna. Dawn li semmejt huma biss uħud mill-affarijiet u bidliet li se jġibu magħhom il-linji gwida. Id- dokument innifsu fih diversi dettalji oħra li kull min hu interessat jista' jarahom f 'iktar dettall. Dawn il-linji gwida huma pass ieħor li qed jagħmel il-Gvern favur ugwaljanza sħiħa għal kulħadd f 'pajjiżna. Importanti li l-lingwaġġ tagħna jkun wieħed li juri rispett lejn kulħadd, u jixhed b'mod konkret li f 'pajjiżna rridu li kulħadd jiġi stmat indaqs u li kulħadd ikollu kull opportunita' għas-suċċess f 'ħajtu, irrispettivament mis-sess, is-sesswalita jew il-ġeneru.