Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt W ara ħafna logħob il-poplu, jew għallinqas dak is-settur tal-poplu li għadu ma qatax qalbu mill-politika lokali u għadu jsegwi b'interess dak li qed iseħħ fil-Parlament, assista għal teatrin sħiħ fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Tgħajjir, botti, insulti flimkien ma' ħafna twerżieq u għajjat. Iem, xejn ta' barra minn hawn la ngħixu f 'pajjiż fejn dibattitu ċivili huwa xi ħaġa aljena. Fejn min jgħajjat l-aktar għandu l-aktar raġun. Teatrin biex min jara aħmar biss, anke jekk il-partit idendlu rasu 'l isfel jew min jara blu biss, anke jekk il-partit jarmih f 'fossa, joqgħod jieħu gost jara "min rebaħ" u "kemm qalgħalhom" jew inkella "kemm qalgħulu"! Apparti iżda s-siwi żero ta' din il-laqgħa, minn dak li ħareġ xi stajna nikkonkludu? L-aktar konklużjoni ovvja f 'dak li għandu x'jaqsam l-eks Ministru Konrad Mizzi huwa li dan jaħseb jew ħaseb li t-tajjeb li sar u t-tajjeb li għamel hu stess huwa skuża tajba biex il-ħażin jitgħatta. X'jiġifieri? Huwa tajjeb li dan il-Gvern qabad il- problema tal-Enemalta u beda jipprova jirranġa din il-kumpanija li tħalliet nieżla fi djun enormi, djun li mhux biss kienu qed jipperikolaw lil din l-entità imma wkoll lill-finanzi tal-Gvern u lill-poplu li wara kollox kien qed jixtri d-dawl minn din il- kumpanija. Huwa fatt li qabel l-2013 dan il-poplu kważi kull xahar kien qed jara l-prezz tal-uwil tiela', il-prezz taċ-ċilindri tal-gass telgħin u l-kontijiet tad-dawl jisparaw 'il fuq. Huwa fatt li Gvern Nazzjonalista mhux talli żied il-kontijiet talli dakinhar kien wera' arroganza liema bħalha meta sfida lill-eluf kbar ta' nies li marru jipprotestaw il-Belt Valletta - inkluż l-imsieħba soċjali kollha li kienu qed iwissuħ li l-kontijiet kif għolliehom se jkissru lill-ekonomija. U sfidahom aktar meta l-eks PM Gonzi kien qal li se jivvota bil-qalb, biex jogħlew dawn il-kontijiet! U tefa' aktar melħ fuq il-ferita meta ddefenda bil-qawwa kollha lill-eks Ministru Austin Gatt, li taħt it-tmexxija tiegħu seħħ l-iskandlu tax-xiri taż-żejt. Skandlu li għalih ħadd, li hu ħadd ma refa' r-responsabilità politika! Ħadd! Kien tajjeb iva li l-kontijiet traħħsu u kien ħafna tajjeb li ġie stabilizzat il-prezz tal-gass ukoll. Huwa tajjeb ukoll li l-Gvern Laburista wiegħed, ħadem u wettaq il-qalba għall- gass. Ħadd - ħlief min huwa politikament għami ma jgħid li l-qalba għall-gass kienet ħażina, jew li jkun hemm energy mix mhijiex xi ħaġa bżonnjuża għall-pajjiż. Mela fejn mar ħażin Konrad Mizzi? Għax Konrad Mizzi jaħseb li l-ħażin ta' Gvern Nazzjonalista u t-tajjeb ta' Gvern Laburista fil-qasam tal-Enerġija huwa liċenzja biex tagħmel li trid. Bħallikieku l-ġid mhuwiex l-għan, imma l-mezz kif tilħaq għanjiet oħrajn - fosthom li timla' butek minn assi tal-poplu. Għax Konrad Mizzi jaħseb li r-riga ta' dan il-poplu tant hi baxxa (u forsi hi, iem) li tista' tisraq kemm trid, basta lili tagħtini xi ħaġa lura. Għax Konrad Mizzi jaħseb li l-politika hija negozju tat-tpartit - jiena nagħtik kontijiet orħos, imma jiena niaħ il-kumpaniji fil-Panama ħalli l-flus li jidħlu fiha ma jidhrux, norbothom ma' kumpanija fid-Dubaj li ħadd ma jaf biha u f 'din il- kumpanija jidħlu $1.6 miljun, allegatament mill-Ażerbajġan u mill-aġent tat-tanker tal-gass f 'Delimara. Għax Konrad Mizzi jaħseb li l-politika ta' tpartit tfisser li jiena nagħmel pass tajjeb u mmur għall-enerġija aktar nadifa, imma għax għamilt hekk niaħ kumpanija fil-Panama u ma ngħid lil ħadd dwarha u min jiagħhieli jikteb email li tgħid li fl-ewwel sena biss f 'din il-kumpanija u fl-oħra - ta' Keith Schembri - se jidħlu madwar $2 miljuni minn attivitajiet ta' riċiklaġġ u aktar fl-Indja, l-Afrika ta' Isfel u pajjiżi oħrajn. Dik hi l-politika ta' Konrad Mizzi: Nagħtik, basta tħallini neħodlok. U iva jeħodlok. Nagħtik kontijiet orħos u neħodlok tliet sptarijiet u nagħtihom lil xi ħadd li ma nafux min hu, bla esperjenza ta' xejn, bla flus, nagħtihom il-flus, ma jagħmlu xejn, lanqas biss iħallsu l-pagi tal-ħaddiema, iqabbdu nies ħatja ta' serq biex jidhru għall-proġett u meta jfalli kollox jaħarbu mill-pajjiż. U l-flus li tajnihom daqslikieku tfajnihom fiż-żibel. Tista' tkun aktar sfaċċat minn hekk? It-tajjeb li sar minn dan il-Gvern nirrikonoxxuh u dan l-Editorjal ma jiddejjaq xejn jirrepetih, għax aħna ma għandniex aġenda kontra l-Labour, le! Imma jekk it-tajjeb sar biex in-nies ikunu lloppjati waqt li nibnu sistema ta' flus deħlin f 'dik il-kumpanija u fl-oħra, biex nieħdu flus li mbagħad ma niddikjarawx, dik mhix aċċettabbli. L-argument, 'kuntent jiena, israq kemm tiflaħ' mhux aċċettabbli. U din oħra! Lill-poplu Konrad Mizzi jridu jemmen illi biex ikollna kontijiet orħos u biex ikollna enerġija nadifa, bilfors irid ikun hemm is-serq, bilfors irid ikun hemm tant ħmieġ illi meta xi ħadd sar jaf li se jinkixef għax xi ħadd bagħat skoss files lil Daphne Caruana Galizia, qatluha lil din il-ġurnalista! Iva Malta ħaqqha enerġija nadifa u ħaqqha Gvern li jagħmel id-differenza - kif qed jagħmel dan il-Gvern b'diversi miżuri u inizzjattivi. Imma dan ma għandux jiġi bi tpartit. U dan qed jgħidu, dan l-editorjal, mhux għax mixtrijin kif qal Konrad Mizzi li hija l-midja. Imma għax hekk hu, għax il-verità ma tridx forza! 71 Membru tal-Eżekuttiv Laburista ma vvotawx biex ikeċċu lil Konrad Mizzi ta' xejn. Allura dawk mixtrija wkoll? U l-ebda għajjat u l-ebda teatrin ma jneħħi mill-fatt li anke l-akbar alleat ta' Mizzi - il-Partit Laburista - ukoll warrbu! Tgħid Robert Abela mixtri wkoll skont Mizzi? Nagħtik biex nieħu. Nagħmel il-ġid biex infotti. Inraħħas, biex niftaħ fil-Panama. Le grazzi!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021