Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 Carmel Bonnici Il-Films tad-diżastri (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Xita u Għargħar. Xita qawwija li ma taqta' xejn għal żmien twil tikkaġuna għargħar, tfawwar ix-xmajjar u tagħmel ħsara rreparabbli fir-raba'. L-għargħar jista jiġi wkoll minn mewġ kbir u għoli (tsunami), l-effett ta' terremot fil-baħar. Ix-xita kontinwa rajnieha ġo produzzjonijiet bħal Noah's Ark (1928), e Rains Came (1939), e Rains Of Ranchipur (1955), li hu replika bħal ta' qablu, Noah (2014), fl-episodju wkoll ta' Noe' f 'e Bible... In e Begining (1966) u diversi oħrajn. Kif diġà semmejt aktar kmieni, l-films tad-diżastri, fil-preżent fuq skala tassew vivida u globali reġgħu bdew jinħadmu b'suċċess, grazzi għall-użu tal-kompjuter, imma dan jixraqlu artiklu għalih biss. L-epoka ideali tal-films tad- diżastri bdiet lejn l-aħħar tas-snin sittin, irrankat bil-kbir sa nofs is- snin sebgħin b'suċċessi finanzjarji u wara bdiet in-niżla. Hawn se nagħti stampa ċara ta' dan. In-nannu ta' din il-kwalità ta' films ta' diżastri differenti kien e High And e Mighty tal- 1954, ta' madwar 15-il sena qabel. Ix-xogħol li beda dan iċ-ċiklu tas- snin sebgħin kien Airport (1970). Film li sewa 10 miljun dollari u daħħal qligħ ta' $48 u nofs. Fuq ajruplan jinsab raġel moħħu mhux floku (Van Heflin), li għandu bomba moħbija biex jisplodi l-ajruplan. B'cast imponenti bħal Burt Lancaster, il-miġnun ta' fuq l-ajruplan, Dean Martin, pilota veteran, George Kennedy, Lloyd Nolan, Barbara Hale, l-veterana Helen Hayes u Maureen Stapleton fl-aqwa parti bħala l-mara ta' Heflin li tippanikkja bil-kbir, din il-produzzjoni żammet lill- udjenzi ankrati mas-siġġu. Is- suċċess ġab żewġ sequels Airport 1975 (1974) u Airport '77 (1977). e Andromeda Strain (1971) dwar erba' karattri jfittxu fenominu li qatel ħafna mill- popolazzjoni f 'belt żgħira fid- deżert. Invażjoni bijoloġika qerrieda diretta b'ħila mill-bravu Robert Wise. e Poseidon Adventure (1972). Verament divertiment mill- aqwa, dan kien propju l-ewwel film li esprima xi isser il-kelma diżastru. Vapur lussuż mimli passiġġieri jinqaleb qrib il-Greċja minn mewġa enormi kkawżata minn terremot qawwi taħt l-ilma. Il-ġiri ta' dawk li jibqgħu ħajjin fil-qalba ta' dan il-bastiment ta' taħt fuq tassew hu eċitanti. Bħall- produzzjonijiet oħra tal-ġeneru tiegħu, fih cast formidabbli li jikkonsisti minn Gene Hackman, Ernest Borgnine, Red Buttons, Carol Lynley, Roddy McDowell, Stella Stevens u Shelley Winters. Rebaħ Oscars għall-kanzunetta e Morning Aer u ieħor għall- Effetti Speċjali Viżivi, kif ukoll qliegħ ta' aktar minn $120 miljun. Earthquake (1974). Film li jiċċentra fuq ir-relazzjonijiet diffiċli ta' xi persuni f 'Los Angeles qabel jfaqqa' terremot qawwi. L-effetti speċjali viżivi ta' ħerba totali huma tal-għaġeb meta l-kompjuter kien għadu mhux użat. B'atturi bħal Charlton Heston, Ava Gardner, George Kennedy, Lorne Greene (tas- serje televiżiva Bonanza) u Lloyd Nolan dan ix-xogħol ma setax ifalli. F'parti ċkejkna bħala sakranazz ma jarax art insibu lil Walter Matthau li fil-cast jidher b'ismu propju - Walter Matuschanskayaski. Barra minn Malta dan il-film kellu l-proċess ta' (Sensesurround), fejn waqt it- terremot is-siġġijiet jiċċaqilqu. Kien hemm films oħrajn wara b'dan il-mod. Fl-istess sena, 1974, ħareġ forsi l-isbaħ film minn din is- serje, The Towering Inferno. Xogħol li kien l-ewwel wieħed fl-istorja taċ-ċinema maħdum minn żewġ kumpaniji – 20th Century Fox ħadu ħsieb it- tqassim tiegħu fl-Istati Uniti u il-Kanada u l-Warner Bros. fil- bqija tad-dinja. Il-qliegħ kien ta' $50 miljun. Dan il-film kien addattat minn fuq żewġ novelli – The Tower u The Glass Inferno. It-tema kienet dwar set ta' karattri li jiltaqgħu ma' xulxin, iżda meta l-lukanda tieħu n-nar ikunu abbandunati għad-destin tagħhom. B'cast ieħor kbir li jinkludi William Holden, Steve McQueen, Paul Newman, Faye Dunaway, Fred Astaire, Robert Vaughn, Richard Chamberlain u Jennifer Jones. Jaws (1975). Is-suċċess finanzjarju tal-films tad-diżastri laħaq il-qofol tiegħu f 'Jaws addattat minn fuq il-ktieb "best seller" ta' Peter Benchley. Dan qam $12 miljun biex inħadem u daħħal is-somma favoluża ta' $133 miljun. Komunità ta' post ta' vaganza fl-East Coast tal-Istati Uniti jkunu attakkati minn kelb il-baħar tat-razza Great White. Roy Scheider, Robert Shaw u Richard Dreyfuss joħorġu bil-luzzu tagħhom biex joqtluh b'riżultati katastrofiċi. 20 sena qabel bdiet l-era tas- Supereroj, Superman the Movie kien fenominu għal żmienu. Effetti speċjali mill-aqwa, b'cast tajjeb, dan ix-xogħol tal- 1978 kien qam $40 miljun biex inħadem u kien l-aktar film li daħħal flus għal W.B. sa dak iż- żmien - $300.5 miljuni. Film li kien jappella għal nies ta' kull eta' u rriklamat "makes you believe a man could fly". Lejn l-aħħar snin sebgħin, il- films l-oħra ta' dan il-ġeneru ma kienx fihom l-impatt u l-ħerqa tal-blockbusters ta' qabilhom u b'hekk il-pubbliku ma kienx sodisfatt. Films tad-diżaastri oħra kienu: The Swarm (1978) dwar bejta naħal maħrubin li jattakkaw bil-kbir lill-umani, Meteor (1979) fejn metjorita mdaqqsa se taħbat mad-dinja u b'hekk tispiċċal-ħajja fuq l-art u When Time Ran Out (1980), vulkan attiv jimminaċċja gżira tal-Paċifiku tas-Sud mimlija turisti. Tmiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021