Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467
17 analiżi illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 mudlam tiegħek, għax id-dawl għalik ukoll inħoloq' Margaret Halton, it-tieni mara tiegħu." Minkejja li Mabel Strickland kienet tagħmel ħafna xogħol fil-Partit Kostituzzjonali, din ma setgħetx toħroġ mal-Partit. Hi kienet imdejqa b'dan u kien hemm numru kbir ta' nisa oħra li ddejqu bħalha. Sal-1931 irnexxiela tiġbor petizzjoni b'aktar minn 480 firma li ippreżentathom quddiem il-Kummisjoni Rjali, li kienet intbagħtet Malta, biex jaraw għalxiex Malta kellha kriżi kostituzzjonali. Ix-xhieda tagħha quddiem il- Kummissjoni, tagħti stampa ċara ħafna tal-qagħda politika tan-nisa fejn Mabel Strickland iddeskriviet kemm sofrew in- nisa fil-Partit Kostituzzjonali. Jidher li għax kienu attivi fil-partit kienu pprojibiti milli jitqarbnu jew jagħmluha ta' parrini. L-istrateġija ta' Reggie Miller għall-vot tan-nisa "Nafu kemm kien kbir u etensiv l-irwol tan-nisa fil-Gwerra. Wara t-Tieni Gwerra, il-partiti kienu tilfu ħafna mis-saħħa tagħhom, in-Nazzjonalisti svintaw. Sal- 1947 Nerik Miżżi kien għadu eżiljat l-Uganda," spjegat il-Profs. Sammut. Hija saħqet li mill-1943 'l quddiem l-aktar moviment soċjali importanti li kien hemm dak iż-żmien kien il-General Workers Union li kienet titmexxa minn Reggie Miller. Hija qalet li Reggie Miller kien aġġornat ħafna ma' dak li kien qiegħed jiġri fl- Ewropa u "kien jitkellem ħafna dwar l-irwol tan-nisa. Fl-1947, meta bdiet titlaqqa' l-Assemblea Nazzjonali, biex jerġgħu jiddiskutu Kostituzzjoni ġdida wara l-Gwerra, Reggie Miller, induna x'kien ġej u ma rider li n-nisa jerġgħu jiġu esklużi." Mabel Strickland ġabet siġġu fl- Assemblea bħala editur tat-Times. Dan għaliex wara l-Gwerra, l-Assemblea staqsiet lill-edituri tal-gazzetti, biex jibdew jattendu għas-sessjonijiet tagħha. Reggie Miller kien sab żewġ nisa influwenti f 'Malta f 'dak iż-żmien. Waħda minnhom kienet, Hélène Buhagiar li kienet ġejja minn familja ta' negozjanti, tant hu hekk li missierha kien imexxi s-sistema tal-ferrovija f 'Malta u kienet attiva ħafna soċjalment fil-qasam tal-arti. Il-persuna l-oħra kienet Josephine Burnes De Bono. "Reggie Miller kien qalilhom, li 'jekk ma tridux li l-mara terġa' tiġi eskluża, fl-Assemblea Nazzjonali, għamlu assoċjazzjoni tan-nisa Maltin'. Applikaw biex ikunu membri tal-Assemblea, ippreżentaw din il-mozzjoni biex in-nisa jkunu preżenti u dik fetħet it-triq biex imbagħd resqet mozzjoni oħra biex in-nisa jibdew jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni. Nerik Mizzi kien għadu imsiefer dak iż- żmien u b'hekk ma setax ikollu sehem." Sammut qalet li fl-ewwel elezzjoni li fiha ivvutaw in-nisa, 55% mill-votanti kollha ta' Malta kienu nisa. "Bdew jaħsbu li l-mara ma kinitx se tivvota, imma ma kien minnu xejn għax fil-verità n-nisa ivvutaw bi ħġarhom." Il-Knisja daħħlet denbha Hija spejgat li punt ieħor importanti fl- istorja tal-vot tal-mara, huwa li waqt li kienet qed issir diskussjoni fl-Assemblea fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa, fl-1944, il-Knisja ħatret lill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Bħala Isqof kien strumentali biex mill- pulptu jħajjar lin-nisa biex jibdew jagħtu sehmom fl-għelieqi, fl-industrija, eċċ. Wara l-Gwerra meta bdiet id-diskussjoni fuq il-vot tal-mara, "Gonzi kien attent ħafna, qatt ma ħareġ kontra l-vot. Il-battalja tal-Knisja fuq il-vot tal-mara saret permezz tal-gazzetti u anke l-pulptu. Fil-gazzetti kien hemm kampanji sħaħ fuq il-Leħen is- Sewwa fejn kellek ħafna kitbiet jirredikolaw il-vot tal-mara jew saħansitra jgħidu li kien perikoluż li tagħti l-vot lin-nisa," qalet Sammut. Hija rrakkontat kif l-Arċisqof, "b'mod makakk kemm jista' jkun ħareġ pastorali u ppreżenta lilu nnifsu bħala missier tal- Maltin li qed jagħti l-parir lill-Maltin." Qalet li Gonzi beda jgħid li l-mara kienet ir-reġina tad-dar, il-poter tal-mara qiegħed fid-dar, "għandek is-saħħa li trawwem lil uliedek li żżomm lil żewġek fit-triq it-tajba, u li ġġib it-tfal fid-dinja". Kompliet tispjega li wara li għadda l-vot tal-mara, fl-elezzjoni tal-1947, dik ippermettietlu biex il-Knisja, "b'mod sottili tibda' tiggwida lin-nies kif se jivvutaw". Partiti mingħajr nisa "Il-partiti ma setgħux isibu biżżejjed nisa biex joħorġu għall-elezzjoni", tgħid Carmen Sammut. Fl-ewwel elezzjoni kellek lil Agatha Barbara u Hélène Buhagiar, mal-Unjone Politika Maltese, il-partit tal-industrijalisti. Madankollu, Hélène Buhagiar ma telgħetx u Agatha Barbabra telgħet iżda ma ngħatax ministeru. "Imbagħd fis-snin 50 ingħatat ministeru u għamlet riformi soċjali kbar. Edukazzjoni b'xejn, ix-xjenzi għall-bniet, edukazzjoni obbligatorja għall-ħaddiema eċċ. Kultant ma napprezawx ix-xogħol li għamlet hi. Għamlet riformi li llum iġiegħlu l-politikanti ta' issa jistħu u din għamlithom f 'qasir żmien. Fil-qasam edukattiv u dak tax-xogħol kienet effettiva." 'Ir-rappreżentanza tan-nisa baqgħet fejn kienet fis-snin 50' B'dizappunt, Sammut innotat li r-rappreżentanza tan-nisa fil-poltika baqgħet fejn kienet fis-snin 50. Il-Professur Carmen Sammut qalet li "għandek sitwazzjoni fejn lllum għadnek rappreżentanza ta' 13%. Bħalma konna bħal-1950, fejn kellhom rappreżentanza ta' 10%. Kultant insemmu kemm il-partiti m'hemmx qbil bejniethom, iżda fuq dan il-punt it-tnejn qablu li hemm bżonn ta' riforma." Hija kkonkludiet li jista' jkun li wasalna għal bidla radikali, "l-aktar li kien hemm tħassib kien minn naħa tal-partiti ż-żgħar, li jħossuhom eklużi mis-sistemi elettorali li għandna. Meta wieħed iqis kollox dan it-tip ta' tħassib, ilu magħna 30 sena. Fil-każ tan- nisa, dawn ma jistgħux jistennew 30 sena oħra, lanqas ħames snin. Hemm bżonn bidla immedjata." Josephine Burnes DeBono Carmen Sammut