Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 Ewropej IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Tivvota lill-kandidat Malti biex isir MEP imma lil Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew tressaq għad-diskussjoni rapport magħmul minn żgħażagħ ewropej li jagħti ħarsa lejn proposti u bidliet - uħud minnhom mill-qiegħ - għall-UE ta' għada. L-ILLUM tagħti ħarsa... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew ddiskuta l-Futur tal- UE mil-lenti taż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ Ewropej xi jridu u x'jixtiequ? X'Ewropa jaraw għall-futur u xi proposti għandhom għall-UE ta' għada? Il-gazzetta ILLUM evalwat rapport mill-aktar interessanti li jelenka wħud mill-aktar proposti avventurużi u li fihom tassew x'tomgħod mir-rapport 'Youth ideas for the Conference on the Future of Europe' li din il-ġimgħa stess intlaqa' b'mod tajjeb ħafna, mill-gruppi politiċi ewropej fil- Parlament Ewropew. Funded by the European Union Mhux aktar lill-Maltin biss tivvota! Bla dubju, waħda mill-aktar proposti interessanti taż-żgħażagħ Ewropej titratta l-mod kif jiġu eletti l-MEPs fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Jekk din il-proposta tidħol fis-seħħ, apparti li tivvota lill-kandidati Maltin għal siġġu f 'dan il-Parlament, issa jkollok karta ta-vot oħra. Fuq din il-karta tal-vot - qed jipproponu - inti jkollok kandidati oħrajn mill-Istati Membri kollha. Jiġifieri apparti li tivvota lill- kandidat Nazzjonalista jew Laburista, tkun tista' tivvota wkoll lill-kandidat ta' partit politiku ewropew li forsi huwa l-eqreb lejn il- valuri u t-twemmin tiegħek. Forsi lokalment inti aktar komdu tivvota lil kandidat Nazzjonalista għal raġunijiet ta' politika lokali, imma mbagħad għax inti favur l-abort u d-drittijiet riproduttivi tal-mara jew għax trid li l-Parlament Ewropew jiffoka aktar fuq materji tal-ħaddiem tagħżel kandidat tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq il-karta tal-vot l-oħra! Jew inkella lokalment tippreferi kandidat Laburista imma trid Ewropa li hija ħafna iktar iebsa fuq l-immigrazzjoni u allura fuq il-karta l-oħra tal-vot tivvota lill-kandidat mill-Partit Konservattiv. Iż-żgħażagħ qed jgħidu illi sistema bħal din tassigura li kandidat jibqa' jirrapreżenta l-Kostitwenza tiegħu imma fl-istess ħin ikun irid jieħu l-opinjoni u jiem aħjar firxa bil- wisq akbar ta' kostitwenti. Fl-istess rapport qed ikun propost li jkun hemm aktar trasparenza u ħafna aktar rappreżentanza meta l-partiti jiġu biex jagħżlu l-kandidat tagħhom biex ikun President tal-Kummissjoni. Huma qed jgħidu li dan l-isem għandu jkun imħabbar qabel il-kampanja tal-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew biex b'hekk ikun hemm interazzjoni akbar bejn il-poplu u dan il- kandidat. Apprentistat u edukazzjoni lil refuġjati f'Universitajiet Ewropej Naturalment kif mistenni, saru proposti fil-qasam tal-immigrazzjoni, bil-ħarsa tkun l-aktar fuq dak kollu relatat mal-integrazzjoni, inkluż permezz tas-sistema edukattiva. Fil-fatt iż-żgħażagħ qed jipproponu li jinħoloq programm li permezz tiegħu universitajiet tal-UE jagħtu aċċess lil studenti u anke għalliema barranin. Qed jipproponu li jkunu identifikati dawk l-universitajiet li jixtiequ jipparteċipaw u li dawn jaħdmu mal- UNHCR biex dawn l-istudenti u professuri ikunu identifikati. Dawk interessati mbagħad jirċievu fondi mingħand NGOs - liema fondi jkunu mogħtija mill-UE - sabiex jattendu l-Università. Qed jipproponu wkoll li jkun hemm fond ċentrali ewropew li jkun l-aħjar mekkaniżmu sabiex universitajiet jaċċettaw studenti refuġjati. "Programm bħal dan jgħin u jirrispondi għall-isfida tal-anzjanità fl- UE, isaħħaħ il-valuri tas-solidarjetà u dinjità umana, filwaqt li l-pajjiżi li qed jilqgħu lil dawn r-refuġjati ikollhom ħaddiema ġodda b'ħiliet filwaqt li fihom titnaqqas l-isfiduċja lejn l-immigranti," jgħidu ż-żgħażagħ. Fuq dan is-suġġett ukoll iż-żgħażagħ qed jipproponu li jkun hemm reklutaġġ ta' avukati u tradutturi f 'pajjiżi fil-Mediterran, sabiex jitnaqqas il-ħin li matulu t-talbiet għall-ażil ikunu pproċessati. Qed jappellaw biex ikun hemm aktar appoġġ fil-proċess ta' integrazzjoni fil-pajjiż fejn jgħix l-immigrant, filwaqt li jipproponu illi jkun hemm għajnuna lil dawk il-pajjiżi li joffru apprentistati lil dawk li jkunu applikaw għall-ażil, li jħaffu l-proċess ta' integrazzjoni u li jippermettu lill- applikanti sabiex jikkontribwixxu lil dak il-pajjiż li qed jilqagħhom. Huma għalhekk qed jipproponu wkoll li l-kwalifiċi tal-immigranti li jkunu kisbu qabel ma ġew fl-UE jkunu rikonoxxuti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021