Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: IL-PARTIT LABURISTA B'SAĦĦTU FIR-RABA' DISTRETT U JKOMPLI JISSAĦĦAĦ B'KANDIDATI BĦAL MUSCAT, FEARNE U MIZZI Immorru issa għall-elezzjoni tal-2008, l-elezzjoni li kulħadd kien qed jistenna li se tintrebaħ mill-Partit Laburista, imma li eventwalment rebaħ il-PN bi ftit mijiet ta' voti. Jekk l-appoġġ tal-Partit Laburista fuq bażi nazzjonali kien diġà ssaħħaħ ħafna, l-istess seħħ fir-raba' distrett. Il-Malta Labour Party (kif kien għadu jissejjaħ), kiseb 13,508 voti jew 61.5%, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 8,183 vot, jew 37.3% tal-voti. Silvio Parnis żamm postu bħala l-aktar kandidat Laburista b'saħħtu. Huwa kien elett minnufih fl-ewwel għadd hekk kif kiseb 4,890 vot. Din id-darba, anke t-tabib Karl Chircop mar tajjeb, tant li żied fl-appoġġ u kiseb 4,397 vot. Anke hu kien elett fl-ewwel għadd. Charles Mangion, dak iż-żmien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament, ma kienx l-aktar popolari anke jekk xorta waħda ġie elett fit-12-il għadd bi 3,910 voti. Minn fost il-kandidati Nazzjonalisti, din id-darba, ħadd ma rnexxielu jaqbeż il- kwota ta' 3,600 vot mal-ewwel għadd. Din id-darba, l-ewwel li ġie elett kien Jason Azzopardi, li fl-għaxar għadd kiseb 3,679 vot. Fil-fatt, f 'din is-sena, fl-ewwel għadd, Azzopardi kiseb aktar voti minn Jesmond Mugliett. Mugliett kien elett fil-ħmistax-il għadd. Bis-saħħa tal-wirt tal-voti, huwa kiseb 4,434 vot. Eventwalment, kif ħafna jiftakru, it- tabib Karl Chircop miet fit-12 ta' Ottubru tal-istess sena. Postu fil-Parlament, wara elezzjoni każwali, kien ħadu Gino Cauchi. F'din is-sena, il-Partit Laburista kellu tmien kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu sitt kandidati. Fost il-kandidati Laburisti, kien hemm Owen Bonnici, illum Ministru. Bonnici kien ġab 544 vot fl-ewwel għadd. Din kienet l-ewwel elezzjoni li kkontesta u kif rajna l-ġimgħa li għaddiet, kien elett mit-tielet distrett, wara li ċediet is-siġġu Helena Dalli. Nibdew bl-Elezzjoni Ġenerali tal- 2003, l-aħħar elezzjoni li l-Partit Nazzjonalista rebaħ b'maġġoranza komda, ftit ġimgħat biss wara r-referendum għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. F'dik is-sena, fir-raba' distrett, il- Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien), kiseb 58.7% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 40.8%. Fil-fatt, l-MLP kiseb 12,497 vot u l-Partit Nazzjonalista kiseb 8,687 vot. Anke jekk id-differenza bejn iż- żewġ partiti kienet waħda sostanzjali, il-Partit Nazzjonalista kien għadu jeleġġi żewġ Deputati minn total ta' ħamsa f 'dan id-distrett. Żewġ kandidati kienu eletti minnufih fl-ewwel għadd. Silvio Parnis kien il-preferut ta' 4,157 persuna. Mill-Partit Nazzjonalista, anke Jesmond Mugliett kien elett minnufih mal-ewwel għadd. Huwa kiseb 4,073 vot u kien elett minnufih. Il-kwota kienet ta' 3,550 voti. Għall-Partit Nazzjonalista kien elett ukoll Jason Azzopardi. Azzopardi, kien elett fis-16-il għadd b'5,046 vot. It-tieni l-aktar kandidat popolari għall-Malta Labour Party kien it- tabib Karl Chircop. Chircop kien elett fl-14-il għadd bi 3,680 vot. Minkejja li kien Deputat Mexxej, Joseph Brincat kien l-aħħar Deputat li eleġġa l-Partit Laburista. Fil-fatt huwa kien elett fis-17-il għadd wara li kiseb 3,199 vot. F'dik is-sena, il-Partit Laburista kellu għaxar kandidati fuq il-lista tiegħu f 'dan id-distrett, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu sebgħa. 2003: Il-PN minn taħt iżda kien għadu jeleġġi żewġ Deputati bla problemi ta' xejn 2008: Il-Partit Laburista jkompli jissaħħaħ u l-PN jibqa' fl-istess ilmijiet tal-elezzjoni ta' qabel Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss ir-raba' distrett PN PL 40.79% 58.67% PN PL 37.26% 61.51%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021