Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'In-nies mhux ser jaċċettaw aktar tifrik u ser ikomplu jiġġieldu kontra kull serq tal-ispazji pubbliċi' - Graffitti ANTHEA CACHIA Il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, dak tas- Swieqi u tmien għaqdiet esprimew ir- rabja tagħhom għall-aħħar attentat tal- Fortina "biex jisirqu l-Bajja tal-Balluta", bil-bini ta' moll għal katamaran ta' 33 metru, dieħel u ħiereġ mill-bajja 22 darba kuljum. L-għaqdiet li ngħaqdu kontra l-bini tal-moll huma; Din l-Art Ħelwa, Extinction Rebellion Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, Nature's Trust Malta, Ramblers Association u Rota L-applikant irid l-bini ta' moll ikbar fuq l-istess sit ta' applikazzjoni oħra li diġà ġiet approvata u li attwalment qegħda tiġi kontestata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u bosta organizzazzjonijiet oħra quddiem it-tribunal tal-ambjent (EPRT). Fi stqarrija l-Moviment Graffitti saħqu li, "f 'Ġunju ta' din is-sena, tal-Fortina għamlu ġimgħa jippruvaw jibdew xogħol irregolari fuq il-moll fi staġun fejn xogħol bħal dan mhuwiex permess." Madanakollu l-kumpanija kellha tieħu pass lura wara r-reżistenza li wrew grupp ta' residenti u attivisti bil-preżenza tagħhom fuq il-post. Graffitti qalu li, "l-aħħar applikazzjoni hija prova tar-regħba bla qies ta' ċertu kumpaniji u diżrispett assolut lejn il- politiki tal-ippjanar, il-benesseri tal- poplu u l-integrità ambjentali. Il-moll beħsiebhom jibnuh fil-parti tal-bajja fejn jgħumu n-nies, żona li skont il-Pjan Lokali, la għandha tkun għal katamaran u lanqas għall-imbark." Insistew li l-katamaran ser ikompli jniġġes bajja diġà żgħira u jieħu post l-għawm u l-attivitajiet sportivi u rikreattivi marbuta mal-bajja. Komplew jgħidu li ż-żona maħnuqa b'kummerċ eċċessiv u l-kumpanija diġà ħadet biċċa kbira tal- kosta ta' Ta' Sliema bid-dgħajjes u l-attività ta' Captain Morgan. L-Awtorità tal-Ippjanar rat 800 oġġezzjoni formali kontra din l-applikazzjoni l-ġdida. "Madanakollu, tal-Fortina jafu li kemm l-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll l-entitajiet tal-gvern ser jagħmlu minn kollox biex jaġevolawhom billi tul il-proċess jinjoraw il-politiki tal-ippjanar u l-inkwiet tan- nies f 'dan ir-rigward. Dan rajnieh isir meta l-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat l-ewwel applikazzjoni tal-Fortina għall-bini tal-moll," saħaq fl-istqarrija. L-attivisti saħqu li n-nies mhux ser jaċċettaw aktar tifrik fil-kwalità tal-ħajja f 'Malta u ser ikomplu jiġġieldu kontra kull serq tal-ispazji pubbliċi għall-interessi kummerċjali u dan ser jagħmluh "b'azzjoni legali u fejn hemm bżonn anke diretta." Ismael Grima, żagħżugħ ta' 21 sena minn San Ġiljan, tilef ħajtu kmieni s-Sibt filgħodu hekk kif kien ivolut f 'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal- Ewropa, Ħal-Luqa. Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident għall- ħabta tas-siegħa ta' filgħodu. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li BMW 320 CD Sport, misjuqa miż-żagħżugħ tilfet il-kontroll, ħabtet ma' ċint u spiċċat ġo għalqa. Miegħu kien hemm ukoll tfajla ta' 19-il sena minn Ħal Qormi. Minkejja li fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili biex jassistu, sfortunatament iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Intant it-tfalja ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza għall-kura meħtieġa fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji. Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejin. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg inawgura l-bini mill- ġdid ta' Triq Għeriexem u tal-promenade tagħha li se toħloq rotta pedonali aktar sigura bejn l-Imdina, ir-Rabat u l-Imtarfa. Triq Għeriexem issa toffri belvedere mill-isbaħ li jħares lejn waħda mill-isbaħ żoni ta' pajsaġġ f 'pajjiżna, dawl dekorattiv ġdid, bankijiet ġodda, bankina solari b'36 pannelli fotovoltajiċi li se jiġġeneraw madwar 40% tad-dawl ta' din it-triq u display diġitali ħdejn il-footpath li jagħti rendikont lill-pubbliku ta' figuri u ta' kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet. Din it-triq issa tinkludi wkoll madwar 90 spazju ta' parkeġġ addizzjonali, stazzjon tal-iċċarġjar tal- karozzi elettriċi, l-ewwel mogħdijiet solari f 'Malta u infrastruttura aktar ħadranija permezz ta' 40 siġra ġdida u bosta pjanti oħra. Il-Ministru Borg qal li l-ġurnata tal-bieraħ hi "tant importanti għar-Rabtin" hekk kif din it-triq "li għal snin sħaħ kienet tħalliet fi stat ta' kollass, illum qed tingħata mill-ġdid lil dawn ir-residenti b'infrastruttura sigura u tal-ogħla kwalità." "Aħna dħalna fiż-żarbun ta' dawn ir-residenti, ħassejna li bdew iħossu huma u dħalna għal din l-isfida. Però morna pass ieħor 'il quddiem fejn rajna li ninkorporaw ċerti kunċetti li huma ġodda għal pajjiżna bħalma huma s-solar footpaths fejn ħassejna li bix-xieraq nintroduċuhom f 'din it-triq.," qal Borg. Is-Sindku tar-Rabat, Sandro Craus, qal li dan huwa proġett li minn ħolma saret realtà. "Ħadna ħsieb kull aspett min dak ambjentali sa dak rikreattiv. B'mod ambjentali rajna li nimplimentaw dawl b'enerġija solari u ammont ta' siġar u pjanti. Barra minn hekk eliminajna r-riskji li kienu qed isofru r-residenti." Żagħżugħ ta' 21 sena jitlef ħajtu u tfajla l-isptar wara inċident f'Ħal Luqa Bankina solari b'36 pannella li jiġġeneraw 40% tad-dawl fi triq ġdida fir-Rabat 800 oġġezzjoni kontra l-aħħar applikazzjoni għall-bini ta' moll fil- Bajja tal-Balluta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021