Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 Ritratt: James Bianchi nagħtu l-akbar daqqa lit-traffikant' iżda li fl-2015 - meta kienet se tiddaħħal il-Liġi tad-Dikriminalizzazzjoni - ukoll il-Caritas ma qablitx, minkejja li jfakkar illi llum kulħadd jaqbel li din kienet Liġi tajba, li "kulħadd ifaħħar." "Niftakar illi jumejn qabel bdiet tiġi diskussa dik il-Liġi mort għall- Gradwazzjoni tal-Caritas u dakinhar ħlief kritika fuq dik ir-riforma ma smajtx. U nifhem li meta jsiru dawn it-tip ta' bidliet tkun trid numru ta' snin biex tinduna li ċerta biża' ma timmaterjalizzax." 'Lanqas għandi dubju...' Huwa qal li fl-ebda mument il-Gvern mhu qed iħeġġeġ lin-nies biex jixtru l-kannabis, pero' qed joħloq ambjent sigur u legali għal dawk li jixtiequ "f 'eżerċizzju ta' harm reduction." Imma hu jara li se jiġri l-istess bħal- liġi tal-2015; kritika għalissa u wara tiġi aċċettata? "Lanqas għandi dubju, għax se jkollna ambjent regolarizzat immexxi minn nies kompetenti, filwaqt li se nkomplu b'kampanja ta' prevenzjoni," qal il- Ministru li fakkar illi l-Gvern għadu kif għadda madwar miljun ewro oħrajn lill- FSWS sabiex tkompli tqawwi l-kampanja ta' prevenzjoni. "Nistieden lill-gazzetta u lill-qarrejja li jqabblu s-servizzi li kienu jingħataw qabel u dawk li qed jingħataw issa u tinduna li lanqas paragun ma hemm." 'Il-kampanja ta' prevenzjoni mhix kontro-piż għal-Liġi' F'paġni 12 u 13 Buttigieg tistaqsi jekk dawn il-miljun ewro humiex il-prezz li se nħallsu għal din il-liġi. "Le, le, le....bir-rispett kollu imma naħseb li Buttigieg ma fehmet xejn," jibda jgħid Bonnici. Huwa jgħid li l-Gvern jemmen fil- Harm Reduction permezz ta' rotta legali u sigura għal min irid jagħmel użu mill- kannabis u fl-istess ħin kampanja ta' prevenzjoni, li jisħaq illi taħdem mal-liġi u mhux kontra l-ispirtu tagħha. "Per eżempju qabel l-FSWS kienu limitati għall-avvenimenti ta' għarfien sporadiċi fil-Year Three tal-iskejjel, illum il-programm qed jilħaq l-iskejjel kollha tal-primarja, ħloqna programm ta' għarfien fost tfal tal-ħames sena u anke Form 2 u issa beħsiebna ninfiltraw b'kampanja qawwija ta' prevenzjoni fil- Post-Sekondarja u anke l-Università," spjega Bonnici. Huwa qal ukoll li l-programm SAFE ssaħħaħ bil-qawwi u qed jilħaq għexieren ta' nies. "Dan mhux kontro-piż għar-riforma, imma parti mill-ħidma ta' harm- reduction. Aħna nħeġġu lin-nies jagħmlu għażliet oħrajn," sostna l-Ministru mal- ILLUM. 'Jiena nixtieq inkun naf x'riċerka għamel il-PN biex wasal għall- konklużjoni li wasal għaliha' Il-gazzetta tistaqsi dwar l-imsieħba soċjali. Għaliex il-Gvern għadu ma ressaqx studju ta' impatt soċjali lill- imsieħba soċjali? Bonnici jibda billi jsemmi l-kritika tal-PN fir-rigward tar-riċerka u jgħid li kuntrarjament għal dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni hemm ħafna riċerka hekk kif hemm ħafna pajjiżi li adottaw is-sistema ta' harm-reduction f 'dan il- qasam. "Jiena nixtieq inkun naf x'riċerka għamel il-PN biex wasal għall- konklużjoni li wasal għaliha," qal Bonnici li fakkar illi minkejja li dan kien waqqaf tim ta' tmienja minn nies biex joħorġu b'pożizzjoni, dawn spiċċaw "lanqas biss qablu bejniethom." Huwa jfakkar li fl-Istati Uniti hemm 18- il stat li wettqu din is-sistema kif hemm pajjiżi fl-Ewropa li adottaw din it-tip ta' leġiżlazzjoni jew inkella li legalizzaw il- kannabis. U xi jgħid dwar l-inkwiet li għandhom ċerti impjegaturi dwar l-użu tal-kannabis fuq il-post tax-xogħol? Bonnici jgħid li ma hemmx wisq differenza mil-lum u jgħid li meta kellu laqgħat mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem kien fakkarhom li diġà għandhom impjegati li jpejpu llum. "Issa jekk hemm min qed jagħmel użu minn testijiet tad-droga fuq ħaddiema, dawn jistgħu jibqgħu jsiru." 'Wasal iż-żmien li nieqfu nsawtu lin- nies' U finalment l-argument li jsir huwa, ladarba Malta diġà għandha problema ta' żgħażagħ jew nies li qed jixorbu żżejjed u anke aċċess faċli għad-drogi, ma jħossx li din il-Liġi sempliċiment se żżid il- problemi? Għalfejn qed tressqu din il-liġi la hawn dawn il-problemi? "Għax wasal iż-żmien li nieqfu nsawtu lin-nies u nġiegħlu lin-nies jidħlu fil- kriminalità u jispiċċaw fi proċessi kriminali għax kabbru pjanta jew kellhom joint," jgħid Bonnici. Huwa jfakkar f 'koppja li kienet arrestata nhar Jum San Valentinu meta nqabdu jpejpu f 'kamra f 'lukanda. Il-Ministru għall-Ugwaljanza Owen Bonnici jtemm l-intervista jfakkar li bħalissa hemm diskussjoni dwar legalizzazzjoni fil-Ġermanja waqt li anke fl-Istati Uniti Chuck Schumer abbozza liġi għall-pajjiż kollu biex l-Istati Uniti tiċċaqlaq fuq din il-materja u jgħid li anke hawn qed jissemma' l-kunċett tal- harm reduction.