Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'B'din il-liġi se nkunu qed nagħtu ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara li din il-gazzetta ppreżentat il- mistoqsijiet tagħha dwar is-suġġett tal-Kannabis lid-Deputat Claudette Buttigieg (ara paġni 12 u 13), kien imiss li nippreżentaw lill-Ministru Owen Bonnici - li qed jmexxi din il-Liġi 'l quddiem - l-argumenti u t-tħassib tal- Oppożizzjoni dwar is-suġġett u naraw kif iwieġeb. Din il-gazzetta bdiet bl-argument popolari tan-normalizzazzjoni. L-Oppożizzjoni qed takkuża lill-Gvern li qed idaħħal liġi li l-messaġġ sottili tagħha jista' jkun li "ma jimpurtax li tieħu l-kannabis". Daqslikieku l-Gvern qed idaħħal il-kultura tat-teħid tad- droga. Bosta ġenituri jisħqu li b'din il-Liġi l-Gvern "qed jipprova jeqred liż-żgħażagħ bid-droga minflok iħeġġiġhom jibqgħu 'l bogħod minnha." Kif iwieġeb għal dawn l-akkużi Bonnici? Hu jibda billi jinsisti li din hija "miżura b'saħħitha ta' harm reduction" li permezz tagħha n-nies ma jibqgħux ikunu kriminalizzati u jkollhom kuntest regolarizzat minn fejn ikunu jistgħu jużaw il-Kannabis. "Din il-miżura qed issir fl-interess tagħhom, l-ewwel u qabel kollox," sostna l-Ministru. Huwa qal illi dan kollu qed isir, fl- istess waqt li qed isiru u se jkomplu jsiru kampanji ta' prevenzjoni biex in-nies ikunu mħeġġin jagħmlu l-aħjar għażliet fi-ħajja. "Imma jekk hemm adult - u tajjeb li nitrattaw lin-nies ta' adulti - li jixtieq jagħmel użu mill-kannabis għandu jkollu għażla legali u sigura li jagħmel dan," saħaq Bonnici. Intant għall-kritika tal-innormalizzar tad-droga, Bonnici staqsa x'inhi l-alternattiva għal-Liġi li qed iressaq il- Gvern. "Jekk kollox jibqa' kif inhu jibqgħu jkunu kriminalizzati n-nies u min jixtri jibqa' f 'kuntatt mal-kriminali u ma' min jitraffika, li jkun hu imbagħad li jirregola." Bonnici fakkar li traffikant la se joqgħod jagħti kas hux se jbigħ lil tifel u lanqas jekk il-persuna li qed tixtri hix vulnerabbli. 'Imbilli b'pussess sempliċi ta' 3.5 grammi ta' kannabis ma titlax il-Qorti ma jfissirx li solvejt il-kwistjoni tal- fornitura' Imma l-gazzetta ILLUM twaqqfu hemmhekk u tfakkru li fl-2015 il-Gvern diġà għadda liġi sabiex id-droga tkun dikriminalizzata, u allura ħadd ma għadu jmur il-ħabs fuq pussess sempliċi. Mela għalfejn qed jibqa' jgħid li grazzi għal din il-liġi l-kannabis ma tibqax kriminalizzata f 'ammonti speċifiċi, la diġà hekk hi? Il-Ministru jgħid illi fl-2015, li ġara kien illi fuq pussess sempliċi ta' ammonti żgħar ta' droga, minflok persuna tmur quddiem il-Qorti, tmur quddiem Tribunal. Huwa qal iżda li l-liġi tal-2015 trid tittieħed fl-iskedar mill-ġdid tal- Kannabis mill-Ġnus Magħquda, fid-dawl tal-fatt li jgħid illi hemm esperjenzi ta' suċċess ta' harm reduction barra minn pajjiżna u anke għaliex jispjega illi bil- liġi tal-2015 ma ssolvitx il-problema tal- fornitura. "Imbilli b'pussess sempliċi ta' 3.5 grammi ta' kannabis ma titlax il-Qorti ma jfissirx li solvejt il-kwistjoni tal-fornitura, għax dawk it-3.5 grammi minn ximkien xtrajthom jew inkella kabbart il-pjanta int id-dar, li hija illegali. Għalhekk b'din il- Liġi rridu nagħtu l-akbar daqqa possibbli lit-traffikanti," sostna l-Ministru Owen Bonnici. Imur lura fuq il-kwistjoni tal-iskedar mill-Ġnus Magħquda - li jfakkar illi hija l-akbar awtorità f 'dak li jitratta drogi - u jgħid li din minn Skeda nru. 4 poġġiet il-kannabis fi Skeda 2. Hu qal li din ma tfissirx li l-kannabis hija legali, imma li ma għadhiex titqies fl-istess livell ta' drogi bħall-Kokaina u l-Eroina. Minflok, tpoġġiet ma' sustanzi oħrajn li jista' jkollhom benefiċċji, bħall-Kannabis Medika. 'Illum it-tfal huma f 'riskju akbar, mhux b'din il-Liġi' Kritika oħra li qed issir hija dwar il- pjanti li jitkabbru d-dar u kif se jkun assigurat il-benesseri tat-tfal - li jkunu d-dar - ladarba ħadd ma għandu kontroll ta' x'jiġri wara l-ħitan tad-dar! Allura mhux probabbilità li se jiżdied ir-riskju għat-tfal? Bonnici jibda billi jikkwota kif kien wieġeb il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau dwar it-tfal, meta l-Kanada kienet fil-proċess li tillegalizza l-kannabis. "Dakinhar kien wieġeb illi t-tfal ma kinux protetti meta ma kinitx legalizzata l-Kannabis, għax it-traffikant jiġi jaqa' u jqum mill-persuna li lilha qed ibigħ." Bonnici sostna illi b'dak li qed jipproponi l-Gvern se jkun hemm sistema kkontrollata ta' kannabis li tingħata biss lill-adulti, filwaqt li jgħid illi hemm multi qawwijin ħafna għal dawk li jpejpu quddiem it-tfal. Idur imbagħad fuq il-pjanti u jfakkar li kuntrarjment għall-perċezzjoni l-pjanta tal-kannabis ma tkabbarhiex fil-bitħa qisek qed tkabbar xi zunnarija. "Imma huwa proċess diffiċli għax trid tieħu ħsiebhom ħafna, irid ikollhom ċerta dawl u ċerta tempertaura u allura tħallihom magħluqin u msakkrin," qal Bonnici. Minkejja dan huwa sostna li ma għandux dubju li l-ġenituri responsabbli, hekk kif ma jħallux xorb f 'idejn uliedhom minuri, mhux se jħallu kannabis. 'Fl-2015 ukoll ħafna ma qablux mad- dekriminalizzazzjoni ... illum ħafna jfaħħru dik il-Liġi' Kritika li qed issir hija li hu ma ppubblikax is-sottomissjonijiet li ġew mal-Liġi, filwaqt li l-PN qed ifakkar li l-għaqdiet kollha li b'xi mod jew ieħor jitrattaw l-abbuż mis-sustanzi kollha huma kontra dan il-pass. Il-gazzetta tfakkru li 22 għaqda esprimew ruħhom ukoll kontra din il-liġi. Il-Ministru jibda billi jgħid li ma għandu ebda problema jippubblika sommarju tas-sottomissjonijiet, imma saħaq illi li jkun hemm Kappillan li joħroġ opinjoni ma tagħmlux għaqda. "Jiena għandi rispett kbir lejn il-Knisja imma jekk tanalizza dawn it-22 issib li huma kollha marbutin mal-Knisja u sar eżerċizzju biex jidhru ħafna. Jiġifieri ejja nżommu l-affarijiet f 'perspettiva," jappella l-Ministru Bonnici. Imma l-gazzetta tfakkru li l-Caritas tagħmel xogħol enormi f 'dan il-qasam u żgur li ma għandhiex skopijiet politiċi meta tikkritika. Bonnici jwieġeb billi jgħid illi mal- Caritas kellu laqgħa tajba ħafna li fiha "qbilna li mhux se naqblu." Hu jfakkar Fr Hilary Tagliaferrio Imma l-Gvern vera qed jinnormalizza l-użu tal-kannabis? Imma la għaqdiet bħall-Caritas kontra, għaliex xorta qed iressaq din il-liġi? It- tfal se jibqgħu protetti? U mhux diġà hemm il-Liġi li ressaq hu stess fl-2015? L-ILLUM tintervista lill-Ministru Owen Bonnici...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021