Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467
20 kotba IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-lingwa tar-rakkont Fost il-ġeneri li ma tantx jogħġbuni jew jinteressawni, nista' nniżżel il-polizjesk, il-fantastiku jew il-fantaxjentifiku....u l-ktieb Malti bl-Ingliż. Tal-ewwel lest inniżżlu f 'forma ta' film, imma l-aktar jekk lil hinn mis-soluzzjoni perfetta tal-whodunit, u għalhekk anki minkejja li qrajt u rajt ħemel Montalbano, ikun hemm mument fejn l-istorja titlifni imma jibqgħu d-deskrizzjonijiet u l-karattri memorabbli. Tat-tieni, forsi għax ma niflaħx lil hinn mir-realiżmu. Tal-aħħar, għax ma niimx l-għala tiegħu, tant li jinkwetani u jispiċċa jintrigani. Anki bħal reċensur, dawn huma ġeneri ta' sfida, li kważi kważi aħjar ma tmisshomx jekk idejquk jew saħansitra ma tiimx fihom. Mhjiex skuża li tuża metodu ġenerali biex tistħarreġ xi ħaġa li għandha dinja speċifika tagħha: qisek, nagħtu każ, twaqqa' t-techno minħabba l-formazzjoni mużikoloġika klassika tiegħek, mingħajr ma tagħraf il-kuntesti kulturali u storiċi speċifiċi ta' dak l-att artistiku partikolari. e Patient in Hospital Zero ta' Ramona Depares (Merlin 2021) kien għalhekk għadma iebsa: mhux għax ktieb diffiċli jew inaċċessibbli, iżda għax jolqot tnejn mit-tliet antipatiji letterarji tiegħi. Terġa', lil Ramona naa f 'żewġ istanzi, li f 'dal-kuntest jidhru sinjifikattivi. Għal ċorma żgħira ta' nies (forsi jien u ieħor), saret notorja meta ħarġet qatta' bla ħabel indinjata għal Nbid ta' Kuljum ta' Ġużè Stagno, fid-disgħinijiet fejn konna għadna ma ħriġniex minn bosta qxur. Dan kien żmien ilu, żminijiet differenti meta konna lkoll iżgħar u forsi sajmin u xierfa, u n-nies jikbru u jinbidlu. Jgħaddu s-snin u Depares, magħrufa bħala ġurnalista li tikteb fuq gazzetta bl- Ingliż, toħroġ bil-pubblikazzjoni para-poetika ħelwa Beltin: Stejjer ta' Nies Minsija (Merlin, 2019 ), li tikxef għeruqha Beltin u l-attenzjoni għall-eroj popolari tal-ħajja ta' kuljum, mill-Pampalun sa Gilbert Agius, iżda mhux biss. e Patient in Hospital Zero ppruvajt nimmaġinah miktub bil- Malti. U ħsibt li jaf kien jagħmel aktar ħoss minħabba li Depares għandha wisa' ta' immaġinazzjoni u bini ta' dinjiet fittizju li huwa wisq aktar miuħ minn dawk ta' kontemporanji li jiktbu bil-Malti. L-aspett fantastiku-distopiku ta'