Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Ivan Bartolo huwa Kelliem tal-Oppiżizzjoni għall-Faqar u l-Akkomodazzjoni Soċjali Ivan Bartolo Taħsibhom għadhom honey moon wara 25 sena fl- Oppożizzjoni. Wara tmien snin għadhom fil-venja jikkritikaw biss lil ta' qabilhom L-Għarbiel G vern Laburista għolla lilu nniffsu u waqa'. Urina li se jagħmel ħaf- na .... fil-verità għamel mod ieħor. Inkixef waħdu jew kxifnih! Għax biex tqassam il- ġid, l-ewwel trid toħolqu. Ċert li l-Housing Soċjali ma kienx fuq l-aġenda tal-laqgħat bejn erba' ħitan, fir-raba' sular tal-Mile End. Għal kuntrarju, it-tower blocks IVA. Lista ta' Stennija Qalulna li l-lista ta' stennija niżlet. Ma qalux kif niżlet. Niem li jridu jobdu struzzjonijiet minn Kastilja, biex jaħbu kemm jistgħu, il-faqar li żdied. Disservizz lejn il-fqar. U ma ndumux ma naqtgħu din il-lista ta' stennija. "Se jkollna aktar appartamenti minn kemm għandna nies fil-waiting list illum il-ġurnata" qalilna s-Sur Galdes. Imma fil-verità liema appartamenti se jitqassmu ladarba mhumiex lesti? Konferenzi kemm trid ... imma l-binjiet għadhom mhumiex lesti, biex jidħlu fihom in-nies. Staqsejtu kemm-il darba ... meta jgħid allokajt xi postijiet jiġifieri se jtihom ittra li se jkollhom appartament li għadu mhux lest? Bla dubju skont il-Ministru, aktar appartamenti, minn kemm għandna nies fil-lista ta' stennija. TINSEWHIEX DIN. ĊARA u tonda. Pero ma ninsewx ukoll kliem il-Kap Eżekuttiv tal- Awtorità tad-Djar fejn qalilna li biex tieħu dar tal-Housing trid tgħaddi minn GĦARBIEL. F' kelma waħda qed jagħmluhielek aktar diffiċċli biex tieħu post, li jkollok dritt għalih. Mhux ta' b'xejn intilfet il-fiduċja fl- Awtorità tad-Djar. Tlifna kull fiduċja Qalulna li ġrew wara kull ċavetta, fejn innutaw abbuż. Imma x' garanzija għandna li ħadu ċ-ċwievet ta' dawk li tassew ma kienx ħaqqhom. X'ma tintilifx kull fiduċja fl- isfond ta' Gvern li ma jeċċellax fit-trasparenza, fil-ġustizzja u fil-governanza t-tajba. X' ma tintilifx il-fiduċja, meta hemm lis li ilhom ix-xhur biex jissewwew, jew hemm bżonn jinbiddlu. X'ma jaqtgħux qalbhom dawk l-anzjani maqfulin fi djarhom minħabba f 'hekk. Insemmi każ wieħed biss bħala eżempju, dak ta' Triq il-Mediterran fil-Belt Valletta. X'ma tintilifx il- fiduċja meta il-grands jiżdiedu aktar mill-kwota, għal min iridu huma. X'ma tintilifx il-fiduċja meta t-tniġġis, il- ħmieġ u problemi ambjentali huma l-aktar problemi komuni ta' akkomodazzjoni. It-tieni problema tinvolvi l-istorbju mill-ġirien jew mit-triq, li kien esperjenzat minn 31% tad-djar kollha. 700 familja li tgħix f 'akkomodazzjoni soċjali qed jgħidu li darhom mhijiex ta' livell. 81% iħossu l-ispejjeż tad-dar bħala piż. Jiaħru bir- riġenerazzjoni. Nistiednu jżur xi blokok madwar Malta. Nitolbu jmur jara Binja Buqana fl- Imtarfa. X'ma tintilifx il-fiduċja, meta l-Gvern wiegħed għajnuna lil dawk li jgħaddu mit-test tal- mezzi lill-inkwilini tal-kirjiet ta' qabel l-1995. Wegħdhom sa' €10,000. Għaddew mit-test tal-mezzi, bl-iswed fuq l-abjad (b'sentenza mill-Qorti), iżda mbgħad qalulhom li mhuma intitolati għal xejn. Għadni nitlob spjega. Din kwistjoni serja! Nixtieq spjegazzjoni ċara f ' isem dawn l-anzjani inkwetati. Ma nixtieqx diskors half baked u tidwir mal-lewża. Kliemhom jikxifhom Dawn uħud mill-problemi fil- Housing Soċjali. Dawn jeħtieġ jinkwetaw fuqhom l-esponenti tal-Gvern ... u mela qishom tfal żgħar jiġġieldu bejniethom, min ser jidher u jonfoq l-aktar għal l-konferenzi. Għax jekk sieħbu biex jinawgura proġett nefaq €85,000, allura jien se nibqa lura? Hekk jirraġunaw. Imġieba irresponsabbli. Kliemhom jikxiom. Taħsibhom għadhom honey moon wara 25 sena fl- Oppożizzjoni. Wara tmien snin għadhom fil-venja jikkritikaw biss lil ta' qabilhom. Fl-ewwel tliet xhur ta' Gvern Laburista applikaw 200 ruħ. Bla dubju, kien hemm min tħajjar u kien hemm ukoll min ġie mħajjar biex japplika. Esponenti fil- PL iwiegħdu lil ħbieb li ser jingħatalhom dak li mhuwiex intitolati għalih. Gvern responsabbli? Gvern responsabbli iqassam b' ġustizzja u jgħinek, u mhux ikissrek bi prezzijiet ogħla, spejjeż u kontijiet li ma jagħmlux sens. Gvern responsabbli jpoġġi l-flus fil-bwiet tan-nies u mhux jeħodomlhom. Gvern responsabbli jgħin u mhux jagħfas fuq iż-żgħir. Gvern Laburista falla għax nefaq aktar u qed jikseb inqas riżultati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021