Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Il-PN bi proposti ċari għall-anzjani! Maria Deguara 22 IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum opinjoni B ħala poplu aħna xxurtjati li fil-parti l-kbira tagħna għadna nirrispettaw u ngħożżu l-anzjani fostna. Nieħdu ħsiebhom ġewwa l-famil- ja u meta dan ma jkunx aktar possibbli u jiġu rikoverati inżuru- hom regolarment biex niżguraw li kollox għaddej sewwa. Tul l-aħħar sentejn il-COVID biddel dan kollu. L-anzjani ħesrem sabu rwiehom iżolati ġewwa kamarth- om jew djarhom mingħajr ma setgħu jikkomunikaw lanqas biss bejniethom. Ħassewhom ab- bandunati mill-istess familjari u mis-soċjeta' nnifisa. Il-Covid kixef il-verità li bħal pajjiżi oħra madwarna ma konniex ippreparati u lanqas ma kellna l-infrastruttura biex niżguraw li dan l-iżolament fil- komunikazzjoni bejnietna fejn jidħlu l-anzjani ma jseħħx. Dan il-perjodu fakkarna li l-bniedem ma hux iżolat u li jinħtieġlu jikkomunika ma' persuni oħra jekk irid jibqa' b'saħħtu sew fiżikament kif ukoll mentalment. L-istatiska wriet li matul l-aħħar xhur in-numru ta' dawk fostna li sofrew mentalment u li kellhom bżonn għajnuna sploda l-aktar fost l-anzjani. Dawn la kienu ippreparati u lanqas ħadd ma ħaseb jippreparhom għal dak li seta' jiġi fuqhom. Il-pandemija sabet li l-anzjani tagħna ġewwa r-residenzi la kellhom telefon fil-kamra tagħhom u agħar minn hekk lanqas biss ma kellhom l-iċken ħjiel ta' l-użu ta' l-informatika diġitali u kif din saret il-mod kif illum nikkomunikaw bejnietna. Kien biss meta l-effetti ħżiena tal-pandemija fuq is-saħħa mentali bdew joħorġu aktar fil-beraħ u wara li n-numru ta' persuni involuti beda jiżdied b'mod sinifikanti li l-awtoritajiet iddeċidew li jibdew jintroduċu t-telefon u l-internet fir-residenzi tal-anzjani. Kien dak il-mument li talbu lil l-istaff biex meta jkollu ċans jgħin lil anzjani jikkomunikaw ma' qrabathom u ħbiebhom. Dan kien pass f 'waqtu allavolja ħadd ma kien qed jistenna li l-anzjani kienu ser jibdew jużawha mil-lum għall-għada. Fil-fatt it kienu l-anzjani li kellhom għarfien u l-apparat biex jagħmlu użu mil-informatika diġitali. Dan in-nuqqas kompla jiżolahom mil- bqija tas-soċjetà u f 'ħafna każi wassalhom għal dipressjoni. Nafu li s-solitudni u d-dipressjoni fost l-anzjani jistgħu faċilment jiġu mgħeluba jekk u meta l-anzjani tagħna ikunu jistgħu jerġgħu jikkomunikaw mal-għeżież tagħhom u sħabhom. L-użu tal-informatika diġitali dan tagħmlu faċilment possibbli. Barra dan, informatika diġitali tipprovdilhom aċċess għal numru ta' servizzi governattivi, privati u bankarji fil-kumdità privata ta' darhom. Minkejja dan xorta waħda nafu li madwar 60 fil-mija tal-anzjani għadhom la jafu u lanqas ma jużaw din it-teknoloġija. Illum nafu li dak li ġara meta laqtitna l-pandemija jista' jerġa jiġi fuqna mingħajr l-ebda avviż. Għalhekk vitali li kemm il- Gvern kif ukoll is-soċjetà jagħmlu minn kollox biex dan il-mezz ġdid ta' kif sirna nikkomunikaw bejnietna jasal faċilment għand l-anzjani u persuni vulnerabbli kollha. Dan l-għarfien wassal biex minn issa l-Partit Nazzjonalista' qed jintrabat li meta ikun fil-Gvern ser jinċentiva lill-fornituri tal-Internet biex dawn iniżżlu l-ispiża għas- servizz tal-internet fid-djar ta' l-anzjani kollha għal €5 fix-xahar. B'hekk l-anzjani kollha ikunu jistgħu jużaw din it-teknoloġija dejjem aktar. Gvern Nazzjonalista ser ukoll jaħdem ma' NGOs u għaqdiet oħra biex iwaqqaf helpline iddedikat ħalli jiggwida lill- anzjani fl-użu ta' dan is-servizz u biex jispjegalhom dwar l-użu u l-potenzjal fuq diversi servizzi li jistgħu jaċċessaw. Miżura bħal din, meta organizzata fit-tul, twassal biex fi it snin il-persentaġġ ta' anzjani profiċjenti fl-użu ta' l-informatika diġitali jitla' sinifikament. L-avvanzi fil-mediċina wasslu biex illum sirna mhux biss ngħixu aktar fit-tul imma sirna nilħqu l-anzjanità tagħna fiżikament aktar b'saħħitna u allura nibqgħu aktar indipendenti. Minkejja dan jasal iż-żmien meta għal xi raġuni jew oħra l-anzjan ma jkunx aktar possibbli li jibqa' jgħix ġewwa daru waħdu mingħajr għajnuna. Bħala partit dejjem konna u għadna nsostnu li post l-anzjan sa fejn possibbli huwa fil-komunità fejn għex, kabbar il-familja u għandu l-ħbieb. Għalhekk kommessi u nsostnu li essenzjali li nipprovdulhom kull għajnuna biex dan ikun jista' jseħħ. Nemmnu li dak l-anzjan li jixtieq jibqa' jgħix fil-komunità kif ukoll kull persuna b'diżabilità severa, anki jekk għandhom bżonn servizz ta' erba' u għoxrin siegħa, sebgħa t'ijiem fil-ġimgħa, dawn għandhom jieħduh bi dritt. Jekk isir hekk, dawn il-pazjenti, li ħafna minnhom huma meqjusa bħala persuni b'dipendenza għolja, jibqgħu jgħixu fl-ambjent li jafu, u jkunu qed inaqqsu l-ħtieġa li jiġu rikoverati ġewwa sptar, residenza jew istituzzjoni oħra. B'hekk inkomplu nnaqsu aktar il-listi ta' stennija għal dħul ġewwa r-residenzi għall-anzjani. Din il-konvinzjoni titlob li dawn il-pazjenti u l-qraba li jduru bihom jinħtieġu full time carer ġewwa djarhom, jekk u meta ikun medikament indikat. L-impjieg ta' carer fuq medda ta' 24 siegħa jwassal għal kura aktar personalizzata u allura anqas ċans sew ta' komplikazzjonijiet kif ukoll ta' bżonn li persuna tibqa' rikoverata ġewwa sptar. Biex iħajjar iżjed anzjani jibqgħu ġo darhom il-Gvern Laburista diġà qed ikopri parti mil-ispiża tal-full Time Carer at Home billi qed jipprovdilhom €583 fix-xahar jew €6,996 fis-sena. Skond ir-rapport ta' l-Awditur Ġenerali ta' April 2021 sodda għal dawn it-tip ta' pazjenti ġewwa r-residenza San Vinċenz De Paule tiswa madwar €120 kuljum jew madwar €3,600 fix-xahar. Mela li tipprovdi carer għal dawn il- persuni ġewwa djarhom, barra l-vantaġġi msemmija aktar il-fuq, jagħmel ukoll sens finanzjarju. Gvern Nazzjonalista ser jidħol għan-nefqa' sħiħa ta' Full Time Carer at Home billi jgħolli l-allowance minn€6,996 sa massimu ta' €12,000 f 'sena għal dawk l-anzjani u persuni b'diżabilita' severa f 'dawk il-każi fejn is-servizz ikun jimmerita' u meħtieġ tul 24 siegħa, matul il- ġimgħa kollha. Matul is-sena 2021 ikkwalifikaw madwar 750 anzjan għal allowence ta' Full Time Carer at Home. Kif qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ikun kważi qed jirdoppja dak li qed jingħata l-lum għal dan is-servizz fil-komunità. Din il-proposta tkun tiswa' madwar €5.3 miljun li kif spjegat aktar 'il quddiem din is-somma ser tkun iffrankata mill-ispiża ċentrali. Għalhekk ukoll Gvern Nazzjonalista jisħaq fuq il-bżonn li minn issa jinħtieġ nħajru aktar żgħażagħ lejn dawn il-professjonijiet u li dawk kollha li jaħdmu biex jwasslu servizz tas-saħħa aħjar, jixirqilhom ikunu kumpensati kif jixraq. Għalina dawn huma flus li ser jtejbu s-servizz u allura huma flus minfuqa bil-għaqal. Maria Deguara hija l-Kelliema tal-PN għall-Anzjanità u l-Kura fil-Komunità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021