Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 L-abbuż sesswali: 'Il-problema mhix meta t-tfal joħorġu iżda meta joqgħodu d-dar' ANTHEA CACHIA "Il-pandemija aċċentwat kemm in-nies ikkomunikaw bl-internet u l-grooming sesswali sar aktar predominanti," hekk qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis. Dan wara li din il-gazzetta staqsietu fuq għadd ta' emendi leġislattivi fir-rigward tal-minuri, il-bestjalità u r-reati sesswali li ġew diskussi fil-Parlament din il-ġimgħa. X'inhuma dawn l-emendi? Kif ser jolqtuk? Se jħallu impatt? X'ġara mill-liġijiet tal- minorenni? Il-Qorti tal-Minorenni Preżentament, meta wieħed iħares lejn il-leġislazzjoni, minorenni, sal-età ta' 16-il sena li għamlu reat jitressqu l-Qorti tal- Minorenni. Issa qed jiġi propost li l-età titla' għal 18-il sena. Il-Ministru spjega li, "issa żgħażagħ ta' 18-il sena qed jitqiesu minuri u dan biex ma jgħaddux mill-proċess ġudizzjarju. Dawn se jiġu trattati ta' minuri għal skopijiet ta' rijabilitazzjoni u ta' re-integrazzjoni fis- soċjetà." Għalhekk din il-gazzetta staqsiet 'allura ż-żgħażagħ ta' 20 sena m'għandhomx jingħataw ir-rijabilitazzjoni?' Għal dan il-Ministru wieġeb li "r-rijabilitazzjoni dejjem tajba, kemm jekk għandhom 20 sena, 18-il sena jew 16. Iżda min-naħa l-oħra jekk ma taqtax linja l-liġijiet ma jagħmlux sens. Li ppruvajna nagħmlu fl- emendi hu li naqtgħu sitwazzjonijiet li huma ċari, ma jfissirx li persuni li għandhom etajiet akbar ma jingħatawx is-servizzi soċjali li hemm bżonn." Għajnuna psikoloġika mingħajr kunsens Fejn qabel żgħażagħ ta' 16-il sena setgħu jitolbu għal għajnuna medika mingħajr kunsens tal-ġenituri, issa se jkunu jistgħu jitolbu għall-għajnuna psikoloġika u counselling ukoll mingħajr dan il-kunsens. "Hija xprunata minn sitwazzjoni li konna qed niltaqgħu magħha. Kien ikollok minuri ta' 16-il sena li verament ikollhom bżonn l-għajnuna u jkollhom diżgwid mal-ġenituri tagħhom u l-ġenituri ma kinux jagħtu l-kunsens biex jirċievu l-għajnuna," qal il- Ministru Zammit Lewis. Ħtif lejn pajjiżi barra minn Malta L-emenda turi biċ-ċar li dawk il-persuni li jieħdu lil minuri lil hinn minn xtutna mingħajr permess, għal aktar minn tliet ijiem, ikunu qed iwettqu reat kriminali. Dan b'mod partikolari jekk ikun hemm ordni tal-kustodja jew child care order. Il-Ministru Zammit Lewis spjega li dan huwa reat serju u għaldaqstant japplika anke l-European Arrest Warrant (EAW), f 'kull Qorti tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-persuna arrestata tista' terġa tittieħed fil- pajjiż li minnu ġejja. Ir-reati sesswali Permezz ta' din l-emenda, twessgħet id- definizzjoni tat-terminu stupru. Il-Ministru tal-Ġustizzja jgħid li, "l-istupru li għandna fis-soċjetà moderna ta' llum mhux l-istess wieħed klassiku li naraw antikament fid- definizzjonijiet legali." B'hekk issa l-istrupru, legalment, jiġi kkategorizzat fi tlieta: • Att sesswali bla kunsens permezz ta' organu sesswali; • Att sesswali bla kunsens b'użu ta' parti ieħor tal-ġisem u • Att sesswali bla kunsens b'oġġett. Minn naħa l-oħra kien hemm emenda oħra fejn jidħol l-istupru. Fid-dinja tal- qrati jeżisti t-terminu ta' preskrizzjoni. Dan ifisser li l-vittma għandha perjodu ta' snin fejn tista' tibda' process legali kontra l-agressur tagħha. Il-Ministru Zammit Lewis saħaq li, "nimu li diffiċli li wieħed jirrapporta għaliex ħafna mid-drabi jkunu problemi familjari." Bħalissa, l-att dwar il-preskrizzjoni jgħid li persuna għandha ċans 25 sena wara li tkun għalqet 18-il sena bien tibda' l-proċessi kontra l-agressur. Madankollu, permezz tal-emenda issa l-età se tkun ta' 23 sena. Jiġifieri persuna għandha ċans 25 sena biex tibda' l-proċessi minn wara li tagħlaq 23 sena (sakemm ikollha 48 sena). Mil-lat ta' reati aggravati l-liġi tgħid li, eżempju, f 'każ ta' akkużat li jkun stupra lil xi ħadd kif ukoll kien hemm xi swat, l-iswat ikun akkuża aggravata separata. Minkejja dan, issa l-emenda se tqis kollox bħala reat wieħed. Għal dan l-ILLUM staqsiet; 'imma għaliex?' "Din l-emenda ġiet xprunata minn sentenza tal-Qorti tal-appelli kriminali minn deċiżjoni tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Ma jistax ikun hemm; tlieta jew erba' reati gravi u l-piena togħla bi grad għax int se jkollok sitwazzjoni fejn il-piena tant titla' li meta jkollok persuna responsabbli minn reat sesswali ikollu għomru l-ħabs, filwaqt li persuna li toqtol teħel inqas," wieġeb Zammit Lewis. Minn naħa l-oħra liġi oħra li mistennija tinbidel hi tal-grooming sesswali. Il- Ministru spjega li llum il-ġurnata qed ngħixu f 'realtà fejn il-midja soċjali hija aċċessibbli għal persuni vulnerabbli fosthom iż-żgħażagħ. Għalhekk issa, mhux biss titqies bħala reat jekk ikun hemm intermedjajru biex il-minuri jiġu sfruttati, huwa reat kriminali wkoll li persuna tipperpetwa r-reat bil- ħsieb li jkun hemm att sesswali. Grooming sesswali huwa meta wieħed joħloq relazzjoni ma' persuna minorenni bil-għan li eventwalment il-vittma tagħmel atti sesswali mal-agressur. Ir-reat kriminal mhux se jkun limitat biss għal kommunikazzjoni bejn iż-żewġ persuni, iżda wkoll f 'każ li jkun hemm xi ħsibijiet biex jiltaqgħu darba oħra, fejn jistgħu isiru reati sesswali. B'dawn il-proposti, issa persuna ħatja ta' bestjalità, jiġifieri att sesswali bejn uman u annimal, se tinstab ħatja bi trattament inġust fuq l-annimal u dan huwa punibbli taħt l-Att tal-Ħarsien tal-Annimali. "L-abbuż sesswali mhux aċċettabbli fuq persuna u lanqas fuq l-annimali. Il-każi huma iżolati iżda kellna każijiet f 'dawn l-aħħar sentejn, speċjalment f 'Għawdex," qal Zammit Lewis. 'B'dawn l-emendi kollha li saru, qed tammettu li bil-liġijiet preżenti, il- vittma mhux protetta biżżejjed?' "Jiena ma nammetti xejn, il-liġijiet jinbidlu. Il-liġijiet ikunu tajbin, ikun hemm żviluppi. Wieħed jagħmel mill-aħjar li jista', però wara ċertu żmien, persuna jkollha tirrevedi s-sitwazzjoni kurrenti u tbiddel fejn hemm bżonn. Ma jfissirx li l-liġi kienet ħażina," temm jgħid il-Ministru Edward Zammit Lewis mal-ILLUM. Emendi ġodda fil-liġijiet tal-abbuż sesswali, stupru, bestjalità u li jagħtu aktar poter lill- minorenni. L-ILLUM tistaqsi lil Ministru Edward Zammit Lewis; X'wassal għal dawn l-emendi? Saru għax il- liġi ma kinitx tipproteġi biżżejjed lill-vittmi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021