Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
16 kotba IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum L-istramb L-ewwel qrariet ta' Sant, meta ħarġu fl-2003, kont għażilt li ma naqrahomx. X'aktarx għax kont favur l-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u dak iż-żmien ma ridtx nisma' r-razzjonal, sod kemm seta' jkun sod, wara Żvizzeri fil- Mediterran u l-kumplessitajiet intrikati tas-sisa u t-tariffi. Ridt nixtri l-ħolma, anki jekk jaf setgħu jfeġġu l-ħmir il-lejl, u ridt ukoll ikolli ċ-ċans nitlaq. Bħal ma telaq u ġera Sant, wara kollox, kif jirrakkontalna b'dettal interessanti fl-ewwel volum li wkoll jagħti ħjiel ta' ġustifikazzjoni għala l-Malti Ewropew kien ġa Ewropew mingħajr il-bżonn ta' żwieġ politiku mas-superentità li hija l-Unjoni. Dettalji xotti, bħal salt fatti u ċifri, liema xuttaġni kkaratterizzat ħafna mill-mumenti politiċi ta' Sant, u li jaf mhux dejjem swietlu, tant li nqisu (forsi fehma li għandha mnejn taħsad jew tnaffar lil uħud) bħala l-aktar Prim Ministru demonizzat tal-istorja: forsi jħabbatha ma' Strickland, b'Mintoff jasal it-tielet f 'din il-klassifika tal-odju, imma mbiegħed sew mit-tnejn l-oħra, meta tqis li kien meqjum ta' eroj u kważi essri sopranaturali minn aktar minn nofs il-poplu tul għadd ta' ġenerazzjonijiet. Sant xott, spiss impenetrabbli, iġiblek sudizzjoni. Il-kelma ġġib l-aġġettiv ta' stramb, kunċett li anki kien għal qalb kittieb kontemporanji tiegħu huma u jiddokumentaw l-individwu Malti li ma jsibx postu. Fatt magħruf minn kulħadd, anki minn min appoġġjah u mexa warajh. Anki għaliex eċċezzjoni għall-profil tipiku tal-politiku Malti, il- Mediterranju gregarju li jbus it- trabi u jdur il-każini, u dejjem imdeffes f 'xi maniġġ għall-pjaċiri. Xuttaġni li wkoll hija riflessa fil- produzzjoni letterarja tiegħu, did-darba fis-sens pożittiv tal- ekonomija tal-kliem u tal-kitba fittizja tattika, maħsuba u ppjanata, li ma tintilifx fix-xinxilli tat-tisbiħ u toħroġ minnufih bħala opra qawwija u inċiżiva. It-tieni qrariet ta' Sant jibqgħu xorta waħda jħarsu lejn il- personalità kumplessa ta' politiku li għadna qed nimuh, speċjalment fil-kuntest tal-waqgħa tal-gvern b'id Mintoff, u l-mogħdija mwiegħra li waslet għas-salib it-toroq fittizju, u f 'xi waqtiet komiku, bejn il-Partnership Rebaħ u l-Iva għall-Ewropa. Mument li jalla naqra dwaru daqt fit-tielet volum, iżda dan l-aħħar sforz awtobijografiku ta' Sant ikompli jneħħi it aktar mill-istar li fih sikwit jitgeżwer il-persunaġġ pubbliku. Bosta waqtiet jikkonfermaw dak li ssoponejna dwar Sant, immortalizzat mill-propaganda negattiva taż-żmien bħala l-wiċċ bi tbissima sfurzata li f 'ħakka t'għajn jerġa' lura għall-imqit, l-improvizzazzjoni ta' Viva l-Labour fuq sett tnabar, il-komma wiesgħa u mdendla tal-ġlekk fis-sajf infernali tad-'98 waqt l-indirizz mqanqal il-Kottonera, il- waqgħat fil-PR li ġibdu partit sħiħ magħhom. Bniedem enigmatiku li donnu ma kienx magħmul għall- politika, u li daħal fiha, jekk mhux b'ċikka, permezz ta' mogħdijiet mhux tas-soltu, iżda li xorta waħda juruh bħala bniedem, jekk mhux b'xi ambizzjoni għamja, bi pjan u b'viżjoni pjuttost idjosinkratiċi iżda anki effettivi. L-istramberiji attribwiti lil Sant, għalhekk, huma stil ta' ħajja magħżula, li dak li jkun irid jarahom fil-kuntesti x-xierqa, aktar milli għaliex il-bniedem ma jirnexxilux jidħol f 'qafas prestabbilit. Niakar ktieb ta' ċertu Professur Amerikan Clemmer, maħruġ mill-PIN (Alfred Sant Explained – In-Novella ta' Malta fil- Mediterran, 2000), li pprova analiżi psewdo-psikoloġika mqanżħa u mċajpra tal-personalità tar-raġel, bla dubju mmexxi mid-disinni dubjużi tal-gurus medjatiċi ta' dak iż-żmien fid-Dar Ċentrali. Imma huwa f 'dan il-volum fejn naraw id- dimensjonijiet differenti ta' Sant, prinċipalment dawk umani (fil-it mumenti fejn forsi jinża' it mill- armatura emozzjonali), imma anki ta' parteċipant fil-ħajja ta' nazzjon permezz tal-karigi varji tiegħu. Il-ktieb jinqara wkoll bħala manwal maniġerjali, kif żgur ispirat mill-istudji tiegħu Harvard, tant li anki jidwi jew jista' jkun kumpann lokali ta' xogħol bħall- bestseller What ey Teach You at Harvard Business School: My Two Years Inside the Cauldron of Capitalism (Penguin 2010). Jeħodna għal diversi vjaġġi, mhux biss dawk tas-safar personali jew fuq xogħol politiku, imma tul is- sehem tiegħu bħala konsulent maniġerjali f 'industrija Maltija li kienet għadha qed issib saqjha, u x'aktarx tinnegozja ma' dinja kapitalista avvanzata skont fehmiet inadegwati ta' awtarkija jew ta' qawmien tard mir-raqda kolonjali. Ix-xott hawnhekk isir sieħeb l-iskjett, permezz ta' riflessjoni dwar soluzzjonijiet proposti u mwettqa li mhux bilfors irnexxew, iżda li l-awtur jagħmel riflessjoni oġġettiva u jinkwadrahom fil-qafas ikbar tal-istorja u l-ekonomija internazzjonali, iżda anki fil- kuntest, f 'dan il-każ aktar kumpless għax mhux bilfors iddokumentat, tal-ewwel passi li ħadu l-industrija u l-ekonomija Maltija kif nafuha llum. Iċ-ċifri għerja jafu mbagħad jibdew jagħmlu sens, bħalma jibdew jiniehmu ġrajjiet li xbajna nisimgħuhom spjegati mil-lenti tan-narrattiva partiġġjana u tal- gwadann politiku. Fosthom, nagħtu każ, spjegazzjonijiet għala ċertu ħolmiet strambi Mintoani ma setgħux jirnexxu, minkejja kull prinċipju u intenzjoni – mir-riforma Universitarja sal-bulk buying - kif ukoll ix-xibka ta' relazzjonijiet bejn is-Soċjaliżmu la Maltija u grupp magħżul ta' kapitalisti u funzjonarju li għal żmien twil tista' tgħid qasmu r-riedni tal-pajjiż. Il-kwistjoni bħal dejjem, anki għaliex dan il-volum qed jiktbu rumanzier, hija n-narrattiva, l-istejjer li nagħżlu li nirrakontaw jew naqraw, il-ġrajiet li naqblu li għandna nemmnuhom, jew inkella dak li jispiċċa jsir id-dominanti u nispiċċaw bla ma nafu noħduh bħala fatt, anki jekk tkun inqabżet il-linja fina bejn ir-rakkont u l-ħrafa. Sant juri frankezza kbira dwar it-turbolenzi tat-tmeninijiet: xotta kemm trid, daqslikieku market survey ieħor, imma li tagħraf l-għeruq u l-protagonisti u li, minkejja li ma tħossx il-bżonn li tfittex raġunijiet hekk imsejħa profondi, ispirati jew mill-ħtieġa ta' intellettwaliżmu drammatiku, tolqot il-fatti saljenti b'ċarezza kbira u sjieda tal-fatti. Jagħraf, fil-fatt, li it takes two to tango, kif jgħidu, jew li l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn, u li l-vjolenza politika għandha bidu kemxejn aktar imbiegħed mili naħsbu, bil-partiti Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Alfred Sant