Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
17 kotba illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 Il-Malti ma jaħmlux lill-istramb, minn dak li jhedded li jaqbeż minn fuq is-sur sa min jixtieq jgħix ħajtu kif irid mingħajr ħadd ma jdejjaqlu għajnu. It-tieni volum ta' Confessions of a European Maltese (The Middle Years, SKS 2021) jara lil Alfred Sant jinfetaħ ftit aktar dwaru nnifsu biex anki nibdew nifhmu xi ftit aktar il-motivazzjonijiet wara dan il- persunaġġ sikwit enigmatiku għal bosta. Mark Vella jagħtina l-impressjonijiet tiegħu jirrekriminaw it-tortijet tal-imgħoddi ma' xulxin. Fl-istess ħin, ma jomgħodx il-fehma li n-Nazzjonalisti kienu effiċjenti għall- aħħar f 'kampanja ta' diżubbidjenza ċivili li kellha wkoll elementi ta' terroriżmu organizzat, iżda lanqas ma jinħeba wara l-fatt li l-Partit Laburista kien qed jgħix sew taħt id- dell tal-fazzjoni vjolenti ta' Lorry Sant u, forsi, anki b'kompliċità impliċita, hux attiva jew passiva mhuwiex ċar, ta' Mintoff. Din il-quċċata tintlaħaq bil-qtil ta' Raymond Caruana, fejn Sant u Marie-Louise Coleiro (Preca) kienu marru minnufih fuq il-post tad- delitt bħala d-delegazzjoni Laburista u raw b'għajnejhom id-dagħbien lejn fejn kien qed jersaq il-pajjiż. Hawnhekk ukoll joħroġ ta' stramb Sant: bniedem li jistmerr l-elementi vjolenti u li jipprendihom tant li jispiċċa ma jibżax minnhom, kif rajna fis-snin ta' wara. L-analiżi, nerġgħu ngħidu, tibqa' waħda xotta u fattwali, anki tendenzjuża, imma dan huwa mumenti fejn toħroġ l-umanità ta' Malti bħalna li, anki jekk mhuwiex se jdandan l-emozzjonijiet tiegħu kif ġieb u laħaq, qed jiem il-polz ta' dan il-mument epokali. Bl-istess mod, Sant jitgħarwen l-aktar f 'dan il- volum meta jitkellem dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' l-ex- martu u ma' bintu, fejn bla ġiġġifogu emozzjonali, iżda b'daqqiet verbali li jolqtu lil qarrej, jiddelinea fallimenti u biżgħat bħal ta' ħafna quddiem ir-responsabbiltà ġenitorjali u l-ħajja tal-koppja. Relazzjonijiet innegozjati b'maturità, anki jekk forsi b'wisq sangue freddo u analiżi bierda għal xi wħud, imma Sant ma jonqosx milli anki juri l-vulnerabbiltà tiegħu meta jsemmi kif dan il-mument tant intimu kien ġie mperreċ minn Daphne Caruana Galizia b'dettall skabruż għal dak li nistgħu b'rasna mistrieħa nsejħu assassinju sofistikat tal-karattru li jaħfer minnufih ilu nnifsu għaliex magħmul f 'isem ideal politiku dubjuż. Iktar milli ktieb ta' sorpriżi, dan jaf huwa ktieb ta' konfermi, fejn fl-aħħar in-naħa l-oħra tgħid tagħha bil-kwiet, u aħna bl-istess kalma nkunu nistgħu nixtarru u nirraġunaw. Sant jibqa' dejjem Sant: bniedem solitarju imma żgur li mhux imdejjaq waħdu, li jogħxa jara 'l Boston mgħarrqa fil-borra bih maqful fl-appartament tiegħu, fejn jista' jgawdi msakkra il- kotba u l-mużika għal qalbu sakemm jgħaddu l-vaganzi. Jew inkella, dak lil sid il-kera tiegħu l-Amerka dehritlu x'aktarx bħala tbissima sardonika r-reazzjoni ta' Sant għall-aħbar tal-attentat fuq Gerald Ford. U xi ngħidu għall-idea Santjana ta' party: maħduma b'reqqa daqs case study industrijali jew esperiment soċjoloġiku, fejn jitfa' f 'kamra balla nies m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin, u jħallihom jitħalltu megħjuna minn provvista tajba ta' xorb u ikel mielaħ. Jaf xorta tibqa' ma titħajjarx tmur festin għandu. Imma jaf ukoll tiem l-istramberija apparenti bħala mod ieħor kif jista' jkun il-bniedem, u anki mifred kemm-il darba neċessarju, speċjalment f 'kultura bħal tagħna, mill- kunfidenza żejda, jew inkella bħala l-wiċċ ximinddaqqiet neċessarju għas-serjetà u r-rispett. Stop the spread of infection Stay home if you are sick Wash your hands regularly Cover your coughs and sneezes