Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
03 illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 aħbarijiet L-Oppożizzjoni mistennija tieħu azzjoni fil-jiem li ġejjin jekk l-Ispeaker ma jiċċaqlaqx fuq Cutajar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Nazzjonalista mhu qed jeskludi ebda azzjoni fil- konfront tal-Ispeaker - lanqas bojkott tal-Parlament - hekk kif l-Oppożizzjoni tqis li minkejja qbil fil-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iċ-ċanfira li l-Parlament ta lid-Deputat Rosianne Cutajar ma kienet ċanfira xejn imma sempliċiment ġiet infurmata x'ġara u ma ġarax fil-Kumitat u kif dan wasal għal deċiżjoni fil-konfront tagħha. Din iċ-ċanfira kellha tkun fuq flus minn senserija - madwar €9,000 li Cutajar tgħid li ngħatawlha bħala rigal - li hi ma ddikjaratx fl-assi tagħha. Is-senserija kienet għal proprjetà fl-Imdina li kien se jixtri Yorgen Fenech, wara li kien sar magħruf li huwa sid 17 Black, bil- konvenju jaqa' mal-arrest tiegħu. Karol Aquilina - membru tal- Kumitat immexxi mill-Ispeaker - kien iddeksiva din l-ittra bħala xhieda "ta' falliment istituzzjonali." L-affarijiet iżda tgħaqdu aktar hekk kif Matthew Caruana Galizia bagħat ittra skjaċċanti li fiha lmenta dwar id-deċiżjoni tal-Ispeaker fuq Cutajar, b'Caruana Galizia jakkuża lill-Ispeaker illi għamel sforz "straordinarju" biex "jiddefendi Deputat li aċċettat tixħim... tixħim imħallas mill-persuna suspettat u issa akkużat bil-qtil ta' ommi." L-Ispeaker wieġeb lura bil- qawwi b'ittra ffirmata mill-avukat Ian Refalo li fiha qal li Caruana Galizia għandu jinforma ruħu qabel jagħmel ċerti allegazzjonijiet. Huwa qal ukoll li fl-interess "tad-demokrazija u l-Gvern Malti elett demokratikament l-Ispeaker beħsiebu jkomplu jwettaq dmiru skont il-Liġi." Fid-dawl ta' dan jidher li l-PN jinsab lest biex jagħmel pressjoni qawwija fuq l-Ispeaker tant li fi stqarrija nhar il-Ġimgħa huwa ddeskriva l-ittra lil Caruana Galizia bħala waħda "għal kollox inaċċettabbli f 'soċjetà demokratika" u wissa li sakemm l-Ispeaker Anġlu Farrugia "jibqa' jagħżel l-interessi tal-Gvern Laburista u mhux tal- pajjiż, kontra l-ġurament li ħa hu stess lejn il-poplu u r-Repubblika ta' Malta u l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, Malta ma tista' qatt taqbad it-triq għal riforma tant meħtieġa għat- tisħiħ tad-demokrazija." Il-gazzetta ILLUM intant staqsiet lill-Kelliem tal-PN x'passi oltrè iżda beħsiebha tieħu l-Oppożizzjoni u jekk hix lesta li tieħu azzjoni kontra l-Ispeaker, jew inkella ttela' mozzjoni ta' sfiduċja fih jew inkella hix lesta saħansitra tagħmel bojkott tal-Parlament jekk hi tħoss il- bżonn. Iżda r-risposta għal darba, tnejn kienet li "l-PN mhu jeskludi xejn." Sorsi differenti mill-PN sostnew iżda li fil-jiem li ġejjin - jekk l-Ispeaker ma jiħux hu stess il- passi neċessarji kontra Rosianne Cutajar - se jkun qiegħed jieħu passi neċesarji fil-konfront ta' Farrugia. Intant għada t-Tnejn l-għaqda Repubblika sejħet protesta sabiex Cutajar u Farrugia jirreżenjaw, protesta li għaliha l-PN mistenni li jattendi. Empowerment for Diversity Żur www.ncpe.gov.mt Jien inħoss li qed issir diskriminazzjoni kontrija. X'nista' nagħmel? IRRAPPORTA lill-NCPE. Aħna nistgħu ngħinuk! Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 9010 2295 7850 equality@gov.mt Il-kontenut ta' dan ir-reklam jirrappreżenta l-opinjoni tal-awtur biss u hija r-responsabbiltà tiegħu/tagħha biss. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni li fih. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), l-entità nazzjonali għall-ugwaljanza f'Malta, taħdem għal soċjetà Maltija ħielsa mid-diskriminazzjoni abbażi ta' Stħarriġ 1 tal-2019 li sar fost il-persuni LGBTIQ+ f'Malta sab li: 1 f'kull 5 persuna trans u intersesswali ġiet attakkata fiżikament jew sesswalment fil-ħames snin qabel l-istħarriġ 33% tal-persuni LGBTIQ+ li irrispondew ħassew li kienet saret diskriminazzjoni kontrihom f'diversi oqsma, bħal meta żaru xi kafé, ristorant, sptar jew xi ħanut 14% tal-persuni LGBTIQ+ irrappurtaw l-esperjenzi tagħhom ta' diskriminazzjoni lill-entita' tal-ugwaljanza jew xi organizzazzjoni oħra f'Malta 1. FRA, it-tieni Stħarriġ dwar LGBTI tal-UE - A long way to go for LGBTI equality (Għad baqa' ħafna xi jsir għall-ugwaljanza fost persuni LGBTI), 2020 Sess/ġeneru u responsabbiltajiet tal-familja Razza/oriġini etnika Età Reliġjon u twemmin Orjentazzjoni sesswali Identità tal-ġeneru/ Espressjoni tal-ġeneru/ Karatteristiċi sesswali Bernard Grech