Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
04 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Iffukajna ħafna fuq id-droga imma issa hemm bżonnijiet oħra li jridu jiġu indirizzati' KONSULTAZZJONI PUBBLIKA Agħti l-opinjoni jew is-suġġerimenti tiegħek dwar id-dokument li jipproponi investiment ta' €167 miljun. PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK 2023-2027 1. It-trawwim ta' settur agrikolu intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat, li jiżgura s-sigurtà tal-ikel f it-tul; 2. L-appoġġjar u t-tisħiħ ta' protezzjoni ambjentali, inkluż il-bijodiversità ul-azzjoni dwar il-klima, kif ukoll kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-klima u ambjentali tal-Unjoni, inklużi l-objettivi taħt il-Ftehim ta' Pariġi; u 3. Tisħiħ tan-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali. Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika minn: www.eufunds.gov.mt Ibgħat is-sottomissjonijiet tiegħek lil: consultationcapsp@gov.mt sal-10 ta' Diċembru, 2021. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK għal Malta 2023-2027 huwa programm kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea YENDRICK CIOFFI L-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Robert Brincau saħaq li l-akbar problema li kellu l-ħabs fl- aħħar snin kienet id-droga, iżda saħaq li filwaqt li tpoġġiet ħafna attenzjoni fuq din l-isfida, fil- ħabs hemm bżonnijiet differenti li issa jeħtieġ li jiġu indirizzati. Brincau qal dan f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM, it jiem biss wara li ħa f 'idu t-tmexxija tal- Faċilità Korrettiva ta' Kordin minn idejn Alex Dalli li ssospenda lilu nnifsu wara sensiela ta' artikli fuq it-tmexxija tiegħu, partikolarment minn din il-gazzetta u anke wara l-erbatax-il mewta li seħħet fil- ħabs fi żmien it-tmexxija tiegħu. Mistoqsi x'inhuma l-prijoritajiet tiegħu u l-ħidma li jixtieq iwettaq, Brincau poġġa ħafna enfasi fuq l-inkjesta ministerjali li għaddejja bħalissa fuq l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. "Qed nistennew ħafna proposti u se nkunu qed naħdmu fuqhom. Irridu nkomplu naħdmu fuq it-tajjeb li sar u nirranġaw fejn hemm bżonn," insista Brincau. "Din ir-riforma se tkun mira oħra li rridu nilħqu." Mistoqsi dwar l-isfidi ewlenin li jixtieq jindirizza, Brincau saħaq mal-ILLUM li l-ħabs mhuwiex biss droga. Fi kliemu hemm sfidi differenti li l-priġunieri jiffaċċjaw u għalhekk hemm bżonnijiet differenti li jeħtieġ jingħataw attenzjoni. Kien hawn li saħaq li fl-aħħar snin, anke għax il-problema kienet kbira, "ingħatat ħafna attenzjoni" lill-kwistjoni tad-droga iżda insista li ġaladarba din issa ġiet indirizzata, hemm bżonnijiet oħra li jeħtieġ jiġu indirizzati. "Ħafna mill-isfidi ġew indirizzati, fosthom id-droga. Imma issa wasal iż-żmien li nħarsu lejn aspetti oħra," insista. 'Lis-soċjetà rridu nagħtuha lura nies aħjar' Brincau qal li r-riforma mhux se tkun waħda faċli. "Kollha naqblu li r-riforma hija waħda diffiċli u żgur li ma tistax tkun one-size-fits all," kompla jisħaq. Insista li l-ewwel u qabel kollox, wieħed jeħtieġ iżomm f 'moħħu li l-ħabs huwa post ta' riforma. "Dak huwa xogħolna. Irridu nagħmlu l-almu kollu tagħna biex lis-soċjetà nagħtuha lura nies aħjar," insista l-Aġent Dirretur. 'Il-popolazzjoni tal-ħabs ... l-akbar sfida li għandna' L-ILLUM staqsiet lil Brincau jekk jinkwetahx il-fatt li l-popolazzjoni fil-ħabs hija kbira żżejjed meta wieħed iqis l-infrastruttura tal-ħabs. Il- kriminologu Saviour Formosa, kemm-il darba jitkellem dwar dan. "Inkunu qed nidħqu bina nfusna jekk ngħidu li din mhijiex waħda mill-akbar sfidi," insista Brincau. "L-infrastruttura diġà qed tingħata attenzjoni u ċert li r-riforma se tkun qed toħroġ aktar proposti dwar dan." Mistoqsi jekk jaqbilx mat-taħlit ta' priġunieri, partikolarment dawk li jkunu wettqu reati żgħar ma' dawk li jkunu wettqu reati ferm akbar, Brincau reġa' tenna li l-infrastruttura hija dik li hi. "Irridu naħdmu u nindirizzaw din l-isfida. Mhux faċli għax jista' jkollok priġunieri li jidħlu f 'aktar minn cluster wieħed u għalhekk ikollhom bżonn għajnuna differenti," saħaq Brincau. Insista li fil-ħabs hemm ħafna professjonisti u għalhekk iħalli f 'idejhom, għax fi kliemu ċert li dawn jafu kull persuna x'għajnuna jkollha bżonn. 'Ir-riforma mhijiex l-aħħar pass...' Anke jekk tkellem ħafna fuq ir-riforma tal-ħabs, li fi kliemu għandha tgħin ħafna għax qed tinħadem minn esperti, Brincau insista li din lanqas ma hija l-aħħar pass. "Inkunu qed nitilfu opportunità jekk ikollna riforma u ma nkomplux naħdmu fuqha. Din hija evoluzzjoni," saħaq Brincau. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- Aġent Direttur tal- Faċilità Korrettiva ta' Kordin Robert Brincau. Jisħaq li r-riforma fil-ħabs ma tistax tkun one- size-fits-all Inwaqqfu l-Ħniżrijiet f 'Kordin Alex Dalli u Randolph Spiteri, l-Assistent tiegħu, qed jippruvaw jagħlqu ħalq il- gazzetta ILLUM b'libell. Dawn jiswew il-flus. L-edituri u l-ġurnalisti għandhom bżonn is-sostenn tagħkom. Din mhijiex biss ġlieda tal-gazzetta ILLUM imma hija ġlieda favur id-dinjità umana u kontra l-ħniżrijiet li għaddejin f 'Kordin. Ibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom lill-gazzetta ILLUM. Tistgħu tagħmlu dan permezz ta' trasferiment fil-kont b'dawn id-dettalji: Benefiċjarju: MediaToday Company Ltd Bank:Bank of Valletta p.l.c. SWIFT Code:VALLMTMT IBAN: MT71VALL22013000000040013525383 jew inkella permezz ta' ċekk, indirizzat lil MediaToday Ltd, fuq dan l-indirizz: Mediatoday Ltd. Vjal ir-Rihan San Gwann, SGN9016. Il-gazzetta ILLUM għaddejja wkoll b'kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin- nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukom biex tibgħatu email fuq ycioffi@mediatoday. com.mt jew agcunningham@mediatoday.com.mt jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21382741/3 jew 21382745/6. L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan.