Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA" NOVEMBRU 2021 George Hyzler Żur ilma.org.mt għal aktar pariri siewja. SAQQI DEJJEM SKONT L-ISTAĠUN MATUL IL-ĦARIFA U X-XITWA, IL-PJANTI JKOLLHOM BŻONN INQAS TISQIJA. NAQQAS L-AMMONT TA' ILMA LI TAGĦTIHOM, U B'HEKK IL-PJANTI JGĦIXU IKTAR, U INT TIFFRANKA L-ILMA. Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Mitlub jgħaddi messaġġ lil dawk kollha li qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tal- ħabs, l-Aġent Direttur insista li huwa jemmen li s-soċjetà taqbel li jkun hemm faċilità korrettiva, anke għax, fi kliemu, din hija sistema użata fid-dinja kollha. "Li nikkritikaw il-faċilità korrettiva, inkunu it inġusti," saħaq Brincau. Saħaq li l-kwistjoni mhijiex waħda sempliċi u l-argumenti jiddependu mill-aspett li wieħed ikun qed iħares lejh. "Hemm il-vittmi, il- priġunieri, il-gwardjani, il- professjonisti u s-soċjetà. Dawn kollha rridu neħduhom inkonsiderazzjoni," saħaq. "Din hija faċilità korrettiva. Imbagħad hemm għodda u metodi li għandek tuża biex tassigura li taħdem." 'Se titkellmu ħafna miegħi' Fl-aħħarnett, il-gazzetta ILLUM irringrazzjat lil Brincau, għax fl-aħħar, il- midja qed ikollha opportunità li titkellem mad-direttur tal- ħabs. "Se titkellmu ħafna miegħi. Inħares 'il quddiem," temm jisħaq. X'ġara fl-aħħar ġimgħat? Fl-aħħar ġimgħat, il- gazzetta ILLUM segwit mill- qrib is-sitwazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Fost oħrajn, l-ILLUM tkellmet ma' diversi persuni, fosthom l-eks gwardjan Emmanuel Cassar, gwardjani oħra u anke eks uffiċjal tal-Gvern li żvelaw kif Alex Dalli ġieli hedded priġunieri bl-arma tan-nar li kien iżomm fuqu. Darba minnhom saħansitra aħar dwar dan quddiem Ministru. Eventwalment, Dalli ssospenda lilu nnifsu aktar kmieni dan ix-xahar meta priġunier ieħor għamel suwiċidju. Dan kien it-tielet każ ta' suwiċidju fil-ħabs din is-sena u l-erbatax-il mewta fi żmien it-tmexxija ta' Dalli. Wara l-istejjer tal-ILLUM, il-Pulizija sejħet għal xi nies u qed tinvestiga. Saħansitra, kif żvela l-ġurnalist Peppi Azzopardi, kien hemm priġunieri li għamlu l-qalb u talbu li jitkellmu mal-Pulizija. L-Ombudsman ukoll fetaħ investigazzjoni. Dan apparti li l-inkjesta ministerjali u diversi inkjesti maġisterjali oħra dwar imwiet li seħħew fil-ħabs. Intant, skont il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, l-inkjesta ministerjali mistennija tintemm fil- ħmistax li ġejjin, bir-rapport tagħha se jkun disponibbli għall-midja. Ta' min ifakkar ukoll li l-ILLUM kienet bagħtet diversi imejls b'mistoqsijiet lil Alex Dalli u saħansitra stednitu għal intervista. Kemm Dalli u anke l-Ministeru għall-Intern, dejjem injoraw l-imejls tagħna. L-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Robert Brincau