Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 YENDRICK CIOFFI Il-ħames distrett elettorali, li lejh se nkunu qed inħarsu llum, huwa wkoll wieħed pjuttost Laburist. Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali, jinnota kif il-Partit Laburista għamel progress iżda mill-banda l-oħra, il- Partit Nazzjonalista baqa' staġnat fejn kien. Din hija xejra li rajniha tirrepeti ruħha anke fl-erba' distretti elettorali oħra li rajna sa issa. F'temp ta' 14-il sena, il-Partit Laburista żied l-appoġġ tiegħu b'madwar 5% filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqashom. Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis- sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Wara l-ewwel distrett, illum imiss il-ħames distrett. Dan jinkludi lil Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Farruġ, il-Qrendi, Ħal Safi, iż- Żurrieq u Bubaqra. Fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, il-Partit Laburista naqqas bi ftit l-appoġġ tiegħu u l-Partit Nazzjonalista żied ftit voti. Anke jekk id-differenzi kienu minimi, bis- saħħa tagħhom, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jeleġġi mill-ġdid żewġ siġġijiet minn dan id-distrett. Fl-2017, il-Partit Laburista kiseb 15,259 vot. Dan ifisser li kiseb l-appoġġ ta' 65.73% ta' dan id-distrett. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 7,720 vot jew inkella 33.25% tal-voti. Joseph Muscat, dak iż-żmien Prim Ministru, kien ikkontesta fuq dan id- distrett u kif wieħed jista' jimmaġina, kaxkar fil-voti. Fil-fatt, Muscat kien elett minnufih fl-ewwel għadd bi 12,886 vot. Muscat kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u fl-elezzjoni każwali, kien elett Stefan Zrinzo Azzopardi. Minħabba l-fatt li Muscat ġab ammont kbir ta' voti, il-kandidati l-oħra Laburisti waqgħu ftit lura u għalhekk damu ftit aktar biex jiġu eletti. Owen Bonnici, Ministru għall- Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, ikkontesta l-elezzjoni fuq dan id-distrett u wiret ħafna mill-voti ta' Joseph Muscat. Huwa kien elett fit-23 għadd b'4,396 voti. Warajh, fit-23 għadd, kienet eletta Julia Farrugia Portelli bi 3,963 vot. Mill-banda l-oħra, Toni Bezzina kien l-ewwel Deputat li eleġġa l-Partit Nazzjonalista. Bezzina żied il-voti u kien elett fil-21 għadd b'4,016-il vot. It-tieni kandidat li eleġġa l-PN, anke jekk ma laħaqx il-kwota ta' 3,870 vot, kien Herman Schiavone. Huwa kien elett fit- 23 għadd bi 3,695 vot. Il-Partit Nazzjonalista, kif għamel fid-distretti l-oħra li rajna sa issa, ħareġ ammont konsiderevoli ta' kandidati fuq dan id-distrett, jiġifieri għaxra, bil-voti tan-Nazzjonalisti jinfirxu. Din id-darba fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ukoll Marlene Farrugia li kienet irriżenjat mill- Partit Laburista wara diversi skandli li ġew żvelati u kienet issieħbet fil- Forza Nazzjonali, immexxija mill-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Minn fuq dan id-distrett, Farrugia ma kinitx ġiet eletta. Il-Partit Laburista kien ħareġ 14-il kandidat fuq dan id-distrett. Fl-2013, il-Partit Laburista żied sostanzjalment l-appoġġ tiegħu fuq il-ħames distrett, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kompla jnaqqas l-appoġġ u spiċċa biex tilef siġġu. Il-Partit Laburista kiseb 16,201 vot jew inkella 66.93% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 7,689, jiġifieri kiseb l-appoġġ ta' 31.77% tal-votanti fil-ħames distrett. Għal darb'oħra, Karmenu Vella kien l-aktar kandidat popolari ta' dan id- distrett u kompla jżid il-voti. Fil-fatt, din id-darba huwa kiseb 5,231 vot u kien elett minnufih fl-ewwel għadd. Karmenu Vella, li kien inħatar Ministru għat-Turiżmu, kien irriżenja mill-Parlament Malti f 'Ottubru tal- 2014 meta nħatar Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi. Marlene Farrugia kienet eletta fis- sbatax-il għadd b'4,993 vot. Elett ukoll f 'isem il-Partit Laburista, kien Joseph Sammut. Huwa kiseb 4,623 vot u ġie elett fit-tmintax-il għadd. Kif spjegat it qabel, din is-sena, il- Partit Laburista eleġġa wkoll ir-raba' Deputat tiegħu, jiġifieri lil Edward Scicluna. Din kienet l-ewwel darba li Scicluna kkontesta Elezzjoni Ġenerali hekk kif fis-snin ta' qabel kien elett u serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew. Scicluna kien elett fid-dsatax-il għadd wara li kiseb 4,087 vot. Eventwalment, huwa kien maħtur minnufih Ministru għall-Finanzi. Din id-darba, isem Franco Debono ma kienx fuq il-lista għax kien għadu kemm kisirha minn mal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar it xhur tal- leġiżlatura. Il-Partit Nazzjonalista eleġġa biss Deputat wieħed minn dan id-distrett, jiġifieri lil Toni Bezzina. Huwa kien elett fl-għoxrin għadd bi 3,961 vot. Dik is-sena, fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista fil-ħames distrett kien hemm ukoll Jason Azzopardi u l-Ewroparlamentari David Casa. Fl-ewwel għadd, Azzopardi kien kiseb 2,041 vot filwaqt li Casa kiseb biss 786 vot. Il-Partit Nazzjonalista kellu 13-il kandidat filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu seba' kandidati jikkontestaw f 'ismu. 2013: Il-Partit Laburista jżid l-appoġġ u l-PN jitlef it-tieni siġġu 2017: Il-Partit Laburista jnaqqas ftit appoġġ u l-PN jeleġġi mill-ġdid żewġ Deputati L-aktar kandidati b'saħħithom tal-ħames distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 66.93% 31.77% PL PN 65.73% 33.25%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021