Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Metsola: Ċans tajjeb li ssir il-President imma X'inhu l-irwol tal-President tal-Parlament Ewropew? U x'inhu l-irwol tal-Parlament innifsu? U x'inhuma x-xenarji li jafu jaraw lil Metsola tirbaħ jew titlef? ALBERT GAUCI CUNNIMGHAM Din il-ġimgħa fuq fomm bosta kienet Roberta Metsola li ġiet magħżula mill-Partit Popolari Ewropew biex tkun il-kandidata tal-istess partit għall-ogħla kariga fil- Parlament Ewropew. Il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn il-kariga li Metsola tixtieq li tokkupa u kif tintgħażel il-persuna, l-istituzzjoni li tmexxi kieku tintagħżel hi kif ukoll ftit informazzjoni dwar ix-xenarji differenti li jistgħu jirriżultaw fil-vot għall- President il-ġdid. X'inhu l-irwol tal-President? Mela nibdew bl-irwol tal- President tal-Parlament Ewropew. Dan iżomm din il- kariga dejjem għal sentejn u nofs - jiġifieri kieku kellha tiġi eletta Metsola, din tieħu l-kariga f 'Jannar tal-2022 sa Ġunju 2024, meta jerġgħu jsiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Dawn is-sentejn u nofs jirrapreżentaw nofs il- leġiżlatura, jiġifieri f 'leġiżlatura waħda jkun hemm żewġ Presidenti. Dak kurrenti huwa David Sassoli. Il-President jirrapreżenta lill- Parlament Ewropew f 'laqgħat u appuntamenti mad-dinja, kif ukoll tirrapreżenta l-pożizzjoni li jkun ħa l-Parlament ma' istituzzjonijiet Ewropej oħrajn, bħall-Kummissjoni Ewropea u anke l-Kunsill Ewropew. Fil-bidu ta' kull laqgħa tal- Kunsill - jiġifieri dik il-laqgħa li fiha jiltaqgħu l-mexxejja jew Ministri tal-Istati Membri, il- President juri x'inhi l-opinjoni tal-Parlament dwar il-materja li se tiġi diskussa filwaqt li jesprimi t-tħassib li jista' jkun hemm fuq il-kwistjoni partikolari. Wara li jkun adottat il-Baġit tal-UE, il-President jiffirmah u jagħmlu operazzjonali. Kieku Metsola tkun eletta hija tkun trid tiffirma kull att li jkun adottat mill-Parlament, flimkien mal-President tal-Kunsill. Imma xogħol il-Parlament Ewropew x'inhu eżatt? Nitkellmu ħafna fuq il- Parlament Ewropew u fl-aħħar xhur din il-gazzetta rrappurtat ħafna dwar din l-istituzzjoni, imma forsi ma fehemniex biżżejjed x'inhu eżatt l-irwol ta' din l-istituzzjoni li Metsola jaf tkun qed tmexxi ftit ġimgħat oħra biss. Fil-qosor, il-Parlament għandu tliet irwoli kruċjali. L-ewwelnett l-irwol leġiżlattiv u allura dak li jgħaddi liġijiet, flimkien mal-Kunsill Ewropew, ibbażat fuq proposti tal- Kummissjoni Ewropea. Il-Parlament jiddeċiedi wkoll dwar ftehim internazzjonali, dwar tkabbir tal-UE kif ukoll jipproponi leġiżlazzjoni ġdida lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Parlament jieħu wkoll l-irwol ta' superviżjoni u skrutinju tal-istituzz- jonijiet ewropej, fil- waqt li għandu l-irwol li jeleġġi l-President t a l - K u m m i s s j o n i - jew inkella għan- du wkoll il-poter li jiċċensura jew iġiegħel lill-istess Kummissjoni tir- reżenja. Il-Parlament jiddiskuti petizzjonijiet u inkjesti li jsiru - per eżempju petizzjoni li qabdet ħafna art u li ġiet diskussa quddiem il-Parlament kienet dik kontra t-trobbija tal-annimali fil-gaġġeġ (End the Cage Age). Finalment il-Parlament Ewropew għandu d-dritt ukoll li josserva numru ta' elezzjonijiet u jara li dawn qed isiru b'rispett lejn ir-regoli demokratiċi. It-tielet irwol tal-Parlament huwa dak baġitarju, jiġifieri li jistabbilixxi l-baġit innifsu u japprovah. U kif kieku tiġi eletta Metsola? Naturalment issa li nafu illi Metsola hija l-magħżula tal-Partit Popolari Ewropew, tajjeb naraw kif jiġi elett il-President. Il-President il-ġdid jinħatar bil-vot tal- Membri Parlamentari Ewropej. Sa mis-snin 80 il-Partit Popolari Ewropew (EPP) u l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) - l-akbar żewġ partiti fil-Parlament Ewropew -

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021