Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis- sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Illum imiss is-sitt distrett elettorali, li jinkludi t-tliet lokalitajiet kbar ta' Ħal Luqa, Ħal Qormi u s-Siġġiewi. Ħal Luqa u Ħal Qormi huma lokalitajiet magħrufa li fihom wieħed isib appoġġ qawwi għall-Partit Laburista, bis-Siġġiewi jibbilanċja xi it jew wisq dan id-distrett. Anke f 'dan id-distrett, simili għal dak li rajna fil-ħames distretti l-oħra, f 'temp ta' 14-il sena, il-Partit Laburista żied l-appoġġ tiegħu filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa' tista' tgħid staġnat fl-istess ilma. Minkejja l-isforzi kollha li għamel il-Partit Nazzjonalista, fuq livell nazzjonali u anke fis-sitt distrett, l-appoġġ tiegħu baqa' fejn kien. Kif rajna sa issa fid-distretti l-oħra, anke fis-sitt distrett, il-Partit Nazzjonalista ħareġ numru rekord ta' kandidati iżda dan ma ssarrafx f 'aktar voti għalih. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kiseb 39.71% tal-voti (9,164 vot) u l-Partit Laburista kiseb 13,717-il vot (59.44%). Ovvjament, din id-darba, ma kienx hemm isem Marie-Louise Coleiro Preca mal-kandidati Laburisti. Mar tajjeb immens Silvio Schembri, anke jekk sa issa kien għad ma għandu l-ebda kariga uffiċjali fil-Kabinett. Schembri qabeż minnufih il- kwota u kien l-uniku kandidat f 'dan id-distrett li ġie elett fl-ewwel għadd. Huwa kiseb 3,950 vot. Silvio Schembri kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u minfloku kienet ġiet eletta Rosianne Cutajar. Għall-ewwel darba, ikkontesta wkoll Robert Abela, illum Prim Ministru, li fl-ewwel għadd kien it voti biss 'il bogħod mill-kwota. Madanakollu huwa kien elett fl-14- il għadd b'4,222 vot, wara li wiret diversi voti tal-kandidati li bdew jaqgħu. Il-Partit Laburista eleġġa wkoll lil Roderick Galdes. Huwa ġie elett fis- 17-il għadd bi 3,375 vot. Għall-Partit Nazzjonalista, din id- darba, Ryan Callus qalibha lil Clyde Puli. Fl-ewwel għadd kien diġà kiseb aktar minn 3,000 vot, filwaqt li Puli kiseb 2,556 vot. Eventwalment Callus ġie elett fit- 12-il għadd u ġie elett b'4,570 vot, filwaqt li Puli ġie elett fis-16-il għadd b'5,115-il vot. Fl-2017, il-Partit Laburista kellu sitt kandidati u l-Partit Nazzjonalista ħdax-il kandidat. Kif rajna fl-aħħar ħames ġimgħat, f 'din l-elezzjoni, anke jekk ħareġ ħafna kandidati, il-PN it kellu kandidati ta' stoffa li attiraw il-voti. Dan għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, li l-kandidati tiegħu kienu kollha kemm huma popolari. Apparti dawk li semmejna u li ġew eletti, kien hemm ukoll Gavin Gulia u għal darb'oħra Ian Borg, li din id- darba kiseb 1,528 fl-ewwel għadd, mis-sitt distrett. Hu kien ġie elett fis- seba' distrett kif se naraw il-ġimgħa d-dieħla. Fl-2013, l-appoġġ għall-Partit Laburista fuq livell nazzjonali żdied drastikament u l-istess ġara fis-sitt distrett. Din id-darba, il-PL, issa mmexxi minn Joseph Muscat, kiseb l-appoġġ ta' 59.32% fis- sitt distrett, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb l-appoġġ ta' 39.72% tal-votanti. Dawn il-persentaġġi jissarfu fi 13,934 vot għall- Partit Laburista u 9,330 vot għall-Partit Nazzjonalista. Għal darb'oħra, l-aktar kandidata popolari kienet Marie-Louise Coleiro Preca li kienet il-preferuta ta' 5,707 votanti. Il-kwota kienet ta' 3,916-il vot u għalhekk Coleiro Preca kienet eletta mal-ewwel għadd. Coleiro Preca kienet irriżenjat minn Ministru u minn Deputat Parlamentari hekk kif inħatret President ta' Malta. Postha, fl-elezzjoni każwali, kien ħadu Charles Mangion li fl-2013, għall-ewwel darba ma kienx ġie elett. Mar minn taħt hekk kif il-votanti Laburisti pprefew kandidati aktar żgħażagħ u uċuh ġodda. Fil-fatt, it- tieni l-aktar kandidat Laburista popolari kien Silvio Schembri, li fl-ewwel għadd kien diġà kiseb 2,823 vot. Schembri kien elett fis-17-il għadd bi 3,829 vot. Warajh, fl-istess għadd, kien elett Roderick Galdes bi 3,511-il vot, it voti inqas mill-kwota. Din id-darba, għall-Partit Nazzjonalista ma kienx hemm isem John Dalli u mar minn fuq Clyde Puli, li kien għadu kemm serva bħala Segretarju Parlamentari. Fl-ewwel għadd, Puli kiseb 3,537 vot, it għexieren ta' voti 'l bogħod mill-kwota. Eventwalment huwa kien elett fit-12-il għadd b'4,151 vot. Anke jekk fl-ewwel għadd ma ġabx voti daqs Puli, popolari wkoll kien il-kandidat frisk Ryan Callus. Bis-saħħa tal-wirt, kien elett b'aktar voti minn Clyde Puli. Fil-fatt huwa kien elett fis-16-il għadd b'5,312-il vot. Iżda din id-darba, ġara fatt interessanti li wassal biex il-PN, minkejja li naqqas ħafna l-appoġġ tiegħu f 'dan id-distrett, eleġġa t-tielet Deputat minn dan id- distrett, tard fil-leġiżlatura, jiġifieri fl-2016. Dan wara li l-Qorti Kostituzzjonali tal-Appell kienet tat żewġ siġġijiet oħra lill-Partit Nazzjonalista wara rikors li kien tressaq mill-PN u minn Claudette Buttigieg, Frederick Azzopardi u Edwin Vassallo. L-argument tal-Partit Nazzjonalista kien li fit-8 u t-13-il distrett ma kinitx ġiet irrispettata r-rieda tal-votanti, meta kien sar żball fl-għadd tal-voti. Il- PN kien saħaq li l-iżball kien wassal biex minflok kienu eletti Buttigieg u Azzopardi, ġew eletti Edward Scicluna u Justyne Caruana. Wara li l-Qorti tat raġun lill-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali kienet iddikjarat eletti lil Edwin Vassallo u lil Peter Micallef, kandidat tas-sitt distrett. Lura għall-elezzjoni tal-2013, kemm il-Partit Nazzjonalista u anke l-Partit Laburista kellhom disà kandidati. Fost oħrajn, fuq il-lista tal-kandidati Nazzjonalisti kien hemm isem David Casa u erese Comodini Cachia, u f 'dik tal-Partit Laburista kien hemm Ian Borg. Fl-ewwel għadd David Casa kiseb 683 vot, erese Comodini Cachia kisbet 846 vot u Ian Borg kiseb 641 vot. 2013: Jiżdied drastikament l-appoġġ għall-PL; Il-PN jeleġġi t-tielet kandidat wara ġlieda fil-Qorti 2017: L-ebda avvanz għall-Partit Nazzjonalista minkejja li kellu d-doppju tal-kandidati tal-PL Is-sitt kandidati l-aktar popolari fis-sitt distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali MLP PN 59.32% 39.72% MLP PN 59.44% 39.72%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021