Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Fil-laħam il-ħaj Qatt ma ħsibt li se nikteb dwar ktieb tal-kċina, imma ħabat tajjeb li kont ehemt mal-gazzetta u mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li dil-paġna nerġgħu ngħammduha Kotba u mhux Letteratura. Anki għaliex l-għerf u l-għarfien mill- kitba jistgħu jiġu wkoll minn xogħlijiet mod ieħor, u mhux biss kotba b'apirazzjonijet hekk imsejħa elevati. Mhux għax il-kċina mhijiex suġġett ta' importanza, saħansitra soċjali: l-ikla fqajra Maltija għandha tradizzjoni relattivament żgħira imma interessanti ta' kotba u studji li jmorru lil hinn mis-sempliċi elenku ta' riċetti, u li jtellgħu l-ikel u n-nutrizzjoni għal lenti fuq is-soċjetà u d-drawwiet tagħha. Daniel Pisani nistgħu ngħidu li huwa l-aħħar tarġa riċenti f 'din l-elevazzjoni, fejn il-ktieb tiegħu mhuwiex biss riċettarju iżda wkoll stqarrija ideoloġika f 'waqtha kontra l-konsum sfrenat tal-ikel industrijali u ppakkeġġjat kif iddettat mir-ritmi ma jaqtgħu xejn tal-kapitaliżmu feroċi. Il-passjoni li smajt jien u nintervistah tinstab daqstant qawwija fid-daħla għall-ktieb, fejn Pisani jagħti l-istorja tiegħu ta' kif mexa lejn il-veġeterjaniżmu u l-veganiżmu, tant li daħal, l-aktar waqt il-pandemija, għall- produzzjoni minn fuq s'isfel ta' volum meraviljuż li għandu jkun fil-kċina ta' kull wieħed u waħda minna. Aktar minn hekk, din mhix konverżjoni b'kapriċċ, imnebbħa mill-modi u x-xejriet, jew imsejsa fuq fehmiet arkani u astratti. Hija konverżjoni kważi-Damaxxena daqs ta' San Pawl: Pisani ma jaqax minn fuq żiemel mgħammex minn dawl qawwi, iżda jitwieled u jitrabba f 'familja tan-negozju li tixtri l-annimal mejjet biex imbagħad tipproċessah u tippakkeġġjah għall-konsum tal-massa. X'aktarx ilkoll iltqajna mal- prodotti tagħhom waqt li qed nixwu għal xi barbecue, fuq gradilja tikwi ma tistax tlaħħaq mal-borġ burgers, zliezet u koxox tat-tiġieġ mitfugħa bl-addoċċ fuqha. Il-griljata, drawwa li xorta waħda tinstab fil-Mediterran, imma x'aktarx b'ikel differenti u miġjub minn sorsi oħrajn, u mhux il-verżjoni Amerikana-Awstraljana li donna addottajna, fejn l-aġġeġġ tax-xiwi, li jekk tarah taħt dawl il-qamar tistħajlu xi strument medjavali għat-tortura, jservi wkoll bħala estensjoni maċista tal-kap tax-xiwja ixejjer il- furkettun f 'idu. Pisani, imrobbi s-Swieqi fil- ġenn urban tal-periferiji tan- naħa ġewwiena tal-Port, jistudja l-informatika, jaħdem f 'uffiċju bħal kull min studja bħalu, u jara b'regolarità l-karkassi tal-ħnieżer, il-baqar u l-ħrief jitqattgħu, lesti mill-qatla li b'xorti tajba ma rahiex. Sakemm jum minnhom, minn skipp tal-ħadid, bħal dawk li jużaw għall-iskart tal-ġebel, jixirfu l-għajnejn mejta imma ħajjin f 'ħarsithom simbolika, tal-bqija tal-ħnieżer li ma kienx għad fadlilhom użu. Pisani jispiċċa eventwalment jitlaq mix-xogħol, jibda jaħdem part-time f 'farm, sakemm jispiċċa jgħix fuqha u tibda l-ħolma tiegħu. L-eżempju jkaxkar. Pisani kien xettiku dwar l-eliminazzjoni tal- laħam minn ħajtu, u kellha tkun il-persistenza ġentili ta' tnejn minn sħabu li fl-aħħar ġegħlitu jara d-dawl u forsi jaqa' f 'daqqa minn fuq iż-żiemel Pawlin. Ikellimni dwar kif l-ikel huwa marbut tant sfiq mal-ħajja, b'dak li ndaħħlu ġo fina li jsir parti minnha u mill-kompożizzjoni ġenetika tagħna. Mill-pjanta tieħu l-benna tal-art, u mil-laħma pproċessata u mgeżwra f 'pakkett ilellex, tieħu l-ormoni u l-kimika meħtieġa għall-preżervazzjoni fit-tul, imma x'aktarx ukoll tal-kefrija tal-bniedem biex iwassallek dil-ħaġa mejta fuq il- platt. Pisani għalhekk jirrakontali wkoll dwar il-bidliet li seħħew b'ħajtu bis-saħħa ta' din il- konverżjoni. Il-piż li fl-aħħar qagħad, mhux daqqa tiela' u daqqa nieżel, il-kontribut għas-saħħa mentali, l-enerġija mġedda li qalgħetu minn fuq is-sufan, ħarġitu mill-belt, u issa żżommu jterraq bejn l-Imġarr, il-Mellieħa u Għawdex. Imma minkejja dan li donnu seħer, bħallikieku maġija wara li tibla' l-eliżir tal-ħajja ideali, dan proġett li jaf jintemm b'togħma qarsa. Jgħidli, fil-fatt, li dal- ktieb iħossu bħala tribut għal ħajja li qed taħarbilna minn idejna, mehdija kif sirna bil- ġirja wara l-flus u l-akkwist, li Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021