Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum KONSULTAZZJONI PUBBLIKA Agħti l-opinjoni jew is-suġġerimenti tiegħek dwar id-dokument li jipproponi investiment ta' €167 miljun. PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK 2023-2027 1. It-trawwim ta' settur agrikolu intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat, li jiżgura s-sigurtà tal-ikel f it-tul; 2. L-appoġġjar u t-tisħiħ ta' protezzjoni ambjentali, inkluż il-bijodiversità ul-azzjoni dwar il-klima, kif ukoll kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-klima u ambjentali tal-Unjoni, inklużi l-objettivi taħt il-Ftehim ta' Pariġi; u 3. Tisħiħ tan-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali. Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika minn: www.eufunds.gov.mt Ibgħat is-sottomissjonijiet tiegħek lil: consultationcapsp@gov.mt sal-10 ta' Diċembru, 2021. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK għal Malta 2023-2027 huwa programm kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Said u Camilleri fuq quddiem... Il-Labour PL 39.44% PN 33.43% ADPD 1.20% Ma Nafx 11.81% Ma nivvutax 11.71% Bla tweġiba 2.40% Kieku ssir elezzjoni llum lil min tivvota? (13-il distrett) SONDAĠĠ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Kelliema għal Għawdex għall-Partit Nazzjonalista Chris Said jinsabu fuq quddiem fit-tiġrija elettorali f 'Għawdex u jaqtgħu lil ħafna mill-kompetituri tagħhom b'persentaġġ konsiderevoli wkoll. Dan jirriżulta minn sondaġġ li sar minn Polar - il-Unit tas-Sondaġġi ta' Mediatoday - fost l-Għawdxin. Fil-fatt mistoqsijin lil min jafdaw l-aktar mill-kandidati f 'dan id-distrett 24.8% semmew lil Camilleri - bl-aktar li jissemma jkun fost dawk tal-etajiet ta' bejn it-30 u d-39 sena (33%) u wara fost dawk bejn 50 u 59 sena (31.3%). Warajh hemm Said, li jikseb il-fiduċja ta' 14% - bl-aktar li jafdawh ikunu dawk ta' bejn 70 u 79 sena (26.6%) u dawk bejn il-21 u 29 sena (18%). Fost dawk li qalu li vvutaw lill- Partit Laburista fl-2017, 46.2% qalu illi jafdaw l-aktar lil Camilleri, filwaqt illi 0.4% tal-votanti Laburisti fl-2017 qalu li jafdaw l-aktar lil Said. Minkejja li allura l-PL jidher li qed jitlef ammont żgħir ta' voti, jekk indawwru x-xenarju insibu li 5.1% ta' dawk li vvutaw lill- Partit Nazzjonalista fl-2017 illum jafdaw aktar lil Clint Camilleri. Dan filwaqt li 31.3% jafdaw l-aktar lil Chris Said. Camilleri jikkmanda l-aktar fiduċja fost dawk b'edukazzjoni sekondarja (32.4%) u post-sekondarja (31.1%) filwaqt li Said jikseb l-aktar fiduċja fost ...iżda ż-żgħażagħ u dawk b'edukazzjoni terzjarja huma l-aktar indeċiżi dwar il-kandidati u allura jaf jibdlu l-affarijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021