Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 jaqbeż lill-PN b'6% f'Għawdex Kevin Cutajar Claudette Buttigieg Alex Borg Justyne Caruana Anton Refalo Chris Said Clint Camilleri 0.5% 0.9% 2.8% 3.5% 5.5% 14% 24.8 F'liema kandidat/a għandek l-aktar fiduċja? SONDAĠĠ dawk b'edukazzjoni primarja (27%). Refalo u Justyne għadhom f 'pożizzjoni li jiġu eletti Sal-aħħar elezzjoni l-aktar kandidat popolari kien il- Ministru (illum tal-Biedja) Anton Refalo li kien kiseb 4,853 vot fl-ewwel għadd, b'Justyne Caruana warajh b'3,189 vot fl- Ewwel Għadd. Camilleri kien it- tielet Deputat li tela' minn dan id-distrett u kien kiseb 2,466 vot. Jidher iżda li l-kariga ta' Ministru għal Għawdex lil Camilleri bidlet ix-xenarju, b'Refalo u Caruana jaqgħu lura imma xorta biċ-ċans komdu li jiġu eletti jekk iżommu max- xejra ta' dan is-sondaġġ u jekk il- Partit Laburista jżomm it-tielet siġġu f 'Għawdex. Camilleri probabbilment huwa mgħejjun mill-fatt ukoll li huwa l-Ministru responsabbli mill-kaċċa fuq distrett fejn hemm numru konsiderevoli ta' kaċċaturi, tant li Għawdex kien meqjus kruċjali biex intrebaħ ir-referendum mill-kaċċaturi fl-2015. 3.5% semmew lil Caruana u 5.5% semmew lil Refalo f 'termini ta' fiduċja, b'6.7% tal-votanti Laburisti fl-2017 f 'Għawdex jgħidu li jafdaw lil Caruana u 9.1% isemmu lil Refalo. Tajjeb ninnutaw wkoll li Refalo, bħal Camilleri, jakkwista wkoll persentaġġ żgħir imma notevoli ta' voti Nazzjonalisti fl- 2017 (2.7%). Alex Borg - Mix-xejn għal fuq quddiem? Ftit żmien ilu, ftit kienu jafu b'Alex Borg għalkemm ħafna f 'Għawdex kienu jafu b'missieru li kien qrib u kien jaħdem ukoll mal-eks Ministru Giovanna Debono. Borg jissemma' minn 2.8% tal-parteċipanti li wieġbu, imma notevoli l-fatt li huma 5.9% tal- votanti Nazzjonalisti fl-2017 li qalu illi jafdaw lilu, li allura jpoġġih fi-tieni post u fdat tliet darbiet iktar fost votanti PN minn Claudette Buttigieg (2%). Dan allura jindika li jekk iżomm ma' din ix-xejra sal-elezzjoni Borg jidħol fiċ-ċans li jirbaħ it- tieni siġġu tal-PN fuq Għawdex. Jekk kemm-il darba l-PN jerġa' jirbaħ it-tielet siġġu f 'dan id-distrett li għal ħafna snin kien ixaqleb sew lejn il-PN, jidħlu fiċ-ċans Claudette Buttigieg li għandha għeruqha f 'Għawdex u d-Deputat kurrenti Kevin Cutajar. Iż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni terzjarja jistgħu jbiddlu kollox! Minkejja li x-xejriet huma ċari allura, speċjalment fejn jirrigwarda l-aktar żewġ kandidati popolari, persentaġġ qawwi ta' Għawdxin għad ma għandhomx kandidat preferut. Fil-fatt kienu b'kollox 47.3% li qalu illi ma għandhomx kandidat preferut jew ma kinux jafu kif se jwieġbu l-mistoqsija jew qalu li ma jafdaw lil ħadd, bl-ogħla persentaġġi jkunu fost iż-żgħażagħ u dawk b'edukazzjoni terzjarja. Fil-fatt fost dawk bejn 16 u 20 sena, li porzjon minnhom se jkunu qed jivvutaw għall-ewwel darba 76.2% ma semmewx kandidat preferut, filwaqt li fost dawk b'edukazzjoni terzjarja dan il-persentaġġ huwa ta' 61%. Dan juri allura li fejn jirrigwarda kandidati ż-żgħażagħ u dawk b'edukazzjoni terzjarja jafu jbiddlu ħafna mil-logħba, speċjalment fejn jirrigwarda l-aħħar tliet siġġijiet Parlamentari li jeħtieġ jiġu eletti. Il-Labour minn fuq b'6% imma ħafna indeċiżi jew ma weġbux Intant il-Partit Laburista jinsab minn fuq f 'dan id-distrett b'mod pjuttost komdu sa issa. Fil-fatt kienu b'kollox 39.4% tal- parteċipanti f 'dan is-sondaġġ li qalu illi kieku ssir elezzjoni ġenerali llum jivvutaw lill-Partit Laburista. Dan filwaqt li 33.4% qalu illi jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista - li jfisser distakk ta' 6%. Minkejja dan iżda, għad hemm kważi 26% li qalu li ma jridux jivvutaw, ma jafux lil min jivvutaw jew li ma weġbux. Dawn jinqasmu hekk: 11.9% wieġbu 'Ma nafx', 11.7% wieġbu 'Ma nivvutax' u 2.3% ma wieġbux. Metodoloġija: Dan is-sondaġġ sar bejn nhar il-Ħamis 4 ta' Novembru u l-Ġimgħa 12 ta' Novembru 2021 u pparteċipaw fih 622 persuna. Il-persuni kienu magħżulin b'mod li dan il- kampjun jirrapreżenta l-etajiet u ġeneri differenti. In-numri wżati kienu kemm tal-linja fissa u anke fuq numri tal-mowbajls.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021