Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 Sospiżi l-adozzjonijiet mill-Ghana; 12-il familja f'limbu YENDRICK CIOFFI Tnax-il familja li qed jistennew biex jaddottaw trabi jew tfal mill- Ghana jinsabu fil-limbu meta ħabta u sabta l-Gvern issospenda l-adozzjonijiet kollha minn dan il-pajjiż. Sorsi għolja fil-Gvern saħqu mal-gazzetta ILLUM li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Ministeru għall- Affarijiet Barrani u Ewropej, anke wara riżervi mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta fil-Ghana minħabba rapporti li dehru fuq midja internazzjonali dwar traffikar tal-bnedmin. L-ILLUM hija infurmata b'każi ta' diversi familji li kienu waslu fl-aħħar parti tal-proċess biex jaddottaw minn dan il-pajjiż. Uħud minnhom saħanistra diġà ħalsu eluf ta' ewro. Rapporti internazzjonali 'inkwetanti' Intant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo biex tiem aħjar għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni. Bartolo saħaq li hemm ħafna rapporti internazzjonali "inkwetanti" ta' abbuż mis-sistema tal-addozzjoni għat-traffikar tat- trabi. "Ingħatajna parir li għalissa nwaqqfu l-adozzjonijiet mill- Ghana bħal ma għamlu pajjiżi oħra," insista l-Ministru, anke jekk ma tax aktar dettalji dwar in-natura ta' dawn ir-rapporti. Il-gazzetta ILLUM bagħtet aktar mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Affarijiet Barrani u fost oħrajn staqsiet x'qed jistennew l-awtoritajiet u x'se jiddetermina t-tneħħija ta' din il-projbizzjoni. Il-Ministeru wieġeb biss hekk: "Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej issospenda temporanjament l-adozzjonijiet mill-Ghana fuq rakkomandazzjoni tal-Awtorità tal-Istandards għall- Ħarsien Soċjali. Fakkar li din hija l-awtorità li fl- aħħar mill-aħħar hija responsabbli għad-deċiżjoni finali dwar minn liema pajjiżi jistgħu jsiru l-adozzjonijiet. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM bagħtet ukoll sett ta' mistoqsijiet lill-Awtorità fejn fost oħrajn staqsiet aktar dettalji dwar ir-raġuni wara din ir- rakkomandazzjoni u anke x'qed tistenna qabel tippermetti li l-adozzjonijiet mill-Ghana jkunu jistgħu jkomplu. Kemm lill-Ministru u anke lill-Awtorità, il-gazzetta ILLUM staqsiethom ukoll jekk il-pariri humiex ibbażati biss fuq rapporti tal-midja jew inkella kienx hemm rakkomandazzjonijiet ta' istituzzjonijiet internazzjonali u uffiċjali. Tobba, infermiera u qwiebel: Jisirqu t-trabi eżatt malli jitwieldu biex jitraffikawhom Dwar din il-mistoqsija għadna bla tweġiba iżda l-Ministru Bartolo rreferina għal żewġ artikli, ippubblikati f 'Jannar 2021 fuq midja internazzjonali, inkluż il- BBC. Ir-rapporti jitkellmu dwar l-arrrest ta' membri ta' grupp li kienu jrabbu t-tfal biex imbagħad jittraffikawhom. Huma nkixfu meta investigaturi kienu ppużaw ta' persuni li riedu jaddottaw, bil-grupp ibigħilhom żewġt itrabi għal madwar $5,000 kull tarbija. Il-persuni arrestati kienu jinkludu żewġ tobba, erba' infermiera, żewġ ommijiet, żewġ ħaddiema soċjali u qabla. Jidher li dawn kienu jaħdmu f 'faċilitajiet tas-saħħa u saħansitra kienu jgħidu lill-ommijiet, li jkunu għadhom kemm welldu, li t-tarbija tagħhom kienet mietet, ovvjament biex jisirqu t-trabi. Huma kienu jħeġġu wkoll ommijiet, li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jrabbu, biex ibiegħulhom it-trabi. Eventwalment dawn kienu jrabbuhom sakemm ibiegħuhom. Il-Ministru Evarist Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021