Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Il-każi jiżdiedu u l-Omicron iċ-ċirasa fuq il-kejk! Xi jmiss issa? Il-gazzetta ILLUM iddur dawra madwar l-Ewropa hekk kif ftit ġimgħat biss qabel il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ħafna pajjiżi kienu kostretti jdaħħlu restrizzjonijiet ġodda minħabba ż-żieda fil-każi. Biex tgħaxxaq issa tfaċċa l-varjant Omicron. Imma dan x'inhu? Inkwetanti ħafna? Se jerġa' jsakkarna ġewwa? YENDRICK CIOFFI Kulħadd qed jittama li l-Milied ta' din is-sena jkun wieħed tajjeb għax dak tas-sena li għaddiet kien mimli restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19. Kollox kien sejjer tajjeb, imma f 'temp ta' it ġimgħat, il-Covid-19 reġa' għolla rasu madwar l-Ewropa kollha, inkluż Malta u biex tgħaxxaq kollox issa feġġ dan l-imbierek varjant Omicron. Minn qabel feġġ dan il-varjant, diversi pajjiżi, b'mod partikolari dawk fejn ir-rata ta' tilqim mhijiex dik mixtieqa, kienu kostretti jintroduċu restrizzjonijiet ġodda u saħansitra kien hemm min kellu jirrikorri mill-ġdid għal-lockdown. Kawża ta' dan, ġew imħassra diversi attivitajiet tal-Milied, inkluż is-swieq tal-Milied li tant huma popolari f 'diversi bliet Ewropej. Kien hemm pajjiżi li mhux talli daħlu restrizzjonijiet, talli marru minn estrem għall-ieħor u issa saħansitra għamlu t-tilqim obbligatorju hekk kif f 'salt wieħed, il-proċess tat-tilqim staġna. Sadanittant, feġġ l-Omicron u diversi pajjiżi Ewropej, ewlenija fosthom Malta u anke pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti, waqqfu l-ivjaġġar kollu lejn l-Afrika ta' Isfel u diversi pajjiżi oħra ġirien. Oħrajn daħlu restrizzjonijiet ġodda fejn jidħol l-ivjaġġar. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dawn is-sitt pajjiżi: Awstrija: Lockdown totali u vaċċin obbligatorju minn Frar Ir-rata tat- tilqim fl-Awstrija hija l-agħar waħda fost il- pajjiżi fil-Punent tal-Ewropa. 64% biss tal- popolazzjoni adulta hija mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19. Hekk kif l-isptarijiet reġgħu bdew jimtlew bil-pazjenti, il- Gvern ma kellux għażla oħra ħlief li jimponi mill-ġdid lockdown nazzjonali, minkejja l-wiegħda tiegħu li għal dawk imlaqqma ma kellu jkun hemm l-ebda żieda fir- restrizzjonijiet. Id-deċiżjoni ttieħdet it jiem biss qabel fetħu s-swieq tal-Milied li l-Awstrija hija tant magħrufa għalihom. Il-lockdown huwa fis-seħħ bħalissa u ġie implimentat għal għaxart ijiem u ġġedded sal- 11 ta' Diċembru, bil-għan li l-Awstrija tiaħ mill-ġdid, almenu għal min hu mlaqqam, għall-festi tal-Milied. Iżda forsi l-aktar miżura drastika li ħa l-Gvern Awstrijak hija dik dwar it-tilqim, hekk kif mill-1 ta' Frar dan se jsir obbligatorju, b'rapporti jgħidu li l-Gvern qed jikkunsidra multa ta' 7,200 għal min jibqa' jinsisti li ma jiħux il- vaċċin. Fl-aħħar jiem l-awtoritajiet qalu li l-lockdown qed jaħdem hekk kif il-każi jidhru li qed jerġgħu jonqsu. Renju Unit: Test obbligatorju għal kull min jasal minn barra u maskra mill-ġdid obbligatorja Ir-Renju Unit kien fost l-agħar milquta mill-Covid-19 u tista' tgħid l-ewwel pajjiż fl-Ewropa fejn il-ħajja irritornat kważi kważi għan-normal. Ir-rata ta' tilqim fir-Renju Unit hija dik ta' kważi 70% iżda fl- aħħar ġimgħat ukoll esperjenza żieda qawwija fil-każi, tant li qed jinstabu madwar 40,000 każ kuljum. Malli feġġ il- varjant Omicron fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar li dawk kollha, inkluż it-turisti li jidħlu fir-Renju Unit, iridu jagħmlu PCR test fl- ewwel jumejn minn meta jaslu u jibqgħu fi kwarantina sakemm jirċievu r-riżultat. Apparti minn hekk, il-maskra reġgħet saret obbligatorja fil- ħwienet u anke fuq it-trasport pubbliku. Dawn il-miżuri se jkunu riveduti mill-ġdid fi żmien tliet ġimgħat. Italja: Super Green Pass – Restrizzjonijiet għal min ma ħax il-vaċċin F i d - d i s k o r s tiegħu, il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi insista li t-Taljani jridu n-normalità u għalhekk ma jistgħux jittieħdu riskji. Propju għalhekk li mis-6 ta' Diċembru se jidħol fis-seħħ dak li qed jissejjaħ bħala Super Green Pass. Bażikament se jkunu dawk li huma mlaqqma kompletament biss, jew li fiequ mill-Covid-19, li se jkunu jistgħu jidħlu fir-ristoranti u fil-bars, imorru ċ-ċinema, it-teatru, stabbilimenti tad-divertiment jew inkella jattendu għal attivitajiet sportivi. Test negattiv tal-Covid-19 biex wieħed iżur dawn il-postijiet mhux se jibqa' jkun aċċettat. Dan is-Super Green Pass se jibqa' fis-seħħ sa nofs Jannar. Apparti minn hekk, l-Italja għamlet it-tilqim obbligatorju għall-uffiċjali kollha tal-infurzar tal-liġi, il-militar u l-impjegati tal-iskejjel, fost oħrajn. Olanda: Lockdown parzjali ... curfews u distanza soċjali F l - O l a n d a s-sitwazzjoni mhijiex sabiħa xejn hekk kif il- każi ta' Covid-19 splodew 'il fuq. It-tħassib kompla jikber meta fuq żewġ ajruplani li kienu għadhom kemm waslu mill-Afrika ta' Isfel, instabu 61 persuna pożittivi għall- varjant Omicron. Fl-aħħar jiem iddaħħlu fis-seħħ diversi restrizzjonijiet ġodda. Il- ħwienet kollha mhux essenzjali, inkluż il-bars u anke r-ristoranti qed ikunu kostretti jagħlqu fil- 5:00pm u ma jkunux jistgħu jerġgħu jiħu qabel il-5am. Stabbilimenti ta' ospitalità u anke dawk kulturali, iridu jassiguraw li l-persuni jkunu bilqiegħda 1.5 metru 'l bogħod minn xulxin. Attivitajiet sportivi mhumiex permessibbli wara l-5:00pm u sports professjonali jista' jkompli iżda mingħajr udjenza. Is-supermarkets, l-ispiżjara u anke ħwienet oħra essenzjali jridu jagħlqu bejn it-8:00pm u l-5:00am. Jekk persuna se tistieden lin- nies id-dar, ma jistax ikollha aktar minn erba' mistiedna. Dawn il-miżuri se jkunu riveduti fi żmien tliet ġimgħat. Sadanittant, il-Gvern qed jappella biex min jista', jitħalla jaħdem mid-dar Ta' min isemmi li r-rata ta' tilqim fl-Olanda mhijiex waħda ħażina. 84% huma mlaqqma k o m p l e t a m e n t . Minkejja dan, il-każi żdiedu sostanzjalment u hemm nuqqas ta' sodod għall-kura intensiva fl-isptarijiet. Ġermanja: 79,000 każ f'ġurnata iżda l-ebda restrizzjoni ġdida Il-Ġermanja qed tiffaċċja mewġa qawwija ta' Covid-19, bl-infezzjonijiet ġodda laħqu d-79,000 f 'ġurnata waħda. Dan kien rekord minn meta faqqgħet il-pandemija. Minkejja li bħala pajjiż kien pjuttost kawt fl- immaniġjar tal- p a n d e m i j a , din id-darba għadu ma daħħal l-ebda restrizzjonijiet ġodda. Madanakollu, b i l - v a r j a n t Omicron jiġri mas- saqajn u b'rata ta' tilqim pjuttost baxxa, l-uffiċjali tas-saħħa qed iħarsu lejn il-possibbilità ta' lockdown nazzjonali. Intant, Olaf Sholz, li mistenni jkun il-Kanċillier il-ġdid Ġermaniż, din il-ġimgħa qal li jaqbel mal-vaċċin mandatorju u indika li dan jaf iseħħ fil-Ġermanja wkoll bejn Frar u Marzu. Insista li din id-deċiżjoni mhux se jeħodha l-Gvern waħdu iżda se jkun il-Parlament li jiddeċiedi. Belġju: Stabbilimenti tad- divertiment magħluqa u curfews Il-Belġju wkoll kien kostrett jintroduċi aktar miżuri minħabba żieda fil-każi. Mill-1 ta' Diċembru, reġgħu ngħalqu l - i s t a b b i l i m e n t i tad-divertiment u ddaħħal l-obbligu biex kull min jista' jaħdem mid-dar. Il-bars u r-ristoranti qed jagħlqu fil-11pm.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021