Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Roberta Metsola Il-proġett Ewropew taċ-ċittadini Roberta Metsola hija l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew u Ewroparlamentari Nazzjonalista D awn il-ġimagħtejn kienu ta' emozzjonijiet qawwija. Ġranet li ġew wara ġimgħat ta' ħidma fejn iltqajt ma' kollegi qabel l-elezzjoni li saret fil-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew dwar l-għażla għall-kandidat għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew. Ġimgħat ukoll fejn iltqajt ma' kollegi oħra fil-Par- lament Ewropew u lil hinn minnu. Irrid li anki permezz ta' din il-kitba nirringrazzja lil kull minn wassalli messaġġi ta' awguri, kuraġġ u appoġġ. Dan kollu jimlini b'aktar enerġija. Kull fiduċja li ningħata tkun teħtieġ tweġiba waħda: aktar ħidma. Ħidma ffukata. Direzzjonata. Ħidma li tagħti rizultati pozittivi. Ħidma li tfittex l-interess tal-ġid komuni. Ħidma li twettaq bidliet fejn meħtieġ; mhux għall-bidla fiha nnifisha imma għaliex il-bidla tkun tfisser progress. Tkun tfisser mixja 'l quddiem. L-Ewropa tal-ġejjieni Fil-laqgħat li qed ikolli qed niddiskuti x'tip ta' Ewropa rridu. Fejn irrid li tmur l-Unjoni Ewropea? Kif se nwieġbu aħjar l-aspirazzjonijiet tan- nies u l-popli Ewropej? Kif se nindirizzaw l-isfidi Ewropej f 'dinja globalizzata? Is-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu fost l-aktar kruċjali għall-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Kruċjali għall-proġett Ewropew li aħna l-Maltin u l-Għawdxin parti minnu. F'dawn ix-xhur li ġejjin irridu niddeterminaw il-mixja 'l quddiem ta' dan il- proġett Ewropew biex jagħmel differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies. Ewropa ta' ġustizzja u solidarejtà Wara dawn il-kwazi sentejn ta' pandemija irridu li noħorġu mill-istat li dħalna fih. Il- membri parlamentari Ewropej għandna responsabbilita' li nwettqu l-bidliet li hemm bżonn biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew f 'isem iċ-ċittadin li f 'elezzjonijiet demokratiċi jagħtina l-vot tiegħu biex nitkellmu f 'ismu. U meta ngħid nitkellmu f 'isem il-poplu, ma jfissirx li nitkellmu f 'isem il-kollettiv, f 'isem il-massa, f 'isem il-maġġoranza biss imma rridu nitkellmu f 'isem kull persuna, f 'isem minoranzi, f 'isem setturi differenti, f 'isem kategoriji... Hekk inkunu qed inwettqu l-proġett Ewropew ta' ġustizzja soċjali u solidarjetà. Fil-pandemija urejna li kapaċi npoġġu madwar mejda niddiskutu, insibu soluzzjonijiet u nwettqu s-solidarjetà fil-prattika. Addattajna s-solidarjeta' għall- ħtiġijiet fi żmien il-pandemija. Urejna l-flessibilita' meħtieġa biex is-solidarjetà nagħtuha sura prattika u aġġornata għall- bżonnijiet li kellna quddiemna. Dan għamilnih fost l-oħrajn bl- għajnuniet finanzjarji, direzzjoni ekonomika u fuq kollox bil-mod ta' kif sar ix-xiri u t-tqassim ta' tagħmir mediku li kien meħtieġ għall-COVID u anki x-xiri u t-tqassim tal-vaċċin. Is-solidarjetà nibnuha mhux billi nimxu f 'direzzjonijiet kontra xulxin imma billi nibnu l-pontijiet. Dak li bdejna rridu nkompluh f 'oqsma oħra. Bil- persważjoni. B'diskussjoni. B'rieda tajba. U b'konvinzjoni. Nibnu l-pontijiet L-ewwel prijorità tiegħi issa bħala kandidat għall-President tal-Parlament Ewropew hija li naħdem bis-sħiħ biex inkomplu nibnu pontijiet bejnietna. Ħidma oħra hi biex temi leġiżlattivi importanti jitressqu 'l quddiem u t-teħid ta' deċiżjonijiet jitqarrbu lejn in-nies f 'kull Stat Membru. Jien involvejt ruħi fil-politika bħala żagħżugħa għaliex emmint fil-proġett Ewropew. Kont inħoss entuzjazmu li fid-dinja li qed nirtu, l-unika tweġiba kellha tkun: Ewropa. L-entużjażmu tiegħi ma naqasx, anzi tkattar. U tkattar għaliex nemmen fil-poplu Malti u Għawdxi, fil-kapaċitajiet tagħna, fil-ħiliet tagħna li nistinkaw biex nirnexxu. Nemmen li meta nfittxu dak li jgħaqqadna naslu aktar mhux biss bħala Maltin u Għawdxin izda anki fuq livell Ewropew. Din hi parti mill-ħidma li rrid inwettaq u nwettaqha fl-interess tiegħek. Kull fiduċja li ningħata tkun teħtieġ tweġiba waħda: aktar ħidma. Ħidma ffukata. Direzzjonata. Ħidma li tagħti rizultati pozittivi. Ħidma li tfittex l-interess tal-ġid komuni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021